Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663
intervista IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum 06 'Id-dipendenza fuq il-karozza se tibqa' għal żmien ĦARSA LEJN IS-SITWAZZJONI TAT-TRAFFIKU SEN'ILU U LLUM, X'NISTGĦU NINNUTAW DIFFERENTI? Meta nħarsu lejn is-sitwazzjoni tat- traffiku sen'ilu u nqabbluha mal-lum, nistgħu ninnutaw ċertu titjib f 'oqsma importanti li qed jgħinu biex il-mobbilità tkun aktar effiċjenti u organizzata. L-ewwel nett, rajna żieda fl-uffiċjali tat- traffiku fit-toroq ewlenin, speċjalment f 'punti kritiċi, li qed jgħinu biex id- direzzjoni tal-vetturi tkun aktar effettiva u titnaqqas il-konfużjoni waqt il-ħinijiet l-aktar impenjattivi tal-ġurnata. Din il-preżenza qed tagħmel differenza, speċjalment f 'żoni fejn kultant sinjali u lights ma jkunux biżżejjed biex jinżamm il- flow tat-traffiku b'mod ordnat. Qed naraw titjib sostanzjali fuq il- livell ta' komunikazzjoni, fejn qed nagħtu aktar informazzjoni ċara u f 'waqtha rigward toroq magħluqa jew fejn qed isiru x-xogħlijiet fit-toroq. Din qed tgħin biex in-nies issa jistgħu jippjanaw il-vjaġġi tagħhom b'mod aktar effettiv u jevitaw dewmien bla bżonn. Rigward it-trasport pubbliku, hemm titjib fl-effiċjenza tas-servizz u issa, li l-ferry sar b'xejn bejn il-portijiet, qed nagħtu alternattivi aktar attraenti u sostenibbli għan-nies li għalihom m'għandekx bżonn il-karozza tiegħek; titjib li se jkompli jiżdied meta nibdew ir-rotta ġdida għal u minn Buġibba fis-sajf li ġej. Għalkemm għad hemm sfidi, speċjalment fid-dipendenza fuq il- karozza privata, dawn il-bidliet qed juru li hemm direzzjoni ċara dwar fejn irridu mmoru biex innaqqsu l-isfidi tal-mobbiltà f 'pajjiżna. HUWA OVVJU LI D-DIPENDENZA FUQ IL-KAROZZA HIJA ASSOLUTA, IMMA KIEN HEMM ĊAQLIQ TA' NIES LI TELQU L-KAROZZA PRIVATA TAGĦHOM GĦAT-TRASPORT PUBBLIKU U KIF UKOLL GĦAT-TAXI? Id-dipendenza fuq il-karozza se tibqa' għal żmien twil u mhux xi ħaġa li ħa tinbidel fi żmien qasir. Problema kulturali nnaqqruha biċċa biċċa irridu. L-ammont ta' karozzi rreġistrati għadu għoli, imma madankollu ma jfissirx li iktar nies qed jużaw il-karozza flok mezzi oħra. Biex intik eżempju, int, bħalissa, biex tmur għax- xogħol qed tuża l-karozza. Jekk xtrajt karozza oħra, xorta waħda bqajt tużaha. Allura dak ix-shi nistgħu nanalizzawh bl-użu tat-trasport pubbliku u jidher li, kemm it-trasport pubbliku fuq l-art jiġifieri tal-linja, kif ukoll dak bil- baħar kellu rata ogħla ta' nies jużawh mis- sena l-oħra anki mill-Maltin. It-taxis jistgħu jkunu parti mis-soluzzjoni però xorta mhijiex is-soluzzjoni assoluta, peress li taxi jew karozza privata xorta jfissru traġitt b'karozza biex persuna jasal minn punt A għal punt B. Jekk imbgħad inħarsu lejn il-problema tal-parkeġġ, hemmhekk iva, it-taxis kapaċi jkollhom rwol akbar, bħalma diġà għandhom rwol importanti fis-sigurtà fit-toroq speċjalment fi żmien il-festi tal-Milied u l-ewwel tas- sena. Il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett jitkellem mal-gazzetta ILLUM dwar il-pjan tal-Gvern fil-qasam tat-trasport