MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 June 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 • illum 04 Il-ġurnal ILLUM iħares lejn ftit mill- istejjer dwar is-saga ta' Manoel Island u kif f'temp qasir il-mexxejja politiċi biddlu l-fehma tagħhom dwar il- futur ta' din il-gżira ġo nofs il-Port ta' Marsamxett. Is-saga ta' Manoel Island Notifika t'Intenzjoni Liċenzja għal Reklutaġġ PG Global Limited tiddikjara l-intenzjoni biex tirreġistra għal- Liċenzja tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal- Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq servizzi ta' reklutaġġ li jinkludu: 1. Konsultazzjoni dwar reklutaġġ. 2. Intervisti għall-impjieg, selezzjoni u xogħlijiet rakkomandati għal kandidati ideali skont il-ħtieġa marbuta ma' kwalifiki u esperjenza. 3. Reklutaġġ ta' persuni ġejjin minn pajjiżi barranin jew pajjiżi fl- Unjoni Ewropea biex ikollhomimpjieg hawn Malta. 4. Reklutaġġ ta' persuni Maltin jew minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. 5. Reklamar marbuta mal-bżonn t'impjieg vakanti. 6. Jinżamm reġistru t'applikanti għal kull impjieg. Indirizz uffiċjali reġistrat: Fusion House, Level 1, Office 1A, Olives Square, Qormi. QRM 3931, Malta. Numru reġistrat tal-kumpanija: C42626 Liċenzja għal Xogħol Temporanju/Esternalizzazzjoni PG Global Limited tiddikjara l-intenzjoni biex tirreġistra għal- Liċenzja tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal- Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq il-provvista tal-ħaddiema bil- ħsieb li jkunu disponibbli għall-partiterza li tinkludi: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill-parti terza. 2. Il-parti terza tassenja x-xogħol lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi t'esternalizzazzjoni li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill-parti terza. 4. L-aġenzija tal-esternalizzazzjoni , inklużi l-kuntratturi u s- sottokuntratturi, tissorvelja,tidderieġi u tikkontrolla lill- ħaddiema. Indirizz uffiċjali reġistrat: Fusion House, Level 1, Office 1A, Olives Square, Qormi. QRM 3931, Malta Numru reġistrat tal-kumpanija: C42626 Wara xahrejn ta' kampanja minn kważi 50 entità u appoġġ minn ħafna nies, inkluż akkademiċi, politiċi u personalitajiet, il-petizzjoni sabiex Manoel Island tinbidel f 'park nazzjonali għalqet b'29,041 firma. Madanakollu, sa ġimgħa ilu, din kienet ferħa bla temma hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela qal li ma tagħmilx sens li l-Gvern iħallas miljuni t'ewro sabiex jirrevoka l-kuntratt ta' Manoel Island mal-konsorzju tal-kumpaniji MIDI. Il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech ħa l-istess pożizzjoni t'Abela u qal li l-Gvern irid jimxi skont il-kuntratt. Imma wara rapporti ta' dissens fuq Manoel Island minn numru ta' personalitajiet Laburisti fosthom l-Eks Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u l-President tal- Partit Laburista Alex Sciberras, Abela f 'daqqa biddel fehmtu. U ftit wara, Bernard Grech għamel l-istess u biddel fehmtu dwar Manoel Island. Abela, min-naħa l-oħra, talab lil Zammit Lewis u Sciberras, żewġ avukati biex iħarsu lejn il-kuntratt oriġinali u jaraw kif jista' jinħall minn dan il-kuntratt il-Gvern ta' Malta. Abela għadu jinsisti li l-Gvern m'għandux jikkumpensa lil MIDI Plc mit-taxxi tal-poplu. Min-naħa tal-PN, kien hemm bosta diriġenti tal-PN fosthom Darren Carabott li kienu ċari mill-bidu nett fl-oppożizzjoni lejn il-proġett ta' Manoel Island. U warajh bdew jinstemgħu ilħna oħra mill-oppożizzjoni. Abela xamm li l-burdata nazzjonali kienet qed iddur kontra l-Midi. It-Tlieta li għadda, wasal li jiddikjara li l-kuntratt kien attentat ċar fis-sena 2000 biex Eddie Fenech Adami jaqdi l-ħbieb. Nesa qisu li Alfred Sant dakinhar kien appoġġja l-proġett u l-Partit Laburista kien qabel mal-proġett. Abela nesa wkoll li l-moħħ wara MIDI Plc kien Bertu Mizzi li ċertament kien magħruf fil-ħajja tiegħu bħala kollaboratur tal-Perit Duminku Mintoff u kien irrispettat miż- żewġ partiti politiċi. L-istorja ta' Manoel Island tibda qabel 25 sena imma wara t-tmien ta' diskussjoni u negozjar fis-sena 2000, il-Parlament Malti qabel b'mod unanimu u ffirma konċessjoni ta' Tigné Point u Manoel Island sas-sena 2099. L-argument tal-attivisti huwa li, fil-kuntratt, ix-xogħol irid ikun lest sa Marzu tal-2026. L-istess attivisti qed jallegaw li l-MIDI qiegħda titlob il-Gvern sabiex tingħata estensjoni. Il-Kap Eżekuttiv tal-MIDI Mark Portelli, f 'intervista mal- MaltaToday qal li oriġinarjament il-kuntratt qal sa Marzu 2023 imma l-kuntratt għandu provisti li awtomatikament jagħtihom iżjed ħin. Dawn il-provisti għandhom x'jaqsmu ma' dewmien relatat ma' problemi ta' permessi, tisjib arkeoloġiku u dewmien li mhuwiex fil-kontroll tal-MIDI. Fl-2016, il-MIDI kienet qed tipprova tbigħ il-konċessjoni ta' Manoel Island wara li kienet għamlet impenn li tiżviluppa Manoel Island Bernard Grech (xellug) u Robert Abela, it-tnejn għamlu U-turn Bertu Mizzi, il-persuna wara Manoel Island, kien ikkunsidrat bħala ħabib taż-żewġ partiti imma fi żmien il-Perit Mintoff kien ikkunsidrat bħala persuna viċin sew ta' Mintoff Mark Portelli, il-Kap Eżekuttiv ta' MIDI Plc

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 June 2025