MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum SEAN FENECH Hemm iktar minn 700 mara u raġel fil- faċilità korrettiva f 'Kordin, qal il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. B'kollox jidher li hemm mas-665 raġel u mad-59 mara li bħalissa jinstabu l-ħabs. Minn dawn, "hemm 447 persuna li qed jiskontaw sentenza filwaqt li preżentement hemm 277 persuna taħt arrest preventiv fil-ħabs," spjega Camilleri. Dawn iċ-ċifri ġew ikkwotati fil-Parlament mill-Ministru wara li ġie mistoqsi mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u s-Settur Volontarju Graziella Galea propju dwar dan is- suġġett. Apparti dawn, jidher li hemm tmint irġiel fl-Isptar Monte Karmeli; tlett irġiel fi sptarijiet diversi; 26 raġel u mara waħda fi programmi ta' rintegrazzjoni soċjali u riabilitazzjoni mill- vizzju tad-droga; u 15-il raġel u żewġ nisa fis- Centre of Residential Restorative Services. Intant, jidher illi kien hemm żieda ċkejkna ta' persuni sentenzjati mill-aħħar tal-2024 'l hawn. Fil-fatt, il-Ministru ġie mistoqsi mill- Kelliem għall-Oppożizzjoni għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal- Bniedem Carmelo Mifsud Bonnici dwar kemm kien hemm persuni qed jiskontaw is-sentenza tagħhom fil-ħabs fl-aħħar ta' Diċembru 2024. Camilleri wieġeb billi jgħid li "fl-aħħar ta' Diċembru 2024 kien hemm 431 persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin." Din iċ-ċifra turi wkoll li kien hemm żieda sinifikanti ta' nies sentenzjati mill-aħħar tal- 2023 sal-aħħar tas-sena l-oħra. Fil-fatt, l-istess Ministru wieġeb li "fl-aħħar ta' Diċembru 2023 kien hemm 395 persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin." Minkejja dan kollu, jidher illi l-maġġoranza assoluta ta' sentenzi huma ta' inqas minn sena. Meta ġie mistoqsi minn Bonnici dwar in- numru ta' sentenzi li huma inqas minn 12- il xahar, Camilleri wieġeb li dis-sena hemm b'kollox 471 persuna li qed jiskontaw sentenza ta' inqas minn sena fil-ħabs. Dan juri wkoll li minn Diċembru tal-2024 'l hawn, kien hemm żieda ta' 40 persuna fil- ħabs. B'hekk nistgħu naraw ukoll li hemm rata pjuttost mgħaġġla ta' kemm deħlin u ħerġin nies mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Iktar minn 700 persuna jinstabu fil-ħabs ta' Kordin 665 raġel u 59 mara bħalissa qegħdin fil-faċilità korrettiva • 447 persuna qed jiskontaw is-sentenza filwaqt li 277 qegħdin taħt arrest preventiv Il-maġġoranza ta' persuni fil-ħabs qed jiskontaw sentenza ta' inqas minn 12-il xahar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025