MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 • illum PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-waqt li tagħmel analiżi fil-profond tal-pożizzjoni preżenti tiegħek. Tajjeb li twettaq dan b'mod għaqla u mhux b'għaġla. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Aries se jkun mument li ma tistax tibqa' timxi b'ras iebsa. Agħraf li wasal il- waqt li tkun aktar flessibbli jekk trid titkattar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN) MILL 21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Gemini se jkun il-mument ta' prova li fih mhux se tkun aktar imwaħħal iżda minn issa trid tkattar fik il-ħeġġa sabiex tirranka 'l quddiem. Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Leo se jkun il-mument li timxi biss fuq l-esperjenza personali tiegħek. Int kapaċi biżżejjed sabiex twettaq dan u għalhekk m'għandekx tibża'. Il- kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Sagittarius se jkun il-mument li tippjana aħjar it-tqassim finanzjarju tiegħek. B'hekk int tkun tista' tagħraf aħjar l-infiq. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarine. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Kwinta għaż-żodjaku ta' Pisces – Il-Ħut Mill-Ħadd 9 ta' Marzu sas-Sibt 15 ta' Marzu Fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara, l-ADPD sejjaħ għal riformi urġenti biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, l-inugwaljanza fil-pagi u n-nuqqas ta' nisa fit-tmexxija. Melissa Bagley semmiet li 48.2% tar- rapporti lill-Pulizija huma dwar vjolenza domestika, l-ogħla fl-UE. Sandra Gauci kkritikat il-Parlament għan-nuqqas ta' azzjoni konkreta u sostniet li l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni tal-ġeneru ibbenefika biss lill- partiti kbar. L-ADPD qed jistenna sentenza fuq l-isfida kostituzzjonali tiegħu u wegħdet li tkompli tiġġieled għal ugwaljanza konkreta, mhux simbolika. Jum il-Mara: L-ADPD tgħid li Malta trid tagħmel aktar għan-nisa PRE-AVVIŻ TA' SEJĦA: Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021–2027) Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE jinnotifika l-ħruġ ta' sejħiet mil-Programm taħt Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021–2027) Skema ta' Investimenti Abbord Bastimenti tas-Sajd Prijorità 1: Trawwim ta' Sajd Sostenibbli u r-Restawr u l-Konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi akkwatiċi Objettiv Speċifiku 1.1 – It-tisħiħ ekonomiku, soċjali & ambjentali t'attivitajiet sostenibbli tas-sajd L-Iskema ta' Investimenti Abbord Bastimenti tas-Sajd tassigura li l-flotta tas-sajd tibqa' aġġornata mal-aħħar teknoloġiji, tappoġġja l-isforzi ta' dekarbonizzazzjoni permezz ta' miżuri li jsostnu l- enerġija effiċjenti kif ukoll it-trawwim tas-sostenibbiltà u r-reżiljenza msaħħa. L-applikanti eliġibbli għal din is-sejħa huma: • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFA • Sajjieda li huma detenuri tal-liċenzja MFB It-tnedija attwali ta' sejħiet li se jkunu mġedda kull tliet xhur, flimkien mad-dettalji dwar is-sessjoni ta' informazzjoni, il-formola tal-applikazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari oħra, se jiġu ppubblikati f' Marzu 2025 u jistgħu jinkisbu mis-sit https://fondi.eu . L-ewwel ġabra ta' din is-sejħa mistennija tagħlaq f'Ġunju 2025. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għal https://fondi.eu għall-Programm tal-EMFAF għal Malta, u għal aġġornamenti relatati mas-sejħiet ta' finanzjament tal-UE. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info.sem@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300. Sandra Gauci (xellug) u Melissa Bagley

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 March 2025