Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533341
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-poetessa Leanne Ellul taqra l-poeżija tagħha 'A Résumé of Bees' f 'Westminster Abbey Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda l-programm tal-Għid f 'Għawdex 2025, bl-attivitajiet għal żmien ir-Randan se jibdew fit-18 ta' Marzu u jibqgħu sejrin sal-20 ta' April meta tiġi ċċelebrata l-festa ta' Ħadd il-Għid. B'kollaborazzjoni mal- komunità, id-Direttorat għall- Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ħejja programm varjat u organizzat, li jinkludi aktar minn 100 attività mifruxa madwar il- gżira Għawdxija, biex dan il- perjodu tal-Għid ikun esperjenza interessanti għal kulħadd. Il-Ministru Clint Camilleri saħaq fuq l-importanza tal- Għid bħala parti mill-identità Għawdxija. "L-Għid f 'Għawdex huwa ċelebrazzjoni li tgħaqqadna bħala komunità u tfakkarna fil-valuri li jiddistingwuna. Huwa żmien fejn flimkien niċċelebraw il-fidi tagħna, insaħħu t-tradizzjonijiet li writna u nħaddnu s-sbuħija tal-kultura tagħna. Nemmen li bil-programm li qed nippreżentaw se nerġgħu għal darb'oħra nkunu l-għażla naturali tal-Maltin li jżuruna u l-barranin li għal darb'oħra jagħżlu lil Għawdex f 'dan iż- żmien." Il-kalendarju ta' attivitajiet jinkludi fost l-oħrajn purċissjonijiet, funzjonijiet sagri u wirjiet kulturali, li juru l-impenn tal-komunità Għawdxija biex tkompli tgħaddi l-valuri ta' fidi u tradizzjoni lill-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lil kulħadd sabiex jesperjenza dak kollu li Għawdex għandu x'joffri f 'dan iż- żmien speċjali tas-sena. Sabiex wieħed jaċċessa kopja tal-programm kollu jista' jżur https://eventsingozo.com/easter- in-gozo-2025 Jitħabbar il-programm tal-Għid f 'Għawdex bit-tema Arti, Fidi u Tradizzjoni Il-poetessa u kittieba Leanne Ellul qrat il-poeżija ġdida tagħha, "A Résumé of Bees", f 'ċerimonja li seħħet f 'Westminster Abbey bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Commonwealth 2025. Il-poeżija ġiet ikkummissjonata apposta għaċ-ċerimonja biex tiċċelebra r-reżiljenza tal-popli tal-Commonwealth. Fil-poeżija, Ellul tqabbel il-ħidma u l-kollaborazzjoni tan- naħal mal-ħidma li twettaq il-Commonwealth. Il-maġġoranza tal-poeżija hija bl-Ingliż iżda tibda bi kwotazzjoni ta' "Ġejja x-Xita," poeżija ta' Mary Meilak, u għandha numru ta' versi bil-Malti wkoll. Iċ-ċerimonja kienet qed tiċċelebra l-aqwa aspetti tal- Commonwealth, mill-mużika u l-popli tagħha, għall- kisbiet sportivi u l-kontribuzzjonijiet tagħha lejn il-paċi dinjija. Numru ta' mexxejja u personaġġi oħrajn attendew iċ- ċerimonja, inklużi r-Re Karlu III, il-Prinċipessa ta' Wales Catherine, il-Prim Ministru tas-Samoa Fiamē Naomi Mataʻafa, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer, u diversi membri oħra tal-familja rjali Ingliża. Ir-Re kien ilu ma jattendi ċ-ċerimonja sentejn minħabba l-kura tal-kanċer li kien qiegħed jirċievi. Il-Prinċipessa Catherine, sen'ilu wkoll ma attendietx iċ-ċerimonja minħabba l-istess raġuni. Il-Commonwealth hija assoċazzjoni volontarja ta' 56 pajjiż indipendenti li kważi kollha kienu taħt l-Imperu Brittaniku. Leanne Ellul taqra l-poeżija tagħha waqt iċ-ċerimonja ta' Jum il-Commonwealth f 'Westminster Abbey L-attivitajiet se jibdew fit-18 ta' Marzu u jibqgħu sejrin sal-20 ta' April meta tiġi ċċelebrata l-festa ta' Ħadd il-Għid