MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum opinjoni "Din l-attiduni fejn kollox jgħaddi qed twassal għal nuqqas ta' infurzar tal-liġijiet" U ejja, come on! H ekk kien qalilna l-Eks Ministru Scicluna meta kien tfaċċa skandlu ieħor f 'sensiela ta' skan- dli li kellna matul dawn l-aħħar snin! Nistqarr li qegħdin ngħixu f 'soċjetà fejn kollox jgħodd u kollox jgħaddi. Jidher li għal xi wħud, kollox huwa aċċettabbli u kollox huwa ġustifikat. Jidher li għal xi wħud, il-prinċipji u l-valuri huma biss tajbin għal oħrajn u mhux għalihom ukoll. B'dispjaċir insostni li l-Gvern Laburista mhux biss iħeġġeġ u jinkuraġġixxi din il-mentalità imma propju jagħti dan l-eżempju. Għal diversi drabi matul dawn is-snin, il-Gvern Laburista quddiem skandlu wieħed isbaħ/agħar mill-ieħor ħa din l-attitudni, 'u ejja, come on', 'business as usual', u 'no big deal'. Il-Ministru Byron Camilleri jidher li huwa wkoll maħkum minn din il-mentalità. Għaldaqstant, il-Ministru Byron Camilleri ma jafx jew ma jridx jiem li hemm responsabbiltà politika li bħala Ministru għandu jġorr. Dan l-aħħar każ huwa eżempju ċar: 260 kilogramma droga nsterqet mill-aktar post f 'Malta li suppost huwa sigur. Il-ħallelin daħlu mingħajr problemi, bil- kalma kollha u għamlu festa. 260 kilogramma mhumiex pakkett tas-sigaretti li ħadd ma jinduna jekk jittieħed! Għalkemm jidher li kien hemm persuni mtellgħa l-Qorti, dan ma jnaqqas xejn mill-fatt li kien hemm serqa f 'post li suppost huwa l-aktar post sigur, tant li l-Qorti kienet ordnat li din id- droga tinżamm hemm! F'każijiet bħal dawn hemm tliet livelli ta' azzjoni. L-ewwel livell huwa dak tal-pulizija li tressaq dawk li jkollha l-provi li għamlu r-reat; it-tieni livell hu li jittieħdu passi dixxiplinari/amministrattivi fuq min kien ta' għajnuna għal dawn il-ħallelin. Żgur li kien hemm inside information; filwaqt li f 'każijiet ta' natura gravi bħal din ikun hemm it-tielet livell. Dan huwa li l-Ministru jerfa' r-responsabbiltà politika ta' dan kollu! F'pajjiżi normali, hekk iseħħ ... anzi xi drabi jseħħu riżenji minn Ministri għal ħwejjeġ ferm iżgħar! Irrid ngħid li l-Ministru Camilleri kellu sensiela ta' skandli fuq ħoġru biex jerfa' r-responsabbiltà u għażel minflok li jibqa' fuq is-siġġu! Tajjeb niakru li: 1. Kien hemm erbatax- il persuna fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li wettqu suwiċidju! Dan ifisser li erbatax-il persuna qatlu lilhom infushom. Ħadd ma joqtol lilu nnifsu għalxejn. Dawn il-persuni ħasdu ħajjithom għaliex tilfu kull tama ġewwa l-ħabs. 2. L-Ombudsman, fir- rapport fuq dak li kien qed iseħħ fil-ħabs, stqarr li l-ħabs sar donnu, 'fabbrika ta' tortura' u li kien hemm diversi abbużi oħra fuq il-pruġunieri. Il-Ministru mhux biss ma rriżenjax imma ħareġ jiddefendi lid-direttur u wara pressjoni neħħieh u tah impjieg ieħor ta' €100,000! Min-naħa l-oħra, il-Gvern għajjar lill-Ombudsman li kiteb ir-rapport tiegħu minn wara l-iskrivanija! 3. Kien hemm ukoll l-iskandlu tal-ID cards foloz fejn mijiet ta' indirizzi ntużaw biex jinħarġu ID cards foloz. U waqt li l-Prim Ministru jsemmi l-merti tal-Ministru (u m'għandix problema ngħid li wettaq ħwejjeġ tajbin) imma fl-istess waqt għażel li quddiem dawn l-iskandli jieħu l-attitudni li kollox jgħaddi, business as usual! B'dispjaċir intenni wkoll li din hija l-istess attitudni li l-Gvern qiegħed juża quddiem il- problema tad-droga fil-pajjiż. Taħt skuża jew pressjoni ta' voti, il-Gvern għamel l-użu tal-kannabis legali b'numru ta' regolamenti biex ma jkunx hemm abbużi. Suppost l-użu tal-kannabis huwa regolat b'ħafna regolamenti. Kull min ixomm jaf li l-pajjiż huwa mifqugħ bir-riħa tal- kannabis! Ma tistax tgħaddi minn ċerti toroq jew tpoġġi tieħu kafè li ma xxommx din ir-riħa! Huma diversi familji li jinsabu inkwetati u mħassba li minħabba l-attitudni ta' dan il-gvern, id-droga saret normalizzata u aċċettabbli. Anke l-Caritas/Oasi qalu li l-Gvern innormalizza t-teħid tal-kannabis. Din l-attiduni fejn kollox jgħaddi qed twassal għal nuqqas ta' infurzar tal-liġijiet. Fil-fatt, f 'mistoqsijiet parlamentari li għamilt, ħareġ li l-Gvern jibża' jinforza l-liġi li għamel huwa stess! Fil-mistoqsija 25292, staqsejt kemm kien hemm persuni li kienu taħt l-effett tal-kannabis u kienu qed isuqu. Ir-risposta kienet li ma nqabad ħadd! F'mistoqsija 21898, staqsejt kemm kien hemm persuni mħarrka ġewwa Paceville bejn Mejju u Ottubru minħabba li jikkunsmaw il-kannabis fil- pubbliku, li skont il-liġi hija illegali. Ir-risposta kienet li f 'sitt xhur sħaħ kien hemm persuna waħda! Nidħaq jew nibki? Konklużjoni Il-PN, anke jekk fil-Parlament ma jingħatax il-ħin biex ikun hemm diskussjoni, se jkompli jitlob li tinġarr ir-responsabbiltà politika. Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f 'kultura fejn kollox jgħaddi u kollox aċċettabbli. Fil-ħajja mhux kollox jgħaddi u mhux kollox aċċettabbli. Mhux kollox huwa 'u ejja, come on'! Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali ALBERT BUTTIGIEG Byron Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025