MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537234

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 6 TA' LULJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta partit politiku jitlob il-fiduċja tan-nies, impor- tanti li n-nies ikunu jafu x'jistgħu joffru. U għalhekk kull forma ta' ċensura biex ma nkunux nafu kif jaħsbuha tmur kontra l-loġika tat-trasparenza fil-politika. Qed nitkellmu hawn fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista li jimponi regoli fuq kif u fejn u meta jistgħu jitkellmu Adrian Delia u Alex Borg. Fost ir-regoli imposti hemm ordni li ma jkunx hemm dibattitu bejn il-kandidati u li wara li dawn jgħaddu mill-proċess ta' due diligence, dawn jitkellmu biss fuq il-mezzi tal- Partit Nazzjonalista. Hemm regoli oħrajn bħal pereżempju li ma jistax ikun hemm referenza għall-kandidat avversarju. Lil hinn mill-fatt li f 'dawn l-aħħar snin rajna kultura fiż-żewġ partiti li kemm jista' jkun id-diskussjoni bejn il-kompetituri tkun regolata u klinika, dawn ir-regolamenti jkomplu jikxfu l-kultura miskina tal-politika Maltija. Illum għandha tiġrija bejn żewġ kandidati li huma viċin xulxin immensament. Politikament jidhru li jaħsbuha l-istess. Forsi l-uniku ħaġa differenti huma n-nies li qed jappoġġjawhom u l-età. Anzi, meta nisimgħu kummenti mingħandhom naraw li it li xejn iridu jikkritikaw lil xulxin. Qed nitkellmu hawn fuq kap ta' partit politiku b'individwi li jaspiraw li jmexxu, mhux biss il-partit politiku tagħhom, iżda anki lil Malta. Huwa fl-interess tagħna li nistaqsu u naraw kif jaħsbuha. Huwa fl-interess tagħna li nkunu nafu kif jittrattaw is-suġġetti u l-argumenti. Irridu naraw kemm huma, pereżempju, konservattivi, favur jew kontra l-ambjent, jew inkella kemm huma apoloġetiċi lejn in-negozji l-kbar. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista missha tistħi. Il-mod kif aġixxew hija xhieda kemm verament bqajna lura fil-ħsieb kritiku jew inkella n-nuqqas kbir ta' apprezzament għall- politika moderna. Imma ma naħsbux għal mument li din hija marda ristretta għall-Partit Nazzjonalista. Dawk fil-Partit Laburista li qed jippruvaw jiskurjaw xi punti fuq din il-kwistjoni għandhom jiakru li f 'ħames snin Robert Abela qatt ma aċċetta dibattitu ħaj u ħieles mal-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, ħlief għal xi dibattitu bla akkoli tal-awtorità tax-xandir. Lanqas ma kien hemm xi dibattitu ħaj bejn Chris Fearne u Robert Abela. Il-kultura li l-partiti jridu jikkontrollaw kollox, bil-ħsieb kritiku b'kollox, lilna tinkwetana bil-kbir. Xogħolna hu sempliċi … irridu nagħmlu x-xogħol li huma jiddejqu jagħmlu. L-applikazzjoni għal-lukanda ġoċ- ċentru storiku tan-Naxxar ħadet żvolta oħra. Għax issa sirna nafu li l-kumitat li jagħti pariri fuq id-disinn fl-Awtorità tal- Ippjanar għamel suġġeriment biex il-bini propost jinżebagħ kulur skur biex ma jkunx hemm impatt daqstant negattiv. Hija proposta jew inkella l-ħsieb li jwassalna biex nidħku flok nibku. Għax f 'din il-proposta naraw il-mod kif taħseb l-Awtorità tal-Ippjanar: li l-problema ta' żvilupp esaġerat mhijiex l-impatt negattiv ambjentali u soċjali fuq ir-residenti imma d-disinn jew il-kulur. Minflok kunsiderazzjoni għall- iskyline taċ-ċentru storiku li se jitkompla jiġi rovinat, dan il-kumitat joħroġ b'suġġeriment li nbiddlu l-kulur. Bejn il-mod kif taħseb il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista u l-kumitat għad-disinn fl-Awtorità tal- Ippjanar għandna biex nitkbu kummiedja traġika sħiħa. Minflok nifhmu kif jaħsbu, jaħsbu biex ma nifhmu xejn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 July 2025