MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 954 €1.50 IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 franksalt.com.mt/befrank THAT INVESTS IN YOU Now recruiting Property Consultants – step up your career. TITWILA MINN LENTI STORIKA U SOĊJALI LEJN IL-POPOLARITÀ ĠDIDA TAL-PARTITI Ż-ŻGĦAR F'MALTA PAĠNI 4 - 5 IL-LABOUR FUQ QUDDIEM, IMMA 21,000 JGĦIDU LI SE JIVVUTAW GĦALL-PARTITI Ż-ŻGĦAR Il-Qorti tal-Appell tikkonferma multa ta' €5 miljuni lil Pilatus Bank Il-partit ġdid Momentum jikseb 4%, xahar biss wara li ġie mniedi. Il-Prim Ministru Robert Abela b'vantaġġ ta' 22 punt fuq il- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. PL 48.2%, PN 43.9%, Momentum 4%, ADPD 3.4%, Oħrajn 0.5% Turnout: 75.5% FIDUĊJA: Robert Abela 46.8%, Bernard Grech 24.7%, Ħadd 28.5% PAĠNA 2 ILENIA DEBONO Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-multa ta' €4,975,500 kontra Pilatus Bank maħruġa fl-2021 mill-FIAU wara li dawn tal-aħħar sabu lill-Bank Ażerbajġani ħati ta' traskuraġni li seta' jwassal għall-ħasil ta' flus u finanzjament ta' terroriżmu. Fl-2021, l-FIAU ħarġet il-multa lill-Pilatus Bank rigward nuqqas fl-obbligu tal-Bank li jirrispetta l-proċessi ta' kontra l-ħasil ta' flus. Dan kien hekk kif il-Bank, li kellu numru ta' politikanti u individwi importanti bħala klijenti, ma kienx qed isegwi dawn il-proċessi kif suppost. Pilatus Bank appellaw il-multa tal-FIAU, fejn fl-applikazzjoni tal-appell kien hemm imniżżel li l-Bank jemmen li l-FIAU applikat il-liġi b'mod żbaljat hekk kif ċerti kriterji ġew miksura qabel ma ġew introdotti, fost oħrajn. Il-qorti rriutat dan l-appell, hekk kif dan kien "riżultat tas-sitwazzjoni li l-Bank poġġa lilu nnifsu fiha, hekk kif ma kienx qed jissodisfa l-obbligazzjonijiet bażiċi ta' kull istituzzjoni finanzjarja, meta hu ma tefax skrutinju fuq tranżazzjonijiet kbar," jgħid l-avviż tal-qorti. Fl-istess deċiżjoni, il-Qorti rriutat l-argument li l-multa kienet eċċessiva, hekk kif l-ammont totali tat-tranżazzjonijiet, flimkien mal-identità tal- klijent "żied ir-riskju ta' ħasil ta' flus u finanzjament ta' terroriżmu." Il-Bank Pilatus kien f 'ċentru ta' kontroversji politiċi kbar minħabba l-intriċċi mill-Eks Kap tas- Segretarjat ta' Joseph Muscat, Keith Schembri u l-Eks Ministru Konrad Mizzi. Il-Koalizzjoni għal Għawdex, Din l-Art Ħelwa u l-Moviment Graffitti wettqu azzjoni diretta s-Sibt filgħodu bl-għan li jixħtu dawl fuq it-theddida imminenti għall-Forti Chambray minħabba n-nuqqas ta' riforma fil-liġi tal-appelli fl-ippjanar. PAĠNA 6 Il-grafika tinkludi lil dawk li qalu li mhux se jivvutaw

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025