Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
analiżi illum • IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 05 "Qed insibu ħafna bibien magħluqin fejn tidħol l-għajnuna għall-persuni LGBTIQ li qed ifittxu l-ażil u third country nationals" l-wegħdiet tal-manifest elettorali dwar il-PREP/PEP b'xejn' soċjali, demostrazzjonijiet u ħtiġijiet soċjali. Nipprovdu u nattendu wkoll taħriġ u seminars organizzati minn entitajiet u organizzazzjonijiet oħra fuq bosta suġġetti. Nipprovdu wkoll sessjonijiet ta' informazzjoni għal diversi negozji biex ikollhom post tax-xogħol aktar inklussiv u sigur. Aħna parti minn networks internazzjonali bħall-ILGA- Europe u TGEU – is-sena l-oħra ospitajna wkoll il-konferenza ta' TGEU, fejn laqqajna kważi 200 attivist trans minn madwar l-Ewropa u l-Asja Ċentrali. Nifformaw ukoll parti mill- Kunsill Konsultattiv għad- Drittijiet tan-Nisa u dak għad- Drittijiet tal-LGBTIQ+, fejn nippruvaw nagħtu l-kontribut tagħna f 'politiki governattivi differenti flimkien ma' NGOs oħra u entitajiet politiċi. Kemm hu faċli li ssibu għajnuna jew koperazzjoni mill-Gvern jew mill- entitajiet? Insibu għajnuna minn ċerti korpi governattivi, bħall- Ministeru tal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, però fejn jidħlu policies u attiviżmu, din dejjem tiddependi mill- kwistjoni partikolari. Għandna relazzjoni tajba mas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, u s-SOGIGESC Unit tal-Human Right Directorate, però, bħalma semmejna l-ewwel, qed insibu ħafna bibien magħluqin fejn tidħol l-għajnuna għall-persuni LGBTIQ+ li qed ifittxu l-ażil u third country nationals, u għadna qed nistennew laqgħa mal-Ministru tas-Saħħa rigward il-Gender Wellbeing Clinic. Bħala organizzazzjoni, aħna dejjem lesti biex nikkollaboraw u niddibattu ma' ministeri differenti fuq issues diversi. X'inhuma xi kunċetti żbaljati li għandhom in-nies dwar xogħolkom? Xogħolna jiffoka fuq il- ħolqien ta' soċjetà inklussiva għal kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru, l-età jew l-istatus soċjoekonomiku tagħhom. Aħna niffokaw fuq il-qsim tal- esperjenzi ma' komunitajiet oħra, iżda l-ħidma tagħna tħalli wkoll effett fuq nies lil hinn mill-komunità tagħna – inkluż membri tal-familja, impjegati, kollegi, ġirien u ħbieb ta' persuni LGBTIQ+. Nindirizzaw kwistjonijiet li jtejbu l-ħajja tal-familji u kull persuna f 'Malta, nippromovu sistema edukattiva aktar inklussiva u miftuħa, waqt li noħolqu ambjenti ta' sostenn għad-drittijiet tan-nisa u għal dawk li qed jaffaċċjaw inugwaljanza ekonomika. Ukoll, ħafna nies għadhom jaħsbu li aħna norganizzaw il-pride, però dak il-krettu jmur lejn l-ARC (Allied Rainbow Communities), li huma organizzazzjoni oħra li nikkollaboraw magħha! Taħseb li hemm nuqqas t'interess jew nuqqas t'għarfien rigward għaqdiet bħalkom? Nemmen li hemm ħafna interess, għax ħafna nies li jkollhom bżonn is-servizzi tagħhom, dejjem isibuna. Però fejn jidħol nuqqas t'għarfien, inħoss li xorta għad hemm nuqqas ta' għarfien ġenerali fuq identitajiet LGBTIQ+ minn ċerti gruppi ta' nies li forsi ma tantx iltaqgħu jew integraw ma' persuni LGBTIQ+. Qed nippruvaw negħlbu dan billi nilħqu lill-popolazzjoni ġenerali permezz tal-midja soċjali u l-midja b'mod ġenerali, iżda dan jiddependi fuq il-politiki u l-prijoritajiet tal-istazzjonijiet u d-djar tal-midja rispettivi. Kieku tista' tbiddel ħaġa waħda dwar is-settur tal- NGOs f 'Malta xi tkun? Għalkemm il-proċeduri burokratiċi huma importanti biex jinżamm rekord u għal trasparenza, hemm ċerti burokraziji li jagħmluha iktar diffiċli għal grupp ta' voluntiera biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Pereżempju, fejn jidħlu ċerti proċeduri relatati mal- finanzi u l-amministrazzjoni jista' jkun hemm aktar appoġġ! L-organizzazzjoni tagħna – u anki ħafna organizzazzjonijiet oħrajn – għandna riżorsi finanzjarji u umani limitati, u b'hekk ġieli nsibuha iktar diffiċli biex nilħqu l-potenzjal sħiħ tagħna. Madwar dawn l-aħħar ħames snin, rajtu bidla kbira fil- qasam kif toperaw? Il-pandemija tal-COVID ġabet ħafna diviżjoni, però għaqqdet ukoll. Permezz tal- komunikazzjoni diġitali, żdied ħafna x-xogħol u l-appoġġ, kemm internazzjonali, kif ukoll lokali. Il-preżenza tal-midja soċjali tagħna dejjem tibqa' tiżdied, u bħala organizzazzjoni qed nikbru, u magħha qed jikbru l-bżonnijiet tas-servizzi. Aktar persuni qed iħossuhom komdi bihom infushom u qed ifittxu s-servizzi u l-ispazji tagħna. Malta LGBTIQ+ Rights Movement hija għaqda li taħdem fil-qasam soċjali billi tipprovdi appoġġ lill-komunità LGBTIQ+. L-għaqda taħdem sabiex tikseb ugwaljanza għal nies LGBTIQ+ f 'Malta. Dan jaħdmu għalih billi joffru informazzjoni, konsultazzjoni, servizzi psiko-soċjali, fost oħrajn. L-MGRM hija parti minn għaqdiet internazzjonali bħal ILGA-Europe, Transgender Europe, IGLYO, OII Europe, ENP u PHROM. Barra minn hekk, l-MGRM kienet fuq quddiem għall-ġlieda sabiex liġijiet rigward l-ugwaljanza jidħlu f 'pajjiżna, ngħidu aħna l-liġi taż-żwieġ bejn l-istess sess u l-ipprojbizzjoni tal-conversion therapy.