MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum aħbarijiet Il-Ministru jgħid li impossibbli ssir reklużjoni fil-ħabs ta' Kordin Ftit iktar minn 500 kelb u qattus addottati fl-2024 mill-Animal Welfare SEAN FENECH Il-piena tar-reklużjoni, dik li bl-Ingliż tissejjaħ solitary confinement, hija forma ta' kastig fejn ħabsi jingħalaq f 'post fejn ħadd ma jista' jagħmel kuntatt miegħu. L-eċċezzjoni ta' dan, skont il-liġi, huwa meta dan il- kuntatt isir bi skop ta' "servizz jew b'awtorizzazzjoni speċjali tal-Ministru responsabbli għall-ħabs." Skont il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, l-arkitettura tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ma tippermettix li tingħata r-reklużjoni lill-ħabsin. "Infurmat illi kif inhi mibnija l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ma tipprovdix post fejn persuna tkun solitarja mingħajr aċċess u ebda kuntatt ma' persuni oħra", qal il- Ministru fil-Parlament. Iżda, qal Camilleri, hemm sezzjonijiet fil-ħabs li jipprovdu iktar sigurtà u inqas aċċess għal persuni biex jagħmlu kuntatt mal-ħabsin. Dil-informazzjoni ħarġet waqt li l-Ministru kien qed iwieġeb lill-Kelliema għall-Oppożizzjoni Graziella Attard Previ, li staqsietu dwar kemm-il darba ntużat il-piena tar- reklużjoni. SEAN FENECH Ġew addottati ftit iktar minn 500 kelb u qattus mill-Animal Welfare fl-2024, skont informazzjoni mogħtija fil-Parlament. B'kollox kien hemm 515-il kelb u qattus li ġew addottati minn dil- aġenzija governattiva. Skont iċ-ċifri mogħtija, kienu addottati 337 kelb u 178 qattus. Dil-informazzjoni ġiet meħuda minn mistoqsija parlamentari li għamel il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo lill-Ministru Anton Refalo. Sfortunatament, meta dil-gazzetta marret tistħarreġ għall-istess informazzjoni fis-snin preċedenti, jiġifieri kemm kien hemm addozzjonijiet fis-snin ta' qabel l-2024 mill-Animal Welfare, ma sibna l-ebda informazzjoni. Fl-aħħar nikkonkludu billi nirrimarkaw li ta' min wieħed jinnota li n-numru ta' klieb li ġew addottati huwa kważi d-doppju ta' kemm ġew addottati qtates. Dan jista' jkun għaliex f 'Malta hawn kultura kbira ta' qtates li jgħixu fit-triq flimkien ma' ħafna volontiera li jieħdu ħsiebhom u jitimgħuhom. Fil-fatt, statistika maħruġa minn GoVoyager sabet li Malta huwa l-pajjiż bl-akbar densità ta' qtates fl-Unjoni Ewropea, bi 316-il qattus f 'kull kilometru kwadru. Iżda fl-istess ħin 25.4% tad-djar biss għandhom mill-inqas qattus wieħed. Minkejja li l-arkitettura tal-ħabs ma tippermettix ir- reklużjoni, din it-tip ta' piena hija xorta kkodifikata fil-liġi 14-il raġel b'sentenza ta' għomor il-ħabs SEAN FENECH Hemm total ta' 14-il raġel preżentament fil-ħabs li qed jiskontaw sentenza ta' għomor fil-ħabs. Dil-informazzjoni ħarġet fil-Parlament meta l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ għamlet mistoqsija parlamentari lill- Ministru għall-Intern, is- Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri. Fil-mistoqsija tagħha, Attard Previ staqsiet lill-Ministru biex "jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw għomor il-ħabs bħalissa." Barra minn hekk, staqsiet ukoll dwar kemm ilhom il- ħabs dawn il-persuni biex l-informazzjoni tingħata maqsuma skont il-ġeneri tal- persuni. Il-Ministru Camilleri wieġeb billi pprovda tabella li tindika li "hemm 14-il raġel li qed jiskontaw sentenza ta' għomor il-ħabs" u l-ebda mara. Fl-istess waqt, it-tabella tindika kemm ilhom il-ħabs dawn il-persuni. ŻEWĠ IRĠIEL ILHOM IKTAR MINN 30 SENA L-ĦABS Mit-tabella pprovduta mill- Ministru Camilleri jidher li hemm żewġ irġiel li ilhom il-ħabs 'il fuq minn 30 sena. Wieħed ilu jiskonta s-sentenza tiegħu 37 sena u l-ieħor ilu 32 sena. Warajhom hemm żewġ irġiel li ilhom iktar minn 20 sena, fejn wieħed ilu 24 sena u tnejn ilhom 23 sena. Imbagħad għandek sitt irġiel li ilhom iktar minn għaxar snin il-ħabs. Wieħed li ilu 18-il sena, ieħor li ilu 14-il sena, tlieta li ilhom 13-il sena, u wieħed li ilu 12-il sena. Fl-aħħar hemm tliet irġiel li ilhom inqas minn għaxar snin. Hemm tnejn li ilhom sitt snin waqt li hemm wieħed li ilu tliet snin. KWAŻI 300 PERSUNA TAĦT ARREST PREVENTIV FIL-ĦABS Minn mistoqsija parlamentari oħra magħmula wkoll minn Attard Previ lill-istess Ministru, jidher li hemm 291 persuna taħt arrest preventiv bħalissa l-ħabs. Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni staqsiet biex "il-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq arrest preventiv bħalissa u jaqsam din l-informazzjoni skont il- ġeneru". Hu wieġeb bit-total ta' nies taħt arrest preventiv sal-15 ta' April tal-2025. Barra minn hekk, qal ukoll li minn dawn l-arrestati, hemm b'kollox 267 raġel u 24 mara. Il-maġġoranza tal-irġiel li qed jiskontaw sentenza ta' għomor il-ħabs ilhom iktar minn 10 snin il-ħabs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025