MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum D an l-aħħar stajt ninnota r-reazzjoni ta' xi wħud meta għal darb'oħra Malta tirreġistra tkabbir ekonomiku. Reazzjoni ta' nuqqas ta' interess jew saħansitra ta' negattiviżmu lejn l-istess riżultat. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diver- si. Hemm uħud li qed jieħdu dan ir-riżultat for granted u hemm oħrajn li qed jiġu influwenzati minn narrattiva negattiva u falza li t-tkabbir ekonomiku m'għand- niex bżonnu. Bħala persuna li ġejja mill- qasam ekonomiku ma nista' qatt nieqaf insostni l-importanza tat- tkabbir ekonomiku. Dan għaliex it-tkabbir ekonomiku huwa l-bażi ta' ħafna mid-deċiżjonijiet li jieħu l-Gvern. Inqabbel it-tkabbir ekonomiku mal-introjtu ta' familja tipika. Jekk l-introjtu tal-ġenituri jikber sew, ikunu mbagħad jistgħu jinvestu aktar fit-tfal tagħhom u jaraw li ma jkun jonqoshom xejn. Bl-istess mod jekk l-ekonomija tal-pajjiż tikber, il-Gvern ikun jista' jinvesti aktar f 'niesu u fl- oqsma differenti tal-ħajja biex il- pajjiż ikun jista' jkompli javvanza 'l quddiem. Nemmen li din kienet ir-riċetta ewlenija ta' suċċess ta' Gvern Laburista mill-2013 'il quddiem. L-ewwel u fuq kollox ra li jkabbar l-ekonomija sabiex imbagħad ħasad il-frott ta' dan it-tkabbir billi implimenta l-viżjoni tiegħu fuq setturi differenti. Huwa propju minħabba f 'hekk li pajjiżna għamel qabżiet kbar 'il quddiem. Il-Gvern jirrikonoxxi li dan it-tkabbir ekonomiku ġab ukoll sfidi sekondarji, bħaż-żieda fil-popolazzjoni, fost oħrajn. Huwa għalhekk li għandna Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela li issa jinsab qed jimplimenta politika fejn fuq naħa qed ikompli jassigura tkabbir ekonomiku primarjament b'investiment ta' valur miżjud u fl-istess waqt jikkalibra u jindirizza sfidi li feġġew kawża ta' dan l-istess tkabbir. Ewlenija fost dawn kienet il-Labour Migration Policy u riformi bħal dawk tat-Temping Agencies u li jindirizzaw ukoll il-platform workers. Hija propja din il-politika li l-Gvern irid ikompli jwettaq fix-xhur u s-snin li ġejjin. Nieħu gost nara pereżempju t-tkabbir ekonomiku li rreġistra pajjiżna it tal-jiem ilu u li ammonta għal 6%. Dan ifisser li l-Prodott Gross Domestiku f 'pajjiżna laħħaq id-€19.2 biljun. Meta tħares lejn l-istess riżultat fil-bqija tal-Unjoni Ewropea tara li kien hemm biss żieda ta' 1%. Notevoli wkoll kien il-livell ta' investiment irreġistrat li laħħaq it-€3.6 biljun. Ċifra li taqbeż dik irreġistrata qabel il-pandemija b'nofs biljun ewro. Fl-istess waqt għandek istituzzjonijiet bħall-IMF u l-Kummissjoni Ewropea li kienu qed ibassru li l-ekonomija tagħna se tikber b'madwar 5%, li jfisser li għal darb'oħra l-ekonomija Maltija ssorprendiet lill-esperti barranin u li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Iżda fuq kollox il-viżjoni tal-Gvern iddur mal-ixprun tal-konsum privat. Dan jikkonfermah anke l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif innota li it inqas min-nofs it-tkabbir ekonomiku kien dovut għal konsum akbar mill-familji. U dan grazzi għall-ogħla ammont ta' dħul għall-ħaddiema li qatt ġie osservat fl-istorja hekk kif dan laħaq id-€9.3 biljun – kważi biljun aktar mid-dħul irreġistrat tul is-sena ta' qabel. Għaldaqstant dawn iċ-ċifri jagħtu garanzija lill-poplu li bi Gvern Laburista se jkun qed ikollu s-serħan il-moħħ mil- lat finanzjarju u ekonomiku li jkompli jimplimenta l-manifest tiegħu flimkien ma' aktar baġits ambizzjużi u ta' ġid għall-poplu. L-aħħar baġit huwa eżempju ċar ta' dan. Ra fuq kollox li jkompli jkun ta' sostenn għall- poplu fejn jidħlu s-sussidji tal-enerġija minkejja pressjoni biex dawn jieqfu, saħansitra mill-Partit Nazzjonalista. Apparti minn hekk il-miżuri soċjali ma waqfux lanqas. Għal sen'oħra mill-ġdid kien hemm żieda fil- pensjonijiet, bil-Prim Ministru Robert Abela jassigura li din iż- żieda se tkun qed terġa tingħata fil-baġit tas-sena d-dieħla wkoll. Mill-ġdid rajna aktar għajnuna lil persuni b'diżabilità, aktar investiment fil-qasam edukattiv u dak tas-saħħa. Iddominat ukoll l-akbar tax-cut fl-istorja għall- ħaddiema Maltin u Għawdxin. B'kollox mal-€140 miljun fil-but tagħhom f 'sena waħda biss permezz ta' din il-miżura waħedha. Kompiet ukoll il-ħidma lejn aktar investiment fil-qasam ambjentali wara li fl-aħħar sentejn rajna mal-150,000 metru kwadru ta' art ġiet riġenerata jew allokata bħala spazju miuħ għall-pubbliku. Is-sena d-dieħla biss Project Green mistenni wkoll jiaħ mad-19-il spazju miuħ ieħor. Dan li semmejt huwa biss it mill-frott li l-poplu qed igawdi grazzi għal ħidma li għamel, qed jagħmel u se jibqa' jagħmel dan il-Gvern. Dan fl-istess waqt li kellu jaffaċċja sfidi kontinwi li taw xokkijiet ekonomiċi kbar, mhux biss lil pajjiżna, iżda lid-dinja kollha. Li spikka biss differenti fil-każ ta' pajjiżna kien l-għaqal li l-Gvern ħadem bih u li permezz tiegħu llum mill-ġdid pajjiżna jinsab f 'pożizzjoni finanzjarja u ekonomika b'saħħitha, kif jikkonfermaw iċ-ċifri li kkwotajt qabel. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam ekonomiku tasal biss sal-Pre- Budget Document li l-poplu jaf f 'liema stat kien dan l-istess id-dokument. Il-Kap tal-Oppożizzjoni stess ħass li ma kellux biżżejjed sustanza. Għalhekk il-kredibbiltà tal- Partit Nazzjonalista fil-qasam ekonomiku ma tistax lanqas biss tibda biex tiġi kkumparata ma' dik tal-Gvern Laburista. Dan ipoġġi aktar responsabbiltà fuq il- Gvern li jaġixxi b'għaqal u b'responsabbiltà. It-track record tiegħu fil-qasam ekonomiku żgur u mhux forsi jtina s-serħan il- moħħ b'rabta ma' dan. Mhux l-istess jista' jingħad għal min qed jaspira jmexxi lil dan il-pajjiż. It-tkabbir ekonomiku l-ixprun għat- twettiq tal-viżjoni tal-Gvern Deputat Laburista CRESSIDA GALEA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025