Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
www.illum.com.mt NRU 978 €1.50 IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 INTERVISTA MA' KEVIN MERCIECA, KAP EŻEKUTTIV TAL-ERA PAĠNA 7 Alex Borg f 'għajnejn Robert Abela u l-PL huwa aktar avversarju perikoluż minn Adrian Delia IKOMPLI F'PAĠNA 3 Kalvarju sħiħ fit- toroq ta' Malta JAELLE BORG F'ġimgħat immarkati minn traġedji fit- toroq Maltin li ħallew familji maqsuma u komunità sħiħa mbeżżgħa, il-Gvern qed iwieġeb b'miżuri qawwija biex jipproteġi l-ħajja u jnaqqas ir-riskju ta' aktar inċidenti fatali. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Byron Camilleri saħqu li ma jistax jibqa' jsir kompromess mal-ħajja ta' nies innoċenti. Malta, minkejja d-daqs żgħir tagħha, qed tħares lejn żieda kbira fil-każijiet ta' inċidenti tat-traffiku, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf meta t-traffiku huwa aktar intens u l-bosta turisti jingħaqdu ma' dawk lokali. Iżda s-serje ta' traġedji matul dawn l-aħħar xhur laqtet il-pajjiż b'mod profond. STENNIJA KBIRA FIL-LABOUR GĦALL-KAP IL-ĠDID TAL-PN Hemm stennija kbira fil-kamp Laburista għall-eżitu tar-riżultat aħħari tal-elezzjoni għall-kap tal- Partit Nazzjonalista. Jidher ċar li aktar diriġenti Laburisti jixtiequ li l-għażla tkun ta' Adrian Delia li kien l-Eks Kap tal-PN qabel ma ġie dekapitat minn sħabu stess. Anke Robert Abela kieku jippreferi lil Delia, għax minkejja li huwa jaf jitkellem aħjar minn Alex Borg, għandu gwardarobba difetti li jistgħu jservu tajjeb lil Abela f 'kampanja elettorali. Min-naħa l-oħra, Alex Borg — skont diriġenti għoljin tal-Labour — 'qisu papra' għax l-ilma sempliċement jiżloq minn fuqu u xejn ma jeħel. Militanti Laburisti anke jwissu li Borg huwa kkunsidrat pożittivament minn ħafna Laburisti u l-istil moderat tiegħu jagħmilha diffiċli li jiġi kkritikat. Imma l-ikbar biża' fil-kamp Laburista mhumiex Delia u Borg imma kif dan kollu se jinfluwenza lil Robert Abela. Hemm biża' li l-għażla ta' Borg tista' twassal biex Abela jikkunsidra elezzjoni bikrija. Ħafna li kellmuna qalulna li dan ikun żball kbir. Dan għaliex Alex Borg, jekk jirbaħ, ikun għadu fil-perjodu tal-honeymoon u bħalissa hemm stima kbira għalih mill- elettorat li huwa diżilluż jew għajjien mil- Labour. "Robert Abela meta tpoġġih maġenb Alex Borg jirbaħ hands down bla dubju ta' xejn," qalilna diriġent ewlieni li jkun fiċ- ċrieki ta' Robert Abela. Kompla jargumenta li Abela għandu jkollu l-paċenzja li jħalli lil Alex juri kemm hu politikament limitat. Min-naħa l-oħra, it-tim ta' Alex Borg huwa ħerqan juri li Borg għandu tim formidabbli u li jista' jrebbaħ lill-PN. Minkejja l-fatt li ħafna mill-hekk imsejħa blue heroes u n-nies ta' Daphne, ta' Metsola u tar-Repubblika huma ironikament fil- kamp ta' Adrian Delia. Minkejja li s-sondaġġi interni qed juru li m'hemmx ċertezza assoluta min se jkun il-favorit mat-tesserati, hemm sinjali indikati li Borg għandu vantaġġ żgħir fuq Delia mat-tesserati. Aktarx xprunati mill-aħħar sondaġġi pubbliċi ppubblikati b'mod esklussiv mill-MaltaToday li juru li l-pubbliku jaħseb li Borg iktar jista' jqarreb il-PN lejn il-Labour fl-elezzjoni ġenerali li jmiss milli Delia. Aktar sinifikanti — bħalma qalulna bosta uffiċjali tal-Labour — insibu li hemm aktar Laburisti li jiffansjaw lil Borg, u dik verament hija raġuni valida li għandha tinkwieta lil Robert Abela u l-partit tiegħu. Serje ta' inċidenti fatali f 'ħames ġimgħat