MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum 04 Wara l-kawża: Il-gazzetta ILLUM iddur fuq l-għaqdiet fil-qalba tal-komunità li jaħdmu u jistinkaw għal valuri li huma jħaddnu. Din il-ġimgħa nitkellmu mal-Malta LGBTIQ+ Rights Movement magħrufa wkoll bħala MGRM. 'Għadna wkoll qed nistennew li jitwettqu l-wegħdiet ILENIA DEBONO X'inhuma l-ikbar sfidi li qed tesperjenzaw bħalissa? Waħda mill-akbar sfidi li qed naffaċċjaw bħalissa hija n-nuqqas ta' psikjatra fil-Gender Wellbeing Clinic. Persuni trans jinsabu f 'limbu, u hemm numru kbir li ilhom jistennew l-appuntament tagħhom għal aktar minn sena. Bħalissa hemm ukoll numru ta' persuni LGBTIQ+ fiċ- Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi li ilhom jitolbu lill-avukati tagħhom biex jitkellmu ma' social workers professjonali tal- MGRM u RSS (Rainbow Support Service). Hemm min ċemplilna direttament bit-telefown, jew ġibdulna l-attenzjoni ħbieb tagħhom fil-komunità LGBTIQ+ lokali. L-awtoritajiet qegħdin kontinwament jinjoraw jew jirrifjutaw it-talbiet tagħna biex inżuruhom, minkejja li qed insegwu r-regoli tagħhom u lesti li nikkoperaw. Il-politika aġġornata tagħhom tafferma b'mod ċar id-dritt tal-NGOs li jkollhom aċċess għad-detenuti, però xorta m'għandna l-ebda spjegazzjoni konkreta għala qed jinjorawna. Għadna wkoll qed nistennew li jitwettqu l-wegħdiet tal- manifest elettorali dwar il- PREP/PEP b'xejn, kif ukoll ir- riunifikazzjoni tal-familji għal refuġjati kwir u l-konferma tal- ġeneru fuq il-Karta tal-Identità għal TCNs. L-emendi fil- politika tas-saħħa sesswali ma jeskludux mediċini essenzjali bħall-kura tal-HIV. Dawn il- kwistjonijiet kollha qed jolqtu numru sinifikanti ta' persuni mill-komunità lokali. Kif tirreklutaw, tħarrġu, u żżommu l-voluntiera? Il-voluntiera normalment jilħquna permezz tas-sit elettroniku jew tal-midja soċjali, fejn jesprimu l-interess tagħhom li jikkontribwixxu. Fil-bidu, dejjem niltaqgħu magħhom biex nifhmu x'inhuma l-interessi tagħhom u fuq xiex jixtiequ jaħdmu, kemm fuq livell personali, kif ukoll professjonali, sabiex nassiguraw li x-xogħol li jingħataw ikun ta' benefiċċju għalihom. Bħala MGRM, għandna numru ta' Working Groups speċjalizzati biex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu fuq affarijiet li jinteressawhom, inkluż Attivitajiet u Ġbir ta' Fondi, Midja Soċjali, Saħħa Sesswali, u Ażil/Migrazzjoni. Kultant norganizzaw ukoll taħriġ u attivitajiet ta' team building biex il-voluntiera jsiru jafu lil xulxin aħjar filwaqt li jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Kemm hemm nies li għadhom lesti jiddedikaw ħinhom għal għaqdiet soċjali? Din dejjem tiddependi mis- sitwazzjoni tal-persuna – aħna dejjem insostnu li l-voluntiera jaħdmu kemm jistgħu skont ix- xogħol jew l-istudji tagħhom, u ma nitfgħux pressjoni żejda. Is-soltu, l-ammont ta' għajnuna li jkollna fis-sajf tiżdied, speċjalment miż-żgħażagħ u nies li jaħdmu fis-settur tal- Edukazzjoni. Ikollna wkoll ħafna interess minn nies barranin li jixtiequ jkunu parti mill-komunità, u jintegraw ma' nies oħra lokalment. L-ammont ta' żgħażagħ li qed jissieħbu magħkom qed jonqos jew jiżdied? F'dawn l-aħħar snin, l-attivitajiet soċjali tagħna żdiedu, u magħhom żdiedet il- preżenza tagħna fil-komunità, u l-interess taż-żgħażagħ fil- volontarjat mal-organizzazzjoni. Parti mill-MGRM hemm ukoll sottokumitat ta' żgħażagħ, fejn jorganizzaw attivitajiet u jaħdmu fuq outreach lejn żgħażagħ oħra, filwaqt li jipparteċipaw f 'workshops u seminars, kemm b'mod lokali jew internazzjonali, biex isaħħu l-attiviżmu tagħhom. Tista' taqsam storja jew eżempju wieħed ta' kif l-NGO ħalliet impatt tanġibbli? Diffiċli ħafna li nsibu eżempju wieħed, però l-liġijiet li għandna bħalissa qegħdin hemm permezz tal-ħidma kontinwa mill-attivisti u NGO's. Però jekk qed nitkellmu fuq il- preżent, ix-xogħol li jagħmlu s-social workers tar-Rainbow Support Service narawh f 'nies fil-komunità li jattendu l-ispazji soċjali tagħna, kif kibru fil- kunfidenza u jsiru aktar komdi bihom infushom. Fl-2024, ir-Rainbow Support Service raw 199 każ (li wkoll jinkludu familji u koppji), b'total ta' 1,022 intervent, u x-xogħol siewi tagħhom jinħass u jħalli impatt qawwi. X'tip ta' appoġġ (finanzjarju, riżorsi umani, bidliet fil-politika) jgħin lill- organizzazzjoni tagħkom tikber? Il-biċċa l-kbira tal-fondi tagħna jiġu mill-ftehim PSP (Public & Social Partnership) li jingħata mill-Ministeru għall- Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, li jgħinna fl-operat tas- servizz t'appoġġ tagħna u tal- organizzazzjoni. Għal proġetti separati, napplikaw għal diversi fondi pubbliċi, kemm lokali, kif ukoll internazzjonali, u niddependu wkoll fuq donazzjonijiet individwali u korporattivi għal attivitajiet u proġetti oħra ta' bini tal- komunità. Kif tikkollaboraw ma' NGOs oħra, korpi governattivi, jew negozji? MGRM tikkollabora ma' numru t'organizzazzjonijiet oħra li jaqsmu l-istess etos u valuri rigward id-drittijiet umani u soċjali. Il-missjoni komuni tagħna tgħaqqadna biex naħdmu flimkien sabiex ngħixu f 'pajjiż aktar sigur u inklussiv għal kulħadd. Ma' dawn l-organizzazzjonijiet, naħdmu ħafna fuq attivitajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 August 2025