MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum 06 "Il-lokalità għandha sfidi kbar u rridu naħdmu BĦALA S-SINDKU TAL-IKBAR LOKALITÀ TA' MALTA, X'INHUMA L-ISFIDI UNIĊI LI TAFFAĊĊJA? San Pawl il-Baħar, li jinkludi lil Buġibba, Burmarrad, il-Qawra, iċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar propja, ix-Xemxija, u nħawi iżgħar bħal Għajn Rihana, il-Pwales, Limbordin, Parti mill-Bidnija, San Martin u postijiet iżgħar, illum sar l-ikbar lokalità li għandna f 'pajjiżna. Hu kkalkulat li għandna almenu 50,000 resident li joqogħdu fil-lokalità. Dan ma jinkludix lill-eluf ta' turisti li jkunu magħna matul is-sena, meta tqis li fil-lokalità għandna kważi 16,000 sodda fi stabbilimenti residenzjali. Minbarra hekk, il-firxa kbira ta' art li fuqha tinsab San Pawl il-Baħar, toħloq ukoll diffikultajiet oħra li jridu jiġu indirizzati. Fil-lokalità għandna madwar 300 triq, li kollha għandhom l-isfidi tagħhom. IL-KOBOR TAL-LOKALITÀ SFORTUNATAMENT IWASSAL BIEX IL-LOKALITÀ JKOLLHA PROBLEMI PARTIKOLARI. PEREŻEMPJU WIEĦED HUWA L-AMMONT KBIR TA' SKART IĠĠENERAT FIL-LOKALITÀ. X'QED ISIR BIEX JITTAFFEW DAWN IL-PROBLEMI? Il-kwistjoni tal-iskart tinqasam fuq żewġ partijiet differenti. Din tolqot il-ġbir tal-iskart, kif ukoll tolqot il-kwistjoni tal-knis. Se nipprova nagħti it dettalji dwar dan. Kif inhu magħruf minn Jannar 2023, il-ġbir tal- iskart ma baqax jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali. Meta tgħid hekk lir- residenti, ir-risposta tkun 'mela intom x'qegħdin tagħmlu hemm?' F'ċertu sens dan il-kumment jasal bl-iktar mod naturali, għaliex waħda mill-ewwel responsabbiltajiet li kellhom il-kunsilli lokali kien propju l-ġbir tal-iskart. Minn Jannar 2023, dan il-ġbir issa qed jaqa' taħt ir-responsabbiltà tar-reġjuni (f 'Malta għandna ħames reġjuni, u hemm ukoll ir-reġjun ta' Għawdex). Madanakollu meta ħarġet it-tender tal-ġbir tal-iskart, it-tender kienet waħda fejn ma ttiħdux il- ħtiġijiet partikolari tal-lokalitàjiet differenti li hemm fir-reġjun. It-tender lanqas inħarġet mir-reġjuni, u l-kuntratt lanqas ġie ffirmat mar-reġjuni. Għal din ir-raġuni, pereżempju filwaqt li lokalità bħal San Pawl il-Baħar fir- reġjun tat-Tramuntana l-ħin kollu tilmenta dwar il-ġbir tal-iskart, lokalitajiet oħra fl- istess reġjun, bhall-Imtarfa u l-Imġarr ma jaffaċċjawx l-istess diffikultajiet li naffaċċjaw aħna. Dan għaliex filwaqt li l-lokalitajiet iż-żgħar jinqdew bi trakk wieħed, San Pawl il-Baħar suppost li għandu sitt trakkijiet. L-ironija hi li ilni disa' xhur nitlob l-informazzjoni dwar minn fejn qed jibdew ir-rotta tal- ġbir tal-iskart, u s'issa għadni ma ngħatajtx l-informazzjoni. Minbarra hekk, minn Jannar 2023, inbidlu wkoll l-iskedi tal-ġbir tal-iskart u tnaqqset il- ġabra tal-borża s-sewda. Illum kull lokalità għandha l-ġabra nhar ta' tlieta u nhar ta' Sibt. Il-kunsilli ma jistgħux jaddattaw skont il-bżonnijiet tagħhom. Kunsill ma jistax jorganizza ġabriet oħra. L-ironija hi li fl-istess waqt li l-kunsill ma jistax jagħmel dan, id- Dipartiment tal-Indafa pubblika jitkellem dwar l-ammont ta' skart extra li jiġbor kuljum mil-lokalità tagħna. Hawn tqum domanda importanti jekk Kunsill ma jistax jorganizza ġbir extra, għaliex id-Dipartiment qed jagħmel dan. Possibbli ħadd ma tgħaddilu minn rasu hu li hemm bżonn ta' ġabriet iktar regolari, u fondi iktar kbar ipprovduti lill-kunsilli lokali, minflok ma l-Gvern jonfoq il-miljuni biex ikun jista' jagħmel hu dak li fil-fatt bil-liġi suppost jagħmlu l-kunsilli. B'żewġ ġabriet fil-ġimgħa (li iżda mbagħad qiegħda titfixkel bil-preżenza tal-ħaddiema tal-Gvern jiġbru f 'ħinijiet differenti), l-iskop tal-indafa mhux qed jintlaħaq. Meta tqis li f 'San Pawl għandna almenu 20,000 household li mhux kollha josservaw ir-regoli, hu evidenti li jkun hemm numru ta' problemi. Għalkemm mhux ċifri realistiċi (għaliex hemm iktar minn 10% li ma josservawx ir-regoli), kieku 10% tar-residenti ma josservawx ir-regoli, kieku jkun hemm 2,000 borża jiġru mat-toroq tagħna fil-ġranet li mhux suppost ikun hemm boroż fit-toroq. Ara 2,000 borża, x'dehra kerha jagħtu lil- lokalità. Minbarra dawn, hawn mijiet ta' stabbilimenti kummerċjali ta' bosta ġeneri li kollha għandhom l-iskart tagħhom. Il-kunsill hu responsabbli mill-iskart residenzjali, imma huwa fatt magħruf li fil-verità ħafna mill- istabbilimenti kummerċjali jpoġġu l-iskart tagħhom fuq il-bankini biex jinġabru mill- istess kollettur tal-ġabra domestika. Insaqsi x'dixxiplina qed ikun hemm fuq hekk? Min qed jenforza l-liġijiet dwar il-ġbir tal-iskart? Ir-risposta hawn hi waħda sempliċi. ĦADD. Il-kontroll illum sar responsabbiltà tal-ERA. Jekk tara kemm ċitazzjonijiet jinħarġu matul is-sena tibda tidħak. Skużani, tibda tibki, għaliex meta tqis il-ksur tant evidenti u tara wkoll x'ċitazzjonijet ikunu nħarġu, in-numri huma redikoli. Nemmen li reġa' wasal iż-żmien li l-kontroll kollu tal-ġbir tal-iskart, u d-dixxiplina dwaru tiġi lura għand il-kunsill lokali. Dan tar- reġjun nemmen li kien esperiment li falla, li almenu falla fejn hemm lokalitajiet kbar, bl- isfidi partikulari tagħhom. Il-problemi qed jeħel bihom il-kunsill, imma dixxiplina u kontroll ma jaqgħux taħtu. Biex tkompli tgħaxxaqha, issa lanqas ir-reġjun mhu qed jitħalla jieħu passi dixxiplinari fil- konfront tal-kuntratturi, għaliex ir-reġjuni ngħataw direttiva li biex ikunu jistgħu jiddixxiplinaw lill-kuntrattur irid ikun hemm il-barka tad-Dipartiment. Barka burokratika li ma tasal qatt. Il-kunsilli qed jaffaċċjaw l-isfida tal-ġabra, u fl-istess ħin qed jaffaċċjaw l-isfida ta' nuqqas ta' dixxiplina. Wara iktar minn sentejn ta' esperiment li ma ħadimx, nemmen li wasal iż-żmien li l-kunsilli jerġgħu jingħataw l-awtonomija tagħhom dwar dan. Dan hu punt li qajjimtu f 'kull laqgħa tar-reġjun li kellna matul dawn l-aħħar xhur kemm ilni Sindku. Fir-reġjun hemm sens ta' rassenjazzjoni li donnu ma nistgħu nagħmlu xejn. Imma għalija mhux aċċettabbli li l-ġbir tal-iskart jibqa' għaddej sas-sitta ta' filgħaxija, b'mod partikulari kull nhar ta' Sibt. X'sens jagħmel li r-residenti nitolbuhom joħorġu l-iskart fis- 7.00 ta' filgħodu biex imbagħad dak l-iskart jibqa' barra sas-sitta ta' filgħaxija? Possibbli ħadd ma jinduna bil-falliment tas-sistema? Se nibqa' ninsisti li s-sistema tiġi indirizzata u tinbidel. KIF QEGĦDIN FUQ IT-TEMA TAL- ISKART: F'RAPPORT LI ĦARĠET DIL-GAZZETTA, ĦAREĠ LI SAN PAWL IL-BAĦAR GĦANDU BISS BRING- IN SITE WIEĦED FEJN SUPPOST HEMM 16 INSTALLATI. KIF RAĦAL DAQSHEKK IPPOPOLAT SPIĊĊA MINGĦAJR BIŻŻEJJED BRING-IN SITES? U X'QED ISIR BIEX TITRANĠA DIS-SITWAZZJONI? Dwar il-bring in sites, ilni li bdejt id- diskussjonijiet mal-ERA iktar minn sitt xhur. F'Lulju li għadda sibt sitwazzjoni fejn San Pawl il-Baħar kellu site wieħed li qiegħda ssir referenza għalih bħala bring in site, liema site jinsab fil-Wardija. Dan ifisser li fl-inħawi residenzjali m'hemm l-ebda site. Mhux talli hekk, talli kien sar aħir kbir li l-kunsill preċedenti kien neħħa s-sites kollha, u ma ttieħdu l-ebda passi. Fil-fatt f 'San Pawl il-baħar kien hemm żmien meta kien hemm ferm iktar bring in sites milli sibt f 'Lulju li għadda. Ir-raġuni għaliex tneħħew kienet l-abbuż esaġerat tan-nies li jagħmlu miżbla madwar dawn l-istess sites. Miżbla li għal darb'oħra tiġi għaliex is-sites ma kinux ikkontrollati permezz tal-kameras. Ftit wara li lħaqt Sindku ntlabt niltaqa' mal-ERA biex niddiskutu din is-sitwazzjoni. Attendejna għal-laqgħa, jien u l-Viċi Sindku Chris Vella Petroni li hu wkoll il-persuna li taħtu jaqa' d-dekasteru tal-indafa pubblika. Hemm kont infurmat bl-obbligi legali li suppost għandna, u li San Pawl il-Baħar suppost għandu 16-il sit minn dawn. Mill- ewwl ħadna l-pożizzjoni li se mmorru l-Kunsill u nippruvaw insibu postijiet fejn għandna npoġġu dawn is-siti, u kif se jiġu kkontrollati. L-impressjoni li ngħatajna kienet li aħna nsibu s-siti u mbagħad il-kuntrattur imqabbad mill-istess ERA se jkun responsabbli biex jiggarantixxi li l-areas madwar is-siti jkunu kkontrollati bil-kameras u li l-indafa neċessarja tkun ukoll responsabbiltà tiegħu. Il-kunsill identifika s-siti fejn jistgħu jsiru dawn il-bring in sites. Qabel li nibdew b'numru iżgħar minn 16 imbagħad inżidu bil-mod il-mod. Iltqajna mal-kuntrattur u saru diskussjonijiet. Imma jidher li għadna bogħod biex naslu li verament il-kuntratturi jkunu responsabbli mill-garanzija ta' ndafa kontinwa madwar is-sites, u li jkun hemm monitoraġġ kontinwu ta' dawn is-siti. Jekk l-ERA trid li s-siti jiżdiedu, għandha tipprovdi l-garanziji neċessarji biex il- kunsilli ma jkollhomx jidħlu għal spejjeż li m'għandhomx flus biex jiffinanzjawhom. Il- kunsill ħa d-deċiżjonijiet neċessarji wara li ddiskuta s-suġġett iktar minn darba, imma hemm ħtieġa li nimxu bis-serjetà ħalli jkollna kontroll tas-siti fejn dawn il-bins jistgħu jitpoġġew. Il-kunsill iddiskuta s-suġġett iktar minn darba u hu favur li jkun hemm siti fejn dan l-iskart jitpoġġa, imma l-ispiża ma tistax taqa' fuq il-kunsill sakemm ma jiżdidux sostanzjalment il-fondi neċessarji. Bla dubju l-lokalità għandha bżonn ferm Il-ġurnal ILLUM ipoġġi mas-Sindku ta' San Ċensu Galea, fejn staqsejnieh xi mistoqsijiet kwistjonijiet li qed jolqtu lil-lokalità tiegħu, l-iskart u t-tiswija tat-toroq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 May 2025