MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539445

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Meta Clint Eastwood kien għadu attur biss ta' partijiet sekondarji jew ta' partiċelli, fejn ismu ġieli lanqas deher fil-kretti, forsi kien aktar magħruf għas-serje televiżiva Rawhide, iddeċieda li jitlaq lejn l-Italja biex ikun il- protagonist tal-Western, Per Un Pugno Di Dollari (A Fistful Of Dollars 1964), għax sostna li ma kellu xejn x'jitlef, kontra l-parir ta' ħafna speċjalment tal-aġent tiegħu li wissieh li se "jagħmel pass ħażin". Dan il-film tant għamel suċċess fl-Ewropa li sploda, tant li l-Amerikani kellhom ukoll jimportawh xi sentejn wara meta ħadem żewġ Spaghetti Westerns (hekk laqqmuhom) oħra li għamlu aktar suċċess u taw il-fama lil dan l-attur. Wara, fl-Istati Uniti kien imfittex sewwa u sar superstilla b'aktar Westerns Amerikani u bis- serje tal-Ispettur Harry Callahan. Fl-1971, Eastwood għamel id- debutt tiegħu bħala direttur fi Play Misty For Me. Kien f 'dan il-mestier li hu kompla jibbrilla fih xi snin wara fejn wera t-talent veru tiegħu. B'kollox hu dderieġa 40 film inkluż thrillers, Westerns, u films drammatiċi fejn fil- maġġoranza deher ukoll bħala l-protagonist. L-aħħar xogħol tiegħu f 'dan ir-rigward kien fi Juror No. 2 (2024) fl-età ta' 94 sena. Għalkemm dejjem wera interess fil-politika Amerikana, f 'ħajtu kellu veduti politiċi differenti skont il-mument. F'April tal-1986 hu rebaħ l-elezzjoni għal Sindku ta' Carmel-by-the Sea, California, minkejja li twieled f 'San Francisco nhar il-31 ta' Mejju 1930. Bħala bniedem patrijottiku sab il- mument biex jidderieġi għaxar films bijografiċi, aktarx dwar persuni mhux rinomati li għamlu xi bravura u anki barranin li tant kien jammira. Dan ir-rapport hu dwar dawn. BIRD (1989). Clint Eastwood hu affaxxinat sewwa bil-mużika jazz u ddedika l-film dirett u prodott minnu, Bird dwar il- ħajja tal-jazzista alto sassafonista Charlie "Bird" Parker. Fil- parti prinċipali nsibu lil Forest Whittaker. Parker kien minn Kanas City, Missouri fejn fl-1939 kien jagħti wirjiet tal-jazz fir-Reno Club, però l-istil mgħaġġel tiegħu jikseb ir-rabja tal-ispettaturi. Fi New York, Charlie jibda jdoqq f 'postijiet differenti fejn jiltaqa' mat-trumbettista Dizzy Gillespie (Samuel L. Wright). Bi stil ta' ħoss ġdid li jissejjaħ "bebop" li jintogħġob sewwa huma jsiru popolari. Hawn isir jaf lil Chan Parker (Diane Venora), żeffiena li tħobb il-mużika jazz. Wara li jinkaram għad-drogi u l-alkoħol imur fi klinika. B'saħħtu sejra għall-agħar, imut b'attakk tal-qalb fl-għomor ta' 34 sena. CHANGELING (2008). Dan il-film kommoventi, kemxejn stramb, prodott u dirett minn Clint Eastwood li wkoll kiteb il- mużika, ifakkarna fl-istorja vera ta' Christine Collins (Angelina Jolie) li seħħet fl-1928. Meta din l-imsejkna mara terġa' lura lejn darha, issib lit-tifel tagħha Walter ta' disa' snin nieqes. Ir-Rev. Gustav Briegleb (John Malkovic) ixandar il-karba mill-qalb ta' din il-mara u jirrabja kontra l-inkompetenza tal-pulizija ta' Los Angeles. Xi it xhur wara, il-pulizija jgħidulha li sabu lit- tifel tagħha ħaj biex tieħdu lura mdawwar bil-media, iżda hi tinduna li dan mhux Walter. Meta ssostni bil-kbir li dan mhux it-tifel tagħha, il-pulizija jgħadduha b'miġnuna, mhux tajba bħala omm u jsakkruha fi sptar tal-moħħ. INVICTUS (2009). Dan hu dokumentarju drammatiku, film fuq l-isports ibbażat minn fuq il- ktieb ta' John Carlin, Playing the Enemy Nelson Mandela and the Game that Made a Nation dwar l-avvenimenti li ġraw fl-Afrika t'Isfel qabel u wara l-logħba tat- Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl- 1995. Nelson Mandela (Morgan Freeman), fl-ewwel perjodu tiegħu bħala President ta' pajjiżu, jipprova jgħaqqad lin-nazzjon wara li spiċċat l-Apartheid (segregazzjoni bejn il-bojod u s-suwed). Hu jiltaqa' ma' Francois Pienaar (Matt Damon), il-captain tat-tim tar-Rugby Union u jispjegalu li rebħa tkun tfisser li pajjiżu jkun wieħed unit. Eastwood għandu ammirazzjoni kbira lejn dan il-filantropista maħbub. J. EDGAR (2011). Għal darb'oħra, Clint Eastwood iddeċieda li jkun ukoll il- produttur u jikteb il-mużika ta' din il-produzzjoni bijografika fejn Leonardo Di Caprio jinterpreta l-parti tal-qalil Direttur tal-FBI, J. Edgar Hoover mill-1919 sal- mewt tiegħu fl-1972. Fi żmienu ħadem taħt tmien Presidenti Amerikani u ttrasforma lill-FBI f 'aġenzija effettiva u influwenti ta' infurzar. Dan kien ukoll bniedem kontroversjali b'abbuż ta' poter. JERSEY BOYS (2014). Dan hu adattament iffilmjat tal-musical Jersey Boys, rebbieħ ta' Tony Award fl-2006, dwar il-qawmien tal-grupp tar-rock-and-roll, e Four Seasons. Erba' żgħażagħ min-naħa tal-kriminalità ta' New Jersey jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw il-grupp ikoniku e Four Seasons magħrufa għall- kanzunetti popolari bħal I Can't Give You Anything But Love, Earth Angel, In e Mood For Love, Cry For Me, Walk Like A Man, My Eyes Adored You, Big Girls Don't Cry, Can't Take My Eyes Off You, Sherry, u diversi oħrajn. 14 films IL-ĦADD 14 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Clint Eastwood — direttur ta' films bijografiċi wkoll L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. Baħar Ħafif L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Bird (1988)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 September 2025