Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663
www.illum.com.mt NRU 954 €1.50 IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 STHARRIG PUBBLIKU DWAR IL-POPOLARITÀ TAL-MINISTRI TAL-GVERN C M Y CM MY CY CMY K INTERVISTA MAL- MINISTRU GĦAT- TRASPORT CHRIS BONETT PAĠNI 6 - 7 CYLDE CARUANA U IAN BORG FUQ QUDDIEM F'SONDAĠĠ DWAR IL-MINISTRI Il-Ministri kollha ngħataw iktar minn 5 punti minn 10. L-inqas li marru tajjeb huma Anton Refalo, Jonathan Attard, Clint Camilleri u Roderick Galdes. IL-MINISTRI ĠĠUDIKATI TAJJEB Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jinsab bi żbrixx fuq quddiem bħala l-iktar Ministru li l-ħidma tiegħu hi ġġudikata tajba mill-elettorat. Dan joħroġ minn sondaġġ li kkoinċida mal-ewwel pagi li kienu jinkludu t-tnaqqis tat- taxxa mħabbra fil-baġit. L-istħarriġ tal-MaltaToday staqsa lil kampjun xjentifiku ta' 672 persuna biex jivvalutaw il- prestazzjoni ta' kull ministru fuq skala minn 0 (ħażina ħafna) sa 10 (tajba ħafna). F'dan l-istħarriġ, Caruana ngħata medja ta' 6.21 punt, naqra iktar minn Ian Borg, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu li ngħata 6.18-il punt. Il-Ministru tal-Finanzi, li jżomm lura minn kwistjonijiet partiġjani u li jipproġetta l-immaġni ta' espert, igawdi appell ikbar minn Ministri oħra fost votanti Nazzjonalisti (4.48) u dawk li mhux se jivvutaw (5.67). Madankollu, Caruana jiġi t-tieni fost votanti Laburisti li jtuh 8.13- il punt, ħarira inqas minn Ian Borg (8.22) li f 'Settembru nħatar Deputat Mexxej tal-PL. Borg huwa wkoll ħarira iktar popolari minn Caruana fost in-nisa. Minkejja l-kontroversji li kien involut fihom fl-aħħar snin, Borg ukoll huwa wieħed mill-preferuti tal-votanti Nazzjonalisti (4.43) u ta' dawk li mhux se jivvutaw (5.53). Ministri oħra li jaqbżu l-medja ta' 6 punti minn 10 huma l-Ministru tal-Politika Soċjali Michael Falzon (6.15), il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela (6.1), u l-Ministru tal-Edukazzjoni Clion Grima (6.03). Ta' min jinnota li dawn imexxu ministeri b'dimensjoni soċjali li dwarhom it li xejn ikun hemm kontroversja. PAĠNA 3