Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
Wara l-mewt bikrija ta' Bruce Lee wasal Jackie Chan (ismu propju Feng Shilong), ukoll minn Hong Kong. Għalkemm kien ilu jaħdem bħala tifel mill- 1964, Chan sar popolari mal- udjenzi tal-Punent meta ħareġ fl-Ewropa Battle Creek Brawl (1980), magħruf ukoll, u hekk intwera fostna, bħala e Big Brawl. Produzzjonijiet oħrajn tiegħu li marru tajjeb kienu Police Story u e Armour Of God u s-sequels tagħhom, waqt li sar popolari fl-Amerika b'Rumble In e Bronx (1995) u anki permezz ta' Rush Hour u s-serje Shanghai. Jackie Chan kien ukoll stuntman fil-films tiegħu stess u fil-films ta' Bruce Lee, Fist Of Fury u Enter e Dragon, u mhux l-ewwel darba li korra minħabba dan ix-xogħol perikuluż. Il-films enerġetiċi tiegħu huma mogħnija bi stunts spettakolari u elaborati eżekwiti minnu stess u b'ħafna waqtiet umoristiċi tassew ħelwin, li għamlu biljuni kbar ta' dollari sa miċ-Ċina sal-Istati Uniti u l-Kanada. Attur ieħor li pprova xortih f 'Hollywood kien l-Iżvediż Dolph Lungren, iżda bi it impatt. Minkejja li ħadem diversi films tal-arti marzjali, ġie nnotat l-aktar f 'Rocky IV (1985) wara li għamel id-debutt tiegħu fil-film ta' James Bond, f 'parti żgħira, A View To A Kill. Hans "Dolph" Lundgren irċieva grad fl-inġinerija kemikali mir-Royal Institute of Technology (1980) u "master's degree" mill- Università ta' Sydney (1982); fl- arti marzjali jippossedi kemm il- "black belt" fil-karate, kif ukoll kien kampjun Ewropew fl-1980 u 1981. Qabel dawn kollha nsibu lil Charles Bronson in-"nannu" taċ- ċiklu ta' dawn il-films ta' azzjoni determinata u lil Chuck Norris. Nista' ngħid li l-bidu ta' dan il- ġeneru ta' films kien bil-film Death Wish (1974), li fih Bronson ikun negozjant li ġurnata waħda jsib fid-dar lil martu mejta u lil bintu stuprata bil-goff. B'determinazzjoni sfiqa jsir viġilant ta' billejl fit-triqat perikolużi ta' New York City u l-aktar f 'Central Park, fejn jibda joqtol bla ħniena lill-marmalja li jsib iddrogati, ħallelin, dawk li jfittxu biex jisolħu li min jinzerta għaddej u oħrajn. Għalkemm qed jagħmel ix-xogħol tal-pulizija li ma jistgħux ilaħħqu, mill-banda l-oħra jikkrealhom iżjed problemi. F'ħafna teatri fl-Amerika mal-final tal-film qamu jċapċpu — l-udjenza mmanipulata bil-kbir u suċċess kbir fid-dħul tal-flus. Warajh ħarġu erba' produzzjonijiet oħra bl-isem ta' Death Wish ... Charles Bronson kompla jidher aggressiv f 'Mr. Majestic, Hard Times (U.K. e Streetfighter), Breakout, Telefon, Love And Bullets. Death Hunt, 10 To Midnight, Murphy's Law, u oħrajn. Fil-maġġoranza ta' dawn ix-xogħlijiet kienet tidher miegħu martu. Jill Ireland. Carlos Ray "Chuck" Norris barra li hu attur hu wkoll intiż ferm fl- arti marzjali u għandu l-black belt f 'diversi kategoriji — Tang Soo Do, jiu jitsu Brażiljan u judo, barra li rebaħ ħafna kompetizzjonijiet tal- arti marzjali. Beda jaħdem fil-films bħala l-viljakk f 'Way Of e Dragon (U.S. — Return Of e Dragon) meta sieħbu Bruce Lee stess ħajru jkun l-avversarju qalil tiegħu fi ġlieda titanika u elaborata fil-Kolossew ta' Ruma. Mill-ewwel sar popolari, issa dejjem bħala l-ġellied tas-sewwa ġo films bħal A Force Of One (1979), e Octagon (1980), An Eye For An Eye (1981) u aktar, li għamluh ċelebrità internazzjonali. Xi snin wara kabbar il-popolarità bil-films Missing In Action u e Delta Force 1 u 2, u sar isem komuni fid-djar bis-serje tat-televiżjoni CBS, Walker Texas Ranger (1993- 2001). Kiteb ukoll ħafna kotba dwar l-arti marzjali, l-eżerċizzju, il-politika, il-Kristjaneżimu u dwar suġġetti oħra. Meta l-popolarità ta' dan il- ġeneru kienet qed tmajna, wasal fix-xena Bruce Willis bil-film Die Hard (1988) bħala John McClane, uffiċjal tal-pulizija ta' New York li jipprova jsalva lil martu separata minnu u oħrajn miżmuma ostaġġi minn grupp ta' terroristi f 'lejliet il- Milied f 'ħotel imsakkar jikkumbatti magħhom hemm ġew waħdu. Produzzjoni li għamlet suċċess u welldet żewġ sequels, kif ukoll għadu sal-lum wieħed mill-favoriti fuq it-TV għal żmien il-Milied. Fl-1989, il-film tas-supereroj Batman ibbażat minn fuq il-ktieb ta' DC Comics, għamel suċċess fenominali u minn baġit ta' €48 miljun daħħal $411.6 miljuni lill- kumpanija Warner Bros. Hawn beda jberraq għall-films tal-eroj ta' azzjoni gwappa u sa it snin wara s-supereroj tal-kotba komiks ħadu l-prominenza u għadhom sejrin tajjeb sal-lum. 14 films IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum Carmel Bonnici L-eroj gwappi ta' azzjoni sfiqa IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Royal Pharmacy, Valletta Santa Marija Pharmacy, Zebbug Brown's St Anne's, Birkirkara Lourdes Pharmacy, San Gwann Remedies, Ta' Xbiex Browns, Swieqi Mrabat Pharmacy, Sliema Rotunda Pharmacy, Mosta Brown's, Naxxar Frontline, Burmarrad Brown's, Paola Medicor, Xghajra St Catherine's Pharmacy, Zejtun Bronja Pharmacy, Zurrieq Collis Williams St. Venera Pharmacy St Venera The Bypass Pharmacy Siggiewi Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Gozo Chemists, Xewkija, Gozo Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bruce Lee u Chuck Norris