Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536164
l-art għal villa lussuża. Dan sar magħruf jumejn wara li attivisti ambjentali, inkluż is-Sindku tal- Gżira Conrad Borg Manche, marru jkissru l-ħadid li kien qed jagħlaq l-aċċess pubbliku għaż- żona. Huwa rrappurtat li l-bejjiegħ huwa infatti Anton Camilleri, magħruf aħjar bħala Anton il- Franċiż, li għandu proġett ieħor kbir dik ta' Villa Rosa, fil-Bajja ta' San Ġorġ. Sena wara, il-konsorzju wiegħed li ħa jibni park pubbliku ta' 80,000 metru kwadru sabiex jiġbor ġieħu man-nies. Ftit xhur wara, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien ħabbar li hu jixtieq jara żvilupp mill- inqas fuq Manoel Island, u iżjed spazji ħodor. Il-MIDI daħlet fi qbil ta' kustodja mal-Kunsill Lokali tal- Gżira li bih il-pubbliku jkollu aċċess żgurat għall-Forti Manoel u għall-madwar. Fl-2020, l-Awtorità tal-Ippjanar irrevokat il-permess tal-MIDI hekk kif kien hemm bżonn ta' Assessjar tal-Impatt Ambjentali (EIA) u dan tefa' x-xogħol lura. Fl-2019, ġiet ippreżentata petizzjoni b'6,000 firma lill- Parlament sabiex Manoel Island isir park b'binjiet kulturali. Il- petizzjoni kienet topponi l-bini ta' 610 appartamenti u żieda fiż- żona residenzjali. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' xi wħud involuti fil- kampanja "Manoel Island: Post Għalina" sabiex naraw xi jmiss issa. Mark Camilleri Gambin, is-Segretarju Ġenerali tal- Partit Momentum li jappoġġja l-kampanja "Manoel Island: Post Għalina", tkellem fuq il-validità tal-kuntratt. "Il-Gvern għandu jħares sew lejn il-kuntratt, fejn hemm skadenzi preċiżi. U se jsib li dawn ma ġewx onorati. Għalhekk għandu jirrinegozja t-termini tal- kuntratt." Hu jagħmel paralleliżmu bejn il-Gvern li qal li ħa jonfoq €700 miljun fuq spazji ħodor imma li qed jara problema sabiex jerġa' jixtri l-art ta' Manoel Island lura sabiex jagħmel park nazzjonali. Hu kompla, u appella għal diskussjoni fil-parlament, anke b'turija ta' rispett lejn id-29,000 persuna li ffirmaw il-petizzjoni. "Huwa interessanti li xi membri parlamentari Nazzjonalisti qalulna li ma jaqblux mal-proġett. Allura, dawn kif se jivvotaw fil- Parlament? Trid tispiċċa din il- politika fejn kulħadd jibża' mill- partit. Il-membri parlamentari għandhom dmir primarju lejn in-nies, mhux lejn il-partit," qal Camilleri Gambin. Camilleri Gambin qal li l-poplu Malti dejjem qed isir iżjed konxju tal-importanza tal-ambjent, u kif l-ambjent qed isir dejjem iżjed suġġett politiku. Hu maqdar iż-żewġ partiti hekk kif skontu għandhom politika tal-passat, b'ekonomija bbażata fuq il-bini bla forma t'oppożizzjoni. Hu ta' rikonoxximent tax-xogħol inkredibbli li jagħmlu l-għaqdiet f 'każijiet simili bħal dak tal-Forti Chambray u l-Forti Tigné. Ralph Cassar, is-Segretarju Ġenerali tal-ADPD, esprima d-diżappunt li għandu rigward il-biża'. Cassar ikkritika ż-żewġ naħat tal-parlament hekk kif il- qbil kien unanimu. "L-ebda deputat ma kellu s-sinsla dakinhar li jopponi t-trasferiment ta' meded kbar ta' art pubblika lill-MIDI … Alfred Sant u Evarist Bartolo ta' xejn jiħu ħalqhom issa wkoll, la meta kellhom aktar saħħa u influwenza politika mxew mal-kurrent, għax fl-aħħar mill-aħħar huma karriristi — ma ridux idardru l-għajn li jixorbu minnha." Hu qal li l-amministrazzjoni Laburista kellu ċ-ċans li jirrevoka l-kuntratt mingħajr kumpens meta ġie elett fl-2013 imma ħallew il-ħażen jirbaħ. Cassar ħares lejn il-kampanja "Manoel Island: Post Għalina" minn lenti differenti. Hu qal li din kixfet l-iskandlu tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ partiti l-kbar sabiex "jaġevolaw l-ispekulazzjoni u l-iżvilupp bla rażan." Kompla jakkuża liż-żewġ kapijiet li l-inqas li setgħu jagħmlu kienet seduta waħda parlamentari dwar Manoel Island fejn fiha jiskużaw ruħhom man-nies għall-iskandlu trasferiment ta' art pubblika għall-ispekulazzjoni. Hu qal li b'dan l-aġir huma qed juru lin-nies li l-petizzjonijiet parlamentari ma jfissru xejn. Is-Segretarju Ġenerali qal li, avolja qed jinfetħu spazji ħodor ġodda, dawn mhux qed ilaħħqu mal-meded kbar t'art li qed jinqerdu mill-iżvilupp mhux neċessarju. Hu kkritika n-nuqqas ta' pjanar fit-tul u n-nuqqas ta' speċi mkabbrin Malta stess, li riżultat ta' dan qed tiddgħajjef il-bijodiversità lokali. Mark Camilleri Gambin tal-Partit Momentum aħbarjiet illum • IL-ĦADD 8 TA' ĠUNJU 2025 05 Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Fond Soċjali tal-Klima Esprimi l-opinjoni tiegħek! Stephen Vella, numru ta' karta tal-identità 556690M, jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li rreġistra għal liċenzja ta' Aġenzija tal- Impjiegi skont l-artikolu 23 tal-Att dwar l-Impjiegi u s-Servizzi ta' Taħriġ, 1990 (Att XXVIII tal-1990). L-attvitajiet proposti li ha jsiru huma li gejjin: 1. Konsulenza ghall-irrekritament. 2. Intervisti u selezzjoni ghal pozizzjonijiet tal kandidati 3. Intervisti u irrekritament ta persuni min barra min Malta ghall impjieg, sew fl istati tal UE kif ukoll barra mill-Ewropa. 4. Irrekritament ta' persuni f 'Malta għall-impjieg f 'Malta jew f 'statu membru tal-UE. 5. Irreklamar ghall-implimentazzjoni vakanti. 6. Registrar ta applikanti ghall-impjieg. Indirizz tal-Applikant: Suzanne Court B, No. 9, Situated at 4th Floor Level Triq Il-Prinjolata, Ta'Xbiex XBX 1131 Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-ADPD