Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
L-ERA narawha f'ħafna affarijiet, kostruzzjoni, ambjent ... X'inhu l-irwol prinċipali tagħha? L-irwol prinċipali tal-ERA huwa li tissalvagwardja l-ambjent. L-ERA tidher f 'ħafna postijiet fejn tirreaġixxi mal-pubbliku, jiġifieri fejn noħorġu permessi, nikkummentaw fuq żvilupp, infurzar, u assessjar ambjentali. Apparti minn hekk, l-ERA hija wkoll il-punt fokali ta' numru kbir ta' liġijiet ambjentali, nieħdu ħsieb bejn wieħed u ieħor 250 direttiva, nirregolaw u nsegwu d-deċiżjonijiet tal- UE, nagħmlu progress fuqhom, u niġbru informazzjoni sabiex nirrapportawhom. L-islime li ftit qabel Santa Marija beda jiddomina l-aħbarijiet lokali. Din problema li tqum kull sajf, imma din is-sena ġiet amplifikata. X'inhu u minn fejn ġej dan l-islime? Kif għedt inti, din hi xi ħaġa li ilha magħna. Il-fish farms ilhom ħafna magħna, u l-islime huwa wieħed mill-prodotti ta' din l-industrija. Dan jiġi primarjament mill-għalf li jingħata l-ħut, għax dan l-għalf huwa ħut ieħor iżjed xaħmi. Dan veru ilu magħna numru ta' snin imma jien ngħid li dan l-aħħar l-episodji qed ikunu ħafna inqas frekwenti. X'inhu l-irwol tal-ERA f'sitwazzjonijiet bħal dawn, tal-fish farms? Bħala industrija, dan qiegħed f 'idejn il-ministeru tas-sajf. Iżda mbagħad bħal numru ta' industriji oħra li huma regolati għall-impatt ambjentali li jista' jkollhom, il-fish farming għandu bżonn environmental permit. Permezz ta' dan, inkunu nistgħu nagħmlu kundizzjonijiet li jgħinu lil min jopera l-farm, jopera bl- inqas impatt ambjentali. Konna qegħdin insemmu li dan l-impatt ġej l-iżjed mill-għalf tal-ħut. Għad hemm kundizzjonijiet fuq kif għandu jintgħalef, kemm għandu jintgħalef, li jiġi ttowjat l-art, u li ma jinħaslux il-boroż tal-għalf ġol-baħar. Ir-realtà hija li l-inċidenti ġejjin minn dawn is- sorsi. X'passi tieħu l-ERA wara li jsiru dawn l-inċidenti? La hemm permess, hemm kundizzjonijiet. La hemm il- kundizzjonijiet, hemm l-infurzar tagħhom. Aħna investejna ħafna fuq l-infurzar speċjalment fil-fish farms, issa għandna dinghies li prattikament li meta jkun galbu l-baħar induruhom kuljum. Aħna nkunu qed infittxu jekk hux qed jiġu miksura dawn il- kundizzjonijiet. Ir-realtà hija li ġieli dawn il-kundizzjonijiet inkisru, jew qed isir għalf bla boom madwarha. L-għan tal- infurzar tagħna huwa li jimxu ma' dawn il-kundizzjonijiet. Videos, ritratti tan-nies bid- denfil magħhom, nies li jkunu fuq il-baħar ... x'approċċ għandhom jieħdu f'dan il- kuntest? Ir-realtà hija li rridu nimu wkoll li dan huwa punt pożittiv li qegħdin naraw iżjed ieren u dniefel, fost annimali oħra. Dan ifisser li l-miżuri li ttieħdu f 'dawn l-għexieren ta' snin, dawn l-annimali li kienu f 'periklu li jintilfu, qegħdin nerġgħu narawhom fil-gżejjer tagħna. Mhijiex impressjoni, in-numri b'mod xjentifiku qed jiżdiedu. Meta kont tifel jien, qatt ma kont tisma' bi ieren ibejtu iżda din is- sena bejtu sitta. Dan juri kif meta tagħmel policies favur in-natura u l-ispeċi jkollok riżultati u iżjed apprezzament mill-pubbliku. Aħna għamilna numru ta' posts fuq Facebook ta' kif wieħed għandu jirreaġixxi għal dawn id-dniefel. Hemm ħafna linji gwidi internazzjonali. L-iżjed ħaġa importanti hija li ħadd ma jmur imisshom hu. Jekk tkun fuq dgħajsa għandek tnaqqas il-veloċità. Jekk iridu jiġu ħdejk huma, jiġu huma pjaċir tagħhom u apprezzahom. Hemm standard internazzjonali fuq l-annimali slavaġ kollha li m'għandekx tagħliom. Il-fkieren li narawhom fuq bajjiet bħall-Għadira bid- dgħajjes u n-nies kollha. X'xogħol qed isir sabiex dawn l-annimali, li n-numru tagħhom qed jiżdiedu, jiġu protetti? B'mod ġeneriku, il-ieren jiġu lura fil-post fejn faqqsu, iżda jekk faqqsu l-Għadira mhux bilfors jerġgħu jiġu l-Għadira imma fl- akkwati ta' Malta. L-ewwel ħaġa li nagħmlu meta jkun hemm bejta tal-ieren, is-soltu l-pubbliku jgħinna nsibu bejta ġdida. Biex naċċertaw is-sigurtà ta' din il-bejta, noħorġu emergency conservation order. Kif insiru nafu li hemm bejta ssir, bis-saħħa tal-voluntiera, b'mod partikolari voluntiera tan- Nature Trust, tibda l-għassa mal- bejta 24 siegħa kuljum. Tingħata wkoll protezzjoni legali, voldieri dik iż-żona ssir temporanjament post protett. Meta l-fekruna jkollha isem, normalment ifisser li jkunu ieren li weġġgħu jew intlaqtu, jew inqabdu f 'xi xibka. Dawn jinġabru min-Nature Trust ukoll li bl-isponsorship tal-ERA, jiġu riabilitati, hemm iċ-ċentru ta' riabilitazzjoni fi Xrobb l-Għaġin fejn hemm annimali oħra wkoll bħall-friefet il-lejl, il-qniefed, fejn ikun hemm kura veterinarja sponsorjata wkoll mill-awtorità u mmaniġġjata min-Nature Trust. Dawk li jiġu riabilitati jingħataw isem qabel ma jiġu ħielsa. Qabel kien hemm żmien fejn kulħadd kien jiġbor ir-rizzi. Din is-sena reġa' ġie mġedded il-moratorju fuq ir-rizzi. Għal xiex kien hemm bżonn jiġġedded dal-moratorju? Kien hemm bżonn dan il- moratorju għax in-numru ta' rizzi kien qed jonqos. Lanqas hemm bżonn tmur tistudja biex tara dan. Il-bżonn tal-moratorju huwa sabiex nagħtu ċans il- popolazzjoni tar-rizzi tirkupra, u miegħu parallel hemm għaddej studju xjentifiku fuq kif qed tirrispondi l-popolazzjoni tar- rizzi għal dan il-moratorju. Fil-fatt għamilna monitoraġġ f 'għaxar siti f 'dawn l-aħħar sentejn u nistgħu ngħidu b'sodisfazzjoni li f '60% tas-siti kien hemm żieda sostanzjali fil-popolazzjoni tar- rizzi. Baqa' postijiet oħrajn li rridu nagħmlu naqr'iżjed enfasi fuqhom f 'termini ta' infurzar, fejn ma kienx hemm żieda, anzi f 'post partikolari kien hemm nuqqas. Dawn jikkoinċidu ma' dawk il-postijiet li huma naqr'iżjed imwarrbin. Jista' jkun li hemm bżonn iżjed infurzar f 'dawn iż- żoni. Għalhekk ħassejna l-bżonn li nirrakkomandaw li dan jiġi mġedded. Kif irrispondiet il-komunità lejn is-Single Use Plastics Directive? Din hi marbuta primarjament mal-baħar. L-UE għamlet din id- direttiva biex tevita l-għaxar tipi l-iżjed komuni tal-plastik li nsibu fil-bajjiet tal-Ewropa. L-iskop tagħha huwa li dan il-plastik ma jispiċċax fil-baħar. Hawn Malta, din id-direttiva antiċipajnieha bi strateġija li bdejna naħdmu fuqha fl-2019 u ħarġet fl-2021 fejn kien hemm numru ta' miżuri simili ta' din id-direttiva. Naħseb li din id-direttiva kienet rivoluzzjoni silenzjuża. Kull fejn tmur tieħu takeaway ma tarax frieket tal- plastik imma tilmaħ materjali riċiklabbli. intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 07 'L-annimali li kienu f 'periklu li jintilfu, qegħdin nerġgħu narawhom fil-gżejjer tagħna.' "Huwa punt pożittiv li qegħdin naraw iżjed fkieren u dniefel, fost annimali oħra. Dan ifisser li l-miżuri li ttieħdu f'dawn l-għexieren ta' snin, dawn l-annimali li kienu f'periklu li jintilfu, qegħdin nerġgħu narawhom fil-gżejjer tagħna." Fit-tmien episodju ta' Xtra Sajf, Karl Azzopardi jintervista lil Kevin Mercieca, il-Kap Eżekuttiv tal-ERA