MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 954 €1.50 IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 Vapuri ġodda għal Għawdex Kempinski Hotel, San Lawrenz 15 ta' Marzu 2025 | 10:00 INTERVISTA MA' BEPPE FENECH ADAMI PAĠNI 6 - 7 WARA LI APPOĠĠJA B'DIKJARAZZJONI MA' OĦRAJN NEFQA MILITARI MASSIĊĊA FI BRUSSELL, F'MALTA JIDDIKJARA L-OPPOST Kien hemm ansjetà minn uffiċjali għoljin tal-President tal-Kunsill tal- Ministri tal-Unjoni Ewropea Ursula Von der Leyen meta l-Prim Ministru Malti Robert Abela waqaf bla mistenni quddiem il-ġurnalisti fi Brussell u ddikjara li Malta trid il-paċi hekk kif kien se jidħol fil-laqgħa tas-27 pajjiż fil- Kunsill. Imma minkejja dan id-diskors, fl- ewwel sessjoni tal-Kunsill, Abela ma qal assolutament xejn, u meta waslet it- tieni sessjoni Abela reġa' ma qal xejn, u mbagħad fit-tielet sessjoni Abela fil-qosor semma n-newtralità ta' Malta. Imma madwar il-mejda kien hemm min qal li l-Irlanda u l-Awstrija huma newtrali wkoll u din kienet xi ħaġa aċċettata fit-trattat u għalhekk kienet kelma żejda min-naħa ta' Abela li jsemmi din il-kwistjoni. Meta ġie għall-vot, id-diskors ta' Abela kien ċar, u Malta ffirmat mingħajr ebda tlaqliq. Infatti Abela ffirma biex l-Ewropa tiffoka bil-kbir fuq investiment massiċċ fl-armamenti kullimkien u fuq il- fruntieri tal-Ewropa, u dan fid-dawl tal-politika ġdida tal-President Amerikan Donald Trump li rema lill-Ewropa. U fil- konklużjoni li tinstab fuq kull pjattaforma online m'hemm ebda referenza għan- newtralità. Anzi fid-dikjarazzjoni kien hemm biss ħalfa biex l-Ewropa tonfoq aktar fuq l-armi. Waqt is-sessjonijiet fi Brussell, Abela deher jitbissem ma' Zelensky. U Abela ma qalx kelma waħda li hi waħda li l-Ewropa ma tridx tonfoq aktar fil-militar jew li l-Ukrajna ma tistax tirbaħ il-gwerra. Dan ikkuntrasta mad-dikjarazzjonijiet li għamel ilbieraħ Abela meta kien qed jiġi intervistat fuq One Radio f 'intervisti tradizzjonali kkunsidrati bħala intervisti tal-ingwanti tal-ħarir. Fl-intervista ta' One Radio, apparti li tkellem fuq il-paċi, enfasizza żewġ punti. Waħda li nkixfet l-ammirazzjoni li għandu għall-President Donald Trump, u t-tieni d-dikjarazzjoni li l-Ukrajna ma tistax tirbaħ il-Gwerra. Membri tal-kabinett li kellmuna bil- patt li ma nikxfuhomx qalulna li l-Prim Ministru mhux qed ikun meqjus fi kliemu u qed jilgħab bid-diskors. "Qisu qed jgħix f 'żewġ dinji paralleli. Ġranet ilu ħasad lil kulħadd meta qal li Malta trid iżżid in-nefqa militari, u dan wara li Trump qal l-pajjiżi Ewropej iridu jżidu n-nefqa militari. Issa qed jipprova jbenġilha u jgħid xi ħaġa oħra. Meta ġie lura minn Brussell fejn iffirma ma' kulħadd biex jiżdied il-baġit militari, qed jgħid li jrid il-paċi u ma jaqbilx ma' nefqa akbar militari," qalilna Ministru partikolari. Ministru ieħor stqarr: "Aħna irrelevanti bħala pajjiż u dawn it-trikki trakki iktar se jagħmluna irrelevanti." U ministru ieħor iddikjara: "Jiena naħseb li Robert qed jirreaġixxi għal Metsola. Ma jiflaħx jara lilha tkun fiċ- ċentru tal-aħbarijiet. Mhux qed juża moħħu u kulħadd jaf x'ras iebsa għandu." F'intervista fuq One Radio, apparti li tkellem fuq il-paċi, Robert Abela (fiċ-ċirku) enfasizza żewġ punti. Waħda li nkixfet l-ammirazzjoni li għandu għall-President Donald Trump, u t-tieni d-dikjarazzjoni li l-Ukrajna ma tistax tirbaħ il-Gwerra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025