Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234
13 arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għaxar snin wara: il-legat ta' Boissevain iċċelebrat f'wirja ġdida fil-Palazz tal-Inkwiżitur Kollezzjoni arkivjali mdaqqsa tal- mibki Professur Jeremy Boissevain (1928–2015), antropologu pijunier li għen fit-tiswir tal-istudju tas-soċjetà Maltija u l-kultura Mediterranja, ingħatat lill-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija fil- Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Wirja temporanja ġdida timmarka din l-għotja. Imnedija fl-għaxar anniversarju mill-mewt tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2015, il-wirja l-ġdida msemmija 'Legat ta' Antropologu: l-Arkivju ta' Jeremy Fergus Boissevain' tiċċelebra r-rabtiet profondi u dejjiema tal-Professur Boissevain ma' Malta. Boissevain wasal Malta għall-ewwel darba fis-snin ħamsin, irritorna fil-bidu tas- snin sittin waqt li kien qiegħed ilesti d-dottorat tiegħu fil-London School of Economics u kompla jżur il-pajjiż ta' spiss fis-snin ta' wara. Affaxxinat bil-ħajja komunitarja u t-tradizzjonijiet tal-festi vibranti tal-Maltin, huwa kiteb il-ktieb influwenti 'Saints and Fireworks: Religion and Politics in Rural Malta' (1965), li jaqbad fih stil ta' ħajja li kien qed jimmodernizza ruħu b'rata mgħaġġla. Xogħlu kompla għal għexieren ta' snin, b'titli bħal 'Friends of Friends' (1974) jiksbu rikonoxximent internazzjonali. Deskritt minnu nnifsu bħala 'barrani li jħares 'il ġewwa', Boissevain daħal bis-sħiħ fil-ħajja tar-raħal, speċjalment f 'Ħal Kirkop u n-Naxxar, fejn hu u l-familja tiegħu għexu għal żminijiet twal. Kien figura akkademika familjari, ta' lekċers fl-Università ta' Malta u sar kritiku magħruf tal-iżvilupp żejjed u t-turiżmu tal-massa. Trasferit mill-Olanda fl-2024, l-arkivju tar-riċerka marbuta ma' Malta tal-Professur Boissevain ġie fdat mill-familja tiegħu lil Heritage Malta għall-aċċess pubbliku u r-riċerka. Din id- donazzjoni ssaħħaħ l-irwol tal- Mużew Nazzjonali tal-Etnografija bħala gwardjan tal-memorja kulturali ħajja ta' Malta. Imtellgħa fl-ambjent evokattiv tal-Palazz tal-Inkwiżitur, il-wirja toffri ħarsa lejn l-interessi ta' Boissevain u r-riċerka u "Aħna grati ħafna lejn il-familja Boissevain. Turija ta' fiduċja bħal din tagħtina enerġija biex inkomplu nwettqu l-missjoni tagħna. Dan il-ġest mhux biss jonora d-dedikazzjoni tal-Professur Boissevain lejn Malta iżda jibbaża l-istudju tiegħu fl-istess kultura li tant kien iħobb jirriċerka." Kenneth Cassar, il-Kuratur Anzjan tal-Etnografija ta' Heritage Malta, stqarr li: "L-imħabba u l-impenn li l-Professur Jeremy Boissevain wera lejn Malta u niesha se jibqgħu ħajjin fostna, mhux biss permezz tal-kotba magħrufa u l-istudji li ppubblika imma anke permezz ta' din id-donazzjoni importanti tal-arkivju ta' riċerka tiegħu marbuta ma' Malta, li l-familja Boissevain għoġobha tafda bih lil Heritage Malta għall- benefiċċju ta' kulħadd." Adrian Abela, Charlie Cauchi, u Raphael Vella se jkunu qed jippreżentaw lil Malta fl- Esebizzjoni Internazzjonali tal- Arti prestiġġjuża tal-Biennale di Venezia fl-2026. Stabbilita fl-1895, La Biennale di Venezia hija pjattaforma għall-esebizzjoni ta' xogħlijiet ta' artisti internazzjonali, u llum hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet kulturali prestiġġjużi. Il-61 edizzjoni tal-Biennale di Venezia se tinżamm mid-9 ta' Mejju sat-22 ta' Novembru, 2026. No Need to Sparkle: stedina biex wieħed iċedi għall-inċertezza u jabbraċċa 'li tiddubita tajjeb' bħala filosofija għaż-żminijiet instabbli tagħna. Il-paviljun jipproponi spazju li jmur kontra l-konvinzjonijiet qawwija politiċi, u minflok jitfa' l-fidi tiegħu f 'inċertezza radikali. No Need to Sparkle teżisti fi triangolazzjoni ta' sistemi ta' twemmin li qed jiddiżintegraw quddiem għajnejna. Tliet xogħlijiet jippreżentaw finzjonijiet u realtajiet jinbidlu, li jeħduna fuq toroq mhux antiċipati. Kemm konvinzjonijiet, kif ukoll twemmin, jiċċirkonda kull xogħol iżda jitilfu s-siniat tagħhom hekk kif temi u suppożizzjonijiet universali ta' tajjeb u ħażin, identità, u selood jiġu żmantellati sistematikament u b'eleganza. L-Artisti Maltin fil-Biennale di Venezia 2026 Adrian Abela studja l-arkitettura u l-inġinerija ċivili f 'Malta u Milan u rċieva MFA fl-iskultura minn UCLA. Bħalissa jgħix u jaħdem f 'Los Angeles. Charlie Cauchi huwa artist u produttur tal-films Malti interdixxiplinarju li x-xogħlijiet tiegħu jinkorporaw rakkuntar viżwali, avukatura, u esplorazzjoni kulturali. Raphael Vella ilu attiv bħala artist u kuratur għal numru ta' snin u bħalissa huwa Professur tal-Edukazzjoni tal-Arti u Arti Soċjalment Impenjata fl-Università ta' Malta. It-Tim Kuratorjali Malti B'aktar minn 20 sena esperjenza fis-settur tal-arti, il-Kuratriċi Margerita Pulè żviluppat prattika kuratorjali distinta u professjonali li hija politikament involuta, ibbażata fuq ir-riċerka, u speċifika għall- kuntest. Il-Ġestitur tal-Proġett Tamara Burr hija ġestitur tal-istudio stabbilita, b'ħiliet fil-kordinazzjoni u l-operat ta' proġetti. Il-Produttur huwa Unfinished Art Space, filwaqt li R Gallery huwa l-Produttur Assoċjat. Kathrine Maj hija responsabbli għall-Programm ta' Sensibilizzazzjoni u l-Ġbir ta' Fondi, filwaqt li Mark Sullivan u Julian Vassallo, f 'isem SON Architecture Studio, huma l-periti. Weexhibit huwa t-Tim ta' Produzzjoni. Min- naħa l-oħra, Alexandra Pace hija d-Disinjatur Grafiku. 'In Minor Keys' Il-61 Biennale di Venezia, li se jittella' fl-2026, se jkun jismu 'In Minor Keys', u kkurat mill- mibkija Koyo Kouoh. It-tema, li ntgħażlet minn Kouoh, tesplora spazji fi ħdan 'minor keys' fil-mużika, u tiffoka fuq l-aspetti poetiċi, sensorjali, u eterjali li ħafna drabi nassoċjaw magħhom. Din l-esebizzjoni għandha l-għan li toħloq konnessjoni ma' "frekwenzi tar-ruħ" u ssib soljiev, tama, u traxxendenza f 'dawn l-ispazji, u billi tuża l-minor key bħala allegorija għal reżistenza kwieta permezz tal- arti kontemporanja. No Need To Sparkle — it-tim li se jirrappreżenta lil Malta fil-Biennale di Venezia 2026 L-app edukattiva tant maħbuba mit-tfal biex jitgħallmu l-Malti — 'Nina u Ninu' — iżżid il-logħob b'iktar kontenut divertenti għal dawk ta' bejn sentejn u t-tmien snin Il-Professur Jeremy Boissevain kien antropologu pijunier li għen fit-tiswir tal-istudju tas-soċjetà Maltija u l-kultura Mediterranja