Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445
www.illum.com.mt NRU 980 €1.50 IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 No charges with myAPS payments * *For payments within Malta, the EU, and select non-EU countries. Approved and issued by APS Bank plc, APS Centre, Tower Street, B'Kara BKR 4012. APS Bank plc is regulated by the Malta Financial Services Authority as a Credit Institution under the Banking Act 1994 and to carry out Investment Services activities under the Investment Services Act 1994. The Bank is also registered as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Distribution Act 2018. The Bank is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under the laws of Malta. Applications are subject to the Bank's lending criteria. Terms and conditions apply and are available on apsbank.com.mt/terms-and-conditions. Learn more apsbank.com.mt/everyday-banking INTERVISTA MA' ALEX BORG, IL-KAP IL-ĠDID TAL-PARTIT NAZZJONALISTA PAĠNI 6 - 7 IR-REBĦA TA' BORG KIENET REBĦA KONTRA L-PN L-ANTIK Minkejja l-forzi kollha fil- Partit Nazzjonalista, anke minn dawk li beżqu lil Adrian Delia, Alex Borg l-Għawdxi ta' 30 sena rnexxielu jirbaħ b'44 vot wara elezzjoni medjokri bejn dik li kienet imsejħa bħala 'tiġrija bejn żewġt iħbieb.' In-nies ta' Roberta Metsola, il-President tal- Parlament Ewropew, il-Blue Heroes, id-deputati anzjani tal-PN, inkluż nies bħal Jason Azzopardi, in-nies ta' Repubblika mmexxija minn Robert Aquilna, l-istrateġista Richard Cachia Caruana, il- ġurnalista Peppi Azzopardi, il-qassis politiku Joe Borg, u ħafna oħrajn inkluż kummentaturi li jiktbu fil- gazzetta The Times, ma kinux biżżejjed flimkien biex iwaqqfu lil Alex Borg. L-unika għajnuna li kellu Borg kienet minn nies żgħażagħ professjonali bi ftit għeruq fil-PN u n-nies ta' Bernard Grech, inkluż l-istrateġista politiku ta' Grech, Ray Bezzina. U dan minkejja li n-nies ta' Grech kienu kontra Borg qabel ma daħal fit-tiġrija Delia. L-argument li l-eks kap tal- Partit Nazzjonalista Adrian Delia, missier ta' sitt itfal u persuna żbukkata kien inbidel u ma kienx għadu l-persuna ferfuxi tal-passat, kien tqajjem minn sieħbu fil-business. Infatti kien Gheorg Sapiano li argumenta li Delia, li flimkien miegħu kien bena uffiċċju legali, kien raġel mibdul u differenti għalkollox. Sapiano, magħruf l-aktar bħala politiku fallut u pompuż, kien argumenta kontra l-għażla ta' Borg. Borg, li ma kellu l-ebda esperjenza twila fil-politika imma kien għamel suċċess kbira fl-aħħar elezzjoni fil- gżira Għawdxija, kien wera mill-bidu nett li kellu interess fil-pożizzjoni ta' kap. ARA PAĠNA 3 L-immaġini tal-koppja Borg pożittiva quddiem il-pubbliku Malti Ray Bezzina u Tony Bezzina ħadmu favur Alex Borg Roberta Metsola, Peppi Azzopardi, Robert Aquilina, Gheorg Sapiano u Joe Borg kienu favur Adrian Delia