MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 SEAN FENECH Jidher illi bħalissa qed joperaw 'il fuq minn 5,500 vettura li għandhom il-pjanċi tagħhom jispiċċaw, jew b'"GY", jew b'"LY". Din l-informazzjoni ttieħdet minn mistoqsija parlamentari magħmula mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Mobbiltà Mark Anthony Sammut lill-Ministru għat- Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett. Fil-mistoqsija tiegħu, Sammut talab lill-Ministru jistax "jaġġorna l-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri "GY" u "LY". Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru ta l-informazzjoni mitluba f 'forma ta' tabella bil-pjanċi kollha rreġistrati li jispiċċaw bl- ittri msemmijin. 5,554 taxi bil-pjanċi jispiċċaw "GY" u "LY" li qed joperaw attivament Mit-tabella pprovduta, jidher li b'kollox hemm 5,554 vettura li għandhom il-pjanċi jispiċċaw "GY" u "LY" — fi kliem ieħor, taxis impjegati ma' kumpaniji tal- ivvjaġġar bħalm'huma l-Bolt u l-eCabs. Iżda dan ifisser li n-numru veru ta' taxis inġenerali li qed joperaw fil- gżejjer Maltin huwa ikbar. Dan għaliex dil-mistoqsija parlamentari tindirizza biss vetturi li għandhom pjanċi jispiċċa b'"GY" jew b'"LY", iżda taxis oħrajn jużaw pjanċi differenti. Eżempju, it-taxis bojod, bħal kif inhuma magħrufin, għandhom pjanċi differenti li ġeneralment jibdew bil-kelma "TAXI". 119-il vettura bil-pjanċi jispiċċaw "GY" u "LY" iggaraxxjati jew bil-liċenzja skaduta Apparti hekk, mill- informazzjoni mogħtija fil- Parlament, jidher li hemm ukoll 119-il vettura bil-pjanċi jispiċċaw "GY" u "LY" li "huma ggaraxxjati jew inkella li l-liċenzja taċ- ċirkulazzjoni tagħhom kienet diġà skadiet sa minn qabel id-dħul fis- seħħ tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 499.68," fi kliem il-Ministru Bonett. Il-leġiżlazzjoni msemmija, li ġġorr l-isem "Regolamenti Dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġġieri b'Vetturi Żgħar u Servizzi ta' Kiri ta' Vetturi", tirregola l-awtorizzazzjoni ta' servizzi ta' ġarr ta' passiġġieri. Fi kliem ieħor, din il-leġiżlazzjoni tirregola lit-taxis. Minn meta daħlet fis-seħħ, kien hemm iktar regolarizzazzjoni ta' dawn il- vetturi u l-operaturi tagħhom. 'Il fuq minn 5,500 vettura rreġistrati bil- pjanċi jispiċċaw b''GY' u b''LY' "Jidher li hemm ukoll 119-il vettura bil-pjanċi jispiċċaw "GY" u "LY" li "huma ggaraxxjati jew inkella li l-liċenzja taċ-ċirkulazzjoni tagħhom kienet diġà skadiet" qal il-Ministru Bonett. SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA IL-GVERN TA' MALTA MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI T-TRADEMARK IRREĠISTRA U D-DISINN QABEL TAGĦMLU PUBBLIKU TIEGĦEK

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025