MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 Meta l-esklużjoni tweġġa' iktar minn daqqa JAELLE BORG Kull sena, hekk kif l-iskejjel jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom, il-bitħa terġa' timtela bil-ħsejjes tat-tfal jilagħbu, jidħqu, u jaqsmu l-istejjer. Għal ħafna, dan hu mument ta' ferħ u ħbiberiji ġodda. Imma għal oħrajn, is-sena skolastika ġdida ġġib magħha ansjetà u biża' — mhux mil- lezzjonijiet jew mill-eżamijiet, imma minn sens ta' solitudni. Hemm tfal li kull ġurnata jaraw gruppi jiffurmaw madwarhom mingħajrhom, u l-messaġġ li jirċievu hu ċar: "Int mhux parti minn hawn." Din mhix xi sitwazzjoni rari. Din hija l-esperjenza ta' ħafna studenti li jsofru minn bullying relazzjonali jew soċjali — forma ta' esklużjoni li ma tħalli l-ebda marka viżibbli fuq il-ġisem, iżda tħalli feriti fil-fond tal-identità. X'inhu eżattament il-bullying soċjali? Il-psikoterapista Mariella Dimech tispjega li b'differenza mill- bullying fiżiku jew verbali, l-uġigħ ta' esklużjoni soċjali hu ħafna iktar persistenti. "Meta xi ħadd jagħtik daqqa, il-ġrieħi fiżiċi jgħaddu. Imma meta tħoss li mhux aċċettat, li qed tiġi mċaħħad milli tifforma parti minn grupp, dak hu messaġġ li jista' jdum għal ħajtek kollha," qalet. Skont Dr Dimech, ħafna drabi l-esklużjoni hija rifless ta' kif jaġixxu l-adulti: "Aħna wkoll ħafna drabi naqsmu lil xulxin skont id- differenzi tagħna. It-tfal jitgħallmu jimitaw." Għaliex l-esklużjoni tweġġa' daqshekk? Meta student jitħalla barra, il-messaġġ li jasal huwa wieħed qawwi: "Int mhux biżżejjed, int mhux interessanti, ħadd ma jrid joqgħod miegħek." Jekk it-tfal jemmnu dan, jista' jikber b'sens ta' nuqqas ta' valur fih innifsu. Fl-istess ħin, jekk ikollu appoġġ u jitgħallem jagħżel ħbieb tajbin, jista' jiżviluppa reżiljenza. Madankollu, Dr Dimech twissi li l-midja soċjali kompliet iżżid l-uġigħ: illum student jista' jara b'għajnejh meta qed jitħalla barra minn gruppi jew attivitajiet. Imur id-dar jitħol fuq il- mowbajl u jkun jaf eżatt min u kif qed jitħalla barra. X'jista' jsir fl-iskejjel? Dr Dimech tqis li ħafna drabi l-iskejjel jippremjaw biss xi tip ta' talent, ngħidu aħna l-futbol, speċjalment fl-iskejjel tas-subien. "Dak li hu tajjeb f 'xi ħaġa oħra sempliċement għax tifel jitqies bħala 'nerd' jew jitħalla fil-ġenb. Dan ġej mill-kultura tagħna li ħafna drabi tfaħħar biss ċerti kwalitajiet." Hija tirrakkonta esperjenza minn workshop fi skola tas-subien: "Tajthom karti u oġġetti biex jibnu karozza, jiktbu kanzunetta u poeżija, u fl-aħħar itellgħu tellieqa. Kull tifel u tifla li kellu talent partikolari ħareġ fid-dawl tiegħu — min kien kreattiv, min kien tajjeb fil-kitba, u min kien tajjeb fl- isport." Dan hu l-messaġġ ċentrali: kulħadd għandu jiddi bl- abbiltajiet tiegħu jekk tingħatalu l-opportunità. Messaġġ għall-ġenituri u għall-edukaturi Ir-realtà hi li r-riut u l-esklużjoni huma parti mill-ħajja. "Kulħadd xi darba se jħossu miċħud," tgħid Dr Dimech. "L-importanti hu li ma niġux vittmi tagħna nfusna. Hemm bżonn responsabbiltà — kemm mill-ġenituri, kemm mill-għalliema, kif ukoll mit-tfal infushom — biex inħarsu lejn dawn is-sitwazzjonijiet b'maturità u nħeġġu lit-tfal ifittxu l-post fejn verament jixegħlu." Il-bullying soċjali ma jinstemax dejjem fil-klassi u lanqas jidher f 'xi ġlieda iżda l-effett tiegħu fuq il-kunfidenza u l-identità ta' student jista' jkun fit-tul. Meta t-tfal jitħallew barra, il-ferita tista' ssir parti minnhom. Imma b'kultura ta' inklużjoni fl-iskejjel, b'għajnuna minn ġenituri li jħeġġu lit-tfal ifittxu ħbiberiji b'saħħithom, u b'għalliema li jagħrfu kull talent, dawn it-tfal jistgħu jitgħallmu ħaġa importanti: li kull wieħed u waħda minnhom għandu valur u li hemm post fejn kulħadd jista' jixgħel fid- dawl tiegħu. Filwaqt li ħafna jaħsbu li l-bullying ifisser biss daqqiet jew insulti, il-veru wġigħ ħafna drabi jinħass fis-skiet: meta student jitħalla barra u jħossu li mhu parti minn xejn SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA IRREĠISTRA T-TRADEMARK QABEL TAGĦMLU PUBBLIKU TIEGĦEK IL-GVERN TA' MALTA MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI IRREĠISTRA TTRADEMARK TIEGĦEK

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 SEPTEMBER 2025