MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Kristu Lura fi Strada Stretta: għaxar snin ta' tradizzjoni Il-Pageant Group Marija Reġina tal-Marsa se jtella' Pageant fit-toroq taż-żewġ parroċċi tal-Marsa li l-bidu tiegħu jibda fil-5 pm bi ħruġ mill- Knisja Parrokkjali ta' Marija Reġina fi Triq Nerik Sacco l-Marsa. Il-bidu ta' din il-Pageant jibda billi naraw ġrajjiet mill-ħajja ta' Kristu fosthom id-dħul ta' Ħadd il-Palm u dan ikun segwit bil-parata tas-suldati Rumani u l-Kundanna għall-mewt ta' Sidna Ġesù Kristu. Matul din il-Pageant se nkunu qed naraw ukoll għadd ta' personaġġi mit-Testment il-Ġdid u l-Antik li bil- vestwarju tagħhom se jsebbħu t-toroq Marsin u jdaħħluna aktar fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa. Apparti dan, fit-tmien ta' din il- purċissjoni, il-Group se jkun qed itella' rappreżentazzjoni tat-tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta' Kristu fi Triq Azzopardi l-Marsa propju quddiem id- Dar Parrokkjali. Ma' għadd kbir ta' personaġġi li jammonta għal madwar 350 ruħ, se jieħdu sehem ukoll il-1st Marsa Scouts Group, il-Banda Rumana, kif ukoll iż-żewġ baned Marsin; dik ta' Marija Reġina, kif ukoll tat-Trinità Qaddisa. Ta' min isemmi wkoll li din is-sena dan il-Pageant Group se jkun qed jagħlaq 55 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1970. Dan jimmarka l-ewwel Pageant tax-xorta tiegħu fit-toroq Maltin f 'dawk iż-żminijiet. CREATIO – Wirja Artistika b'xogħol maħdum bil-melħ ikkulurit Apparti l-Pageant, il-Group itella' Wirja Artistika tax-xorta tagħha ġewwa Malta. Din il-Wirja tikkonsisti f 'xogħol bil-melħ fuq inkwatri u platti, fejn juru simboli u pitturi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Din il-Wirja tista' tiġi apprezzata fis- Sala Marija Reġina li tinsab quddiem il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Reġina ġewwa Triq Nerik Sacco l-Marsa. Tistgħu żżuruha mis-6 t'April sa nhar il- Ġimgħa l-Kbira. Aktar dettalji rigward iż-żewġ attivitajiet li l-Group itella' jinsabu fuq il-paġna soċjali tiegħu. Ħtija Tiegħu? – Pageant tal-Ġimgħa il-Kbira fit- Toroq tal-Marsa, nhar il-Ħadd 13 t'April 2025 L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bi pjaċir tippreżenta Kristu Lura fi Strada Stretta, dramm għal żmien ir-Randan ta' Carlos Farrugia u Joseph Galea. Fl-10 anniversarju tagħha, il- produzzjoni tirritorna fi Strada Stretta – il-post fejn bdiet – biex terġa' tqajjem l-ispirtu intimu tagħha. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef enfasizza s-sinifikat ta' dan it- tragward: "Kristu Lura fi Strada Stretta għandha tifsira profonda għall-pajsaġġ kulturali tal-Belt Valletta. Ir-ritorn lejn Strada Stretta jinħass, kemm simboliku, kif ukoll meħtieġ, peress li dan id-dramm huwa aktar minn spettaklu – huwa riflessjoni fuq it-tradizzjoni, il-fidi, u l-qawwa tar-rakkont tal-istejjer. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tibqa' impenjata li tappoġġja xogħlijiet artistiċi li jippreservaw u jiċċelebraw il-wirt ta' Malta, u aħna kburin li nikkollaboraw ma' Carlos Farrugia, Joseph Galea, u l-Arts Council Malta biex din il- produzzjoni tingħata l-ħajja." "Il-Kunsill Malti għall-Arti huwa intrinsikament kommess li jkun ta' spalla għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-arti u l-kultura. Produzzjoni bħal tal- lum hija eżempju ċar tat-talent immens li joffru l-artisti tagħna. Għaldaqstant kburin li anke f 'dan il-każ qed nikkollaboraw fuq dan il-proġett stupend," tenna l-Uffiċjal Kap tal-Operazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, Luke Dalli. Imtella' f 'e Splendid mill-10 sad-19 ta' April 2025, id-dramm Kristu Lura fi Strada Stretta jsegwi kittieb li, matul il-Ġimgħa Mqaddsa, jieqaf jieħu birra f 'bar fi Strada Stretta, f 'nofs is-snin 70. Dan l-att li jidher sempliċi jiżvolġi f 'rakkont li jqanqal il-ħsieb li jesplora temi ċentrali mix-xogħlijiet preċedenti ta' Farrugia u Galea, u jħallat ir-riflessjoni mal-espressjoni artistika. Filwaqt li jaqsam il-perspettiva tiegħu, id-direttur u attur Carlos Farrugia qal, "li nirritornaw fi Strada Stretta għal dan l-anniversarju huwa mument b'saħħtu, li jsaħħaħ ir-rabta tad-dramm mal-post proprju li ispirah. Il-produzzjoni ta' din is-sena tkompli tesplora l-fidi, l-introspezzjoni, u l-konnessjoni umana, u tagħti ħajja lil dawn it- temi f 'ambjent li jolqot ħafna lill- udjenzi. Nirringrazzja lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u lill-Kunsill Malti għall-Arti għall- appoġġ tagħhom u nistenna bil- ħerqa li naqsam din l-esperjenza mal-pubbliku." Bl-appoġġ ta' Arts Council Malta, l-edizzjoni ta' din is-sena tittrasforma Strada Stretta f 'palk ħaj, fejn l-istorja u l-espressjoni artistika jsiru ħaġa waħda. Il-biljetti huma disponibbli minn ticketline.com.mt. Għal aktar dettalji, żur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna ta' Facebook.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025