MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum 06 Ir-rata annwali tal-inflazzjoni skont l-RPI baqgħet l-istess f 'Ġunju u Lulju Żieda qawwija fil-permessi tal- bini residenzjali: 3,027 residenza approvata fit-tieni kwart tal-2025 Ir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ hija ogħla minn dik ta' persuni bejn il-25 u l-74 sena Ilenia Debono Statistika li ħarġet mill- Uffiċċju Nazzjonali għall- Istatistika wriet li r-rata annwali tal-inflazzjoni, skont il-metodu tal-RPI, baqgħet 2.4% f 'Lulju kif kienet f 'Ġunju. Ir-Retail Price Index (RPI) hija waħda mill-metodi li tintuża sabiex titkejjel ir-rata tal- inflazzjoni. Din il-metodoloġija tinvolvi l-kategorizzazzjoni ta' basket tal-affarijiet li jixtru l-Maltin f '10 gruppi. Kull grupp jingħata perċentwal skont kemm il-Maltin jonfqu fuq l-oġġett. Fost dawn il-gruppi hemm l-ikel, xorb u tabakk, kif ukoll saħħa u kura personali. Il-grupp bl-ikbar perċentwal huwa l-ikel (inkluż take-away u servizzi ta' ristoranti) b'21.49% u trasport u komunikazzjoni bi 22.10%. L-istess ċifri juru li l-indiċi tal-ikel kien l-ikbar kontributur mill-10 gruppi għar-rata annwali tal-inflazzjoni b'0.82 punti perċentwali, riżultat ta' prezzijiet ogħla tat-takeaways. L-indiċi tat-trasport u l-komunikazzjoni kellu kontribuzzjoni ta' 0.39 punti perċentwali flimkien mal-indiċi tar-rikreazzjoni u l-kultura b'kontribuzzjoni ta' 0.25 punti perċentwali, minħabba prezzijiet ogħla tas- servizzi tat-trasport bl-ajru u l-edukazzjoni, rispettivament. Filwaqt li l-grupp tal-ilma, elettriku, gas u fuels irreġistra l-iktar rata baxxa ta' inflazzjoni annwali b'0.0%. Madankollu, l-indiċi tax-xorb u t-tabakk irreġistra l-ogħla rata annwali ta' inflazzjoni bi 3.8%. Statistika tal-NSO turi li r-rata annwali tal-inflazzjoni f'dan il-perjodu baqgħet 2.4% Ċifri tal-NSO juru li r-rata tal-qgħad hi ikbar fost etajiet iżgħar imma l-istess bejn iż-żewġ sessi JAELLE BORG Matul it-tieni kwart tal-2025 ġew approvati b'kollox 3,027 residenza ġdida, żieda ta' 42.9% meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-permessi tal-bini residenzjali laħqu 598, żieda ta' 40% fuq l-2024. Ir-rapport juri li għal kull permess tal-bini kien hemm medja ta' 5.1 residenzi ġodda. L-appartamenti jibqgħu l-aktar popolari L-akbar sehem ta' dawn l-iżviluppi huma appartamenti, li laħqu 2,138 unità, jiġifieri 70.6% tar-residenzi l-ġodda kollha. Wara jiġu l-penthouses (453), il-maisonettes (296), terraced houses (91) u tipi oħrajn bħal bungalows, farmhouses u vilel (49). L-ogħla żieda fir-residenzi ġodda kienet f'Malta Meta mqabbel mal-2024, ir-residenzi ġodda approvati f 'Malta żdiedu b'51%, filwaqt li f 'Għawdex u Kemmuna ż-żieda kienet aktar moderata, ta' 7%. L-ogħla numru ta' residenzi ġodda kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal- Port (751), filwaqt li l-inqas kien fid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (401). San Pawl il-Baħar fuq quddiem Fost il-lokalitajiet, l-ogħla numru ta' residenzi ġodda approvati kien f 'San Pawl il-Baħar (321), segwit mill-Imsida (183), il- Fgura (164), ir-Rabat Għawdex (141) u Ħaż- Żebbuġ (137). Statistika li ħarġet mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li r-rata tal-qgħad, aġġustata għall-effetti tal- istaġun, f 'Lulju baqgħet 2.6% bħax- xahar ta' qabel. In-numru ta' nies qiegħda f 'Lulju 2025 huwa ta' 8,664. Dat-total juri nuqqas ta' 11.5% minn Lulju tal-2024. 6,952 mill- 8,664, voldieri 80.2%, ta' dawk fil-qgħad huma nies bejn il-25 u l-74. Ir-rata tal- qgħad għan-nies f 'dan il-grupp hi ta' 2.2%, tnaqqis ta' 0.1 punti perċentwali minn Ġunju ta' din is-sena. Il-bqija, jiġifieri dawk l-1,711 li jammontaw għall-19.8% tan-nies fil- qgħad, huma persuna bejn il-15 u l-24 sena, magħrufa bħala r-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ. Din ir-rata żdiedet b'0.1 punit perċentwali għal 6.3% meta mqabbla max-xahar ta' qabel. Ir-rata tal-qgħad f 'Lulju tal-2025 kienet ta' 2.6%, kemm għall-irġiel, kif ukoll għan-nisa, xi ħaġa li baqgħet kostanti mix-xahar l-ieħor.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 August 2025