Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
13 arti u kultura IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Taħdita pubblika fil-Mużew Il-Ħaġar: Religious Materiality: Christian Captives in North African Bagnos during the Early Modern Period Ħu l-opportunità li tiskopri l-istorja u l-kultura rikka tal-Birgu waqt is-St. Lawrence Hidden Gems Open Weekend li se jsir bejn il- Ġimgħa 16 u l-Ħadd 18 ta' Mejju 2025. Għal donazzjoni ta' €5 biss għal kull persuna (tfal taħt it-12- il sena jidħlu b'xejn), tkun tista' tikseb aċċess esklussiv għat-teżori moħbijin fil-Kumpless Parrokkjali ta' San Lawrenz. Il-belt storika tal-Birgu kienet dejjem punt ta' laqgħa ta' kulturi differenti – mill-baħħara Ġenoviżi, Venezjani u Griegi sal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530. Dawn il- kulturi differenti ħallew impatt li għadu jinħass sal-lum, li sawru t-tradizzjonijiet, id-drawwiet u l-karattru tal-belt. Il-miġja tal- Kavallieri fetħet l-aktar kapitlu glorjuż fil-Birgu, fejn il-belt saret iċ-ċentru ta' waħda mill-ikbar istituzzjonijiet Kristjani ta' żmienha. Illum, il-Birgu għadu jgħix bl- ispirtu tiegħu, mimli tradizzjoni u folklor, minkejja l-isfidi ta' Malta wara l-gwerra u popolazzjoni li qed tixjieħ. Il-qawmien mill-ġdid tal-Birgu f 'dawn l-aħħar snin ġab miegħu ġenerazzjoni ġdida li għandha passjoni kbira biex tippreserva dawn it-tradizzjonijiet, b'mod speċjali dawk marbuta mal-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz. Din is-sena, l-Open Weekend għandu tifsira speċjali hekk kif qed jiġi ċċelebrat l-460 anniversarju tal- Assedju l-Kbir tal-1565 – mument kruċjali fl-istorja ta' Malta. Il-Birgu huwa kburi bir-rabta qawwija tiegħu mal-Kavallieri ta' San Ġwann. Il-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz għandha importanza storika bħala l-Ewwel Knisja Konventwali tal-Kavallieri, u proprju hemmhekk, fil-qalba tal-Birgu, il- Kavallieri u l-komunità tagħhom saru l-kburija tal-Ewropa matul dak l-assedju epiku. Din il-wirt għadu jiġi ċċelebrat sal-lum, b'residenti u viżitaturi jingħaqdu flimkien biex jonoraw l-istorja rikka tal-belt. Matul l-Open Weekend, il- viżitaturi jkunu jistgħu jżuru sezzjonijiet tal-Kumpless Parrokkjali li normalment ma jkunux aċċessibbli, fosthom il-Knisja, id-Dar tal- Kappillan, il-Mużew, l-Oratorju, il-Kripta u s-Sagristija tal-Qniepen. Dawn il-ġawhar moħbijin joffru titwila unika lejn il-passat glorjuż tal-Birgu u l-wirt kontinwu tal- Kavallieri ta' San Ġwann. Dettalji tal-Avveniment: Meta: Il-Ġimgħa 16, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta' Mejju 2025, bejn l-10:00 u l-5:30 Donazzjoni: €5 kull persuna (tfal taħt it-12-il sena jidħlu b'xejn) Fejn: Il-Kumpless Parrokkjali ta' San Lawrenz, il-Birgu Kif tasal: Faċli li tasal bil-karozza tal-linja: tal-linja numru 2 saċ- Ċentru tal-Birgu (tieqaf eżatt quddiem il-Knisja ta' San Lawrenz), bil-lanċa mill-Belt Valletta, jew tal- linja numru 3 jew 4 (waqfa Cafe Riche). Skopri l-ġawhar moħbijin f 'San Lawrenz fil-Birgu: Open Weekend Nhar is-Sibt 17 ta' Mejju fil-11:00 a.m. il-Mużew Il-Ħaġar se jorganizza l-aħħar taħdita pubblika ta' qabel is-sajf li ġġib it-titlu Religious Materiality: Christian Captives in North African Bagnos during the Early Modern Period. Iż-żewġ lekċerers huma Dr Matthias Ebejer u Maria Dobos Falzon. Fil-perjodu modern bikri, il-Baħar Mediterran kien sfond ta' kunflitti imma anke ta' konverġenzi bejn il- baħrin Musulmani tal-Afrika ta' Fuq u l-Insara Ewropej. Bħalma l-baħar spiss kien mezz ta' mistrieħ u ta' kuntatti kummerċjali u diplomatiċi, kien ukoll teatru ta' kunflitt. Għalkemm mhux il-kunflitti kollha kienu motivati mir- reliġjon, fil-Mediterran, ir-reliġjon kienet spiss fattur ewlieni wara episodji ta' jasar u segregazzjoni. Barra minn hekk, il-fidi kienet ukoll fattur li jiddistingwi lill-priġunieri bħala l-"barranin" meta kienu jiġu misruqa u meħuda f 'soċjetà stranġiera. Imma l-fidi kienet isservi wkoll bħala mezz ta' faraġ u għaqda bejn il-priġunieri ġewwa l-ħitan tal-ħabs (bagnos). Rakkonti dettaljati ta' ċelebrazzjonijiet reliġjużi miżmuma mill-ilsiera waqt il-jasar tagħhom jikkonfermaw kif il-priġunieri spiss kienu jiksbu materjal reliġjuż, ħafna drabi bl-għajnuna tal-gwardjani tagħhom. Dawn l-oġġetti kienu jservu bħala mezz li għal it ħin kien inessi l-esperjenza tal-jasar u kienu joffru lill-priġunieri konnessjoni mal- pajjiż li ħallew warajhom. Dan il- materjal jista' jiġi studjat kemm mill- perspettiva tal-priġunieri, li jsibu fih sors ta' faraġ, kif ukoll mil-lenti tal- gwardjani li kienu jagħmlu dan il-ġest sabiex il-priġunieri jkunu aktar doċli. Din il-preżentazzjoni se toffri eżempji ta' materjal reliġjuż marbut mal-Insara fil-jasar fil-bagnos tal-Marokk, Tripli u Algiers. Il-preżentazzjoni mhux se tiffoka fuq materjal personali ta' individwi li ġew spostati minn darhom imma se tikkonċentra fuq dawk l-oġġetti użati fost il-priġunieri jew fuq dawk l-oġġetti offruti fil-knejjes jew fil-moskea minn dawk li rnexxielhom jirritornaw lura lejn darhom. Maria Dobos Falzon hija Uffiċjal tal- Kollezzjonijiet fl-Arċidjoċesi ta' Malta u għandha MSc minn Leicester fl- Istudji dwar il-Mużewijiet. F'Leicester rebħet ukoll il-Jim Roberts Prize għar- riċerka tagħha dwar il-mużewijiet u l-bijodiversità. Dr Matthias Ebejer huwa storiku u speċjalista ewlieni tal- kollezzjonijiet mal-istess Arċidjoċesi. Kiseb il-PhD mill-European University Institute f 'Firenze u għandu esperjenza kuratorjali f 'diversi mużewijiet f 'Malta. Id-dħul huwa b'xejn imma huwa rrakkomandat li tirriservaw il-post tagħkom billi tibagħtu email fuq events@heartofgozo.org.mt. Matul l-Open Weekend, il-viżitaturi jkunu jistgħu jżuru sezzjonijiet tal-Kumpless Parrokkjali li normalment ma jkunux aċċessibbli, fosthom il-Knisja, id-Dar tal-Kappillan, il-Mużew, l-Oratorju, il-Kripta u s-Sagristija tal-Qniepe Il-fidi kienet ukoll fattur li jiddistingwi lill-priġunieri bħala l-"barranin" meta kienu jiġu misruqa u meħuda f 'soċjetà stranġiera imma wkoll bħala mezz ta' faraġ u għaqda bejn il-priġunieri ġewwa l-ħitan tal-ħabs Il-Ġimgħa 16, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta' Mejju 2025, bejn id-10:00 ta' filgħodu u l-5:30 ta' waranofsinhar