Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
affarijiet? Alex: wieħed ma jneħħix lill- ieħor. Inti semmejt li jiena kont membru parlamentari. Jiena, meta kont responsabbli, biċċa art tal-Gvern, fabbrikabbli, kont ħadt deċiżjoni li nagħmluha ġnien għall-pubbliku li hekk huwa llum. Imma ma jfissirx li kull biċċa art tal-Gvern ħa nagħmluha spazju pubbliku miuħ, jiġifieri li qed ngħidlek, illum, trid tara r-realtà ta' pajjiżna x'inhi u iva ċerti biċċiet ta' art wieħed għandu jirrikonsidra. Każ speċifiku, pereżempju ġara riċentement. Qed nirreferi għal Manoel Island, li l-art ta' Manoel Island ingħatat 25 sena ilu … X'qed jiġri fuq Manoel Island? Alex: Jiena segwejt bħalek. Kellek l-istatements, għandek investituri privati fejn jiena mgħarraf li ħafna pensjonanti huma holders hemmhekk, jiġifieri jien mgħarraf li hemmhekk għaddejjin diskussjonijiet però ma nipparteċipax fihom. Però biex nerġa' nirrispondi l-mistoqsija ta' qabel, kull gvern għandu jkollu fakultà illi juża l-art biex jiġbed lejh investiment imma fil-kuntest ta' pajjiżna kif evolva u ppermettili ngħid illi Ian Borg iċċaraha fil-Parlament illi r-rapport tal-Grand orton ħareġ fil-pubbliku wara li l-NAO daħal fiha u mhux qabel. Arnold Cassola tefagħlek botta jew kritika li f 'każijiet oħra użajtu kejl differenti. Semmielek il-każ ta' Ħal Qormi, il-valutazzjoni li kienet hekk u aċċettajtu valutazzjoni hekk. Ħa nippreċiża … meta jsiru dan it-tip ta' affarijiet, in- nies jibdew jaħsbu li sar xi forma ta' ftehim minn wara l-kwinti. F'dan il-każ partikolari x'kien il-ħsieb? Ħa nwieġeb lil Alex l-ewwel dwar x'qal l-Awditur Ġenerali fuq ix-xhieda li ta Ian Borg lill-Awditur Ġenerali meta bagħat għalih. Ħa nikkwota kelma b'kelma — "according to the minister onlearning of the audit firms valuation, he saught clarifications from the chair board of governors, lands authority. Meta Ian Borg mar quddiem l-Awditur Ġenerali, hu kien konxju ta' din ir-raba' evalwazzjoni. Biex nirrispondi għall- mistoqsija tiegħek issa, jiena m'iniex infurmat li saru xi ehimiet fuq din. Issa jekk inti taħseb li hemm xi ħaġa illi kienet ħażina, għandek il-fakultà kollha Arnold. Jien li nista' ngħidlek huwa li bħala grupp parlamentari li nifforma parti minnu, meta vvutajna fuq dik il-kwistjoni, aħna vvutajna b'dik l-informazzjoni li kellna, jiġifieri issa jekk għandek affarijiet oħrajn … It-tibdiliet li saru fl-2024 mill-Gvern biex ikun hemm uniformi ta' valutazzjoni … Taqbel li dawn huma tibdiliet leġiżlattivi pożittivi? Ryan: Jiena li nista' ngħidlek huwa dan … jekk f 'dan il-każ il-valutazzjoni saret dakinhar, jiena niem li għandna nimxu bl-istess metodoloġija; mhux issa f 'daqqa waħda għax il-pajjiż tilef 12-il miljun ngħidu għax għandna metodoloġija ġdida, jekk il-poplu tagħna tilef dawn il-miljuni, get our money back u dan huwa x-xogħol tagħhom li jagħmlu u li dwaru s'issa ma smajna xejn. Alex: Punt żgħir. Proprju għalhekk l-Awtorità tal-Artijiet daħlet din il-metodoloġija. Jiġifieri inti kellek biss biss il- Lands fuq dan il-każ, f 'idejh kellu żewġ stimi waħda li kkummissjonaha, tmien miljuni u mitt elf ewro, l-oħra mhux magħmula minn xi ħadd inkompetenti, magħmula minn Deloitte. Kellek stima magħmula minn Deloitte kkumissjonata minn Fortina Group stess illi kienet żewġ miljun u seba' mitt elf … Inti d-diskussjoni dwar il- Fortina tmur lil hinn mill- Fortina. Kien hemm diskussjoni mill-kampijiet tal-Oppożizzjoni for charity properties u mbagħad kien hemm xi inizjattivi mis- Soċjetà Ċivili fil-każ tiegħek fuq dan il-każ partikolari. Issa fuq dan, jidher li qiegħed fuq fażi oħra. Mhux biss id-diskussjoni politika imma f 'saqajn il- pulizija. X'taħseb li għandu jiġri hawnhekk? Arnold: l-ewwel nett huwa skandaluż kif kien hemm il- leaks mill-Fortina, u dawn setgħu ħarġu biss, jew mil- Lands Authority, jew minn Keith Schembri, jew minn Joseph Muscat għax dawk kienu jafu biss, u dik hija responsabbiltà politika kbira. It-tieni, ma naqbilx ma' Alex fuq li artijiet pubbliċi għandhom jingħataw. Illum fl-2025, aħna tal-Momentum ngħidu li għandhom jitwaqqfu l-artijiet pubbliċi. M'għandhomx iktar jingħataw lill-privat. Imma ejja ngħidu intom, partit li qed isir iktar relevanti, titolbu li jkun hemm ħarsien ambjentali, li ma nibqgħux fuq l-industrija tal-kostruzzjoni u tiġi industrija li tkun speċjalizzata b'xi ħaġa li ma tirrikjedix kostruzzjoni u għandha bżonn art biex tiżviluppa din il-fabbrika tal-AI pereżempju … jiġifieri inti qed tgħid li l-Gvern m'għandux jgħin hemmhekk? La hija privata, qegħdin fl- 2025, għandek level playing field ta' kompetizzjoni u allura l-artijiet pubbliċi, jekk mhumiex verament għall-affarijiet ta' barra minn hawn, m'għandhomx jingħataw għaliex m'hawnx iktar art, għaliex l-ispazju f 'Malta huwa verament limitat. Issa biex inkompli, it-tielet punt, inti semmejt il-koperazzjoni li tat il-Lands Authority. Veru issa tat il-koperazzjoni. Taf min ma tax il-koperazzjoni lill-awditur? Il-kabinett, għaliex bl-iskuża li l-minuti tal-kabinett huma riservati, ma nistgħux nuruhom, ma tawhomlux u allura aħna ma nafux x'ġara fil-kabinett. L-aħħar punt fuq li saqsejtni int, jekk tmur għand Gafà tmur għalxejn. Gafà ilu hemm ħames snin biex jgħatti biss lil dawk li huma fil-politika, mela Gafà jekk hemm xi politiku involut, u nafu li hemm Keith Schembri, allura Gafà se jeħodha easy u se jgħaddi ż-żmien. Dan għandu jkun hemm azzjoni fil-Qorti u hawn tissorprenduni intom in- Nazzjonalisti, għax skont kapitlu 574 tal-liġijiet ta' Malta, biex inti tirrevoka kuntratt ħabba frodi jista' jagħmilha biss jew l-Awditur Ġenerali, jew l-avukat tal-istat, jew membru parlamentari. Issa dawn taf x'għamlu sitt ijiem ilu? Iltaqgħu u ddeċidew li ma jmorrux il-Qorti. Tista' tgħidli għaliex intom iddeċidejtu li ma tmorrux il-Qorti meta għandek każ ta' frodi enormi? Ryan: Milli jidher jien kont fil-grupp parlamentari u Arnold ma kienx hemm u jidher illi jaf aktar minni. Aħna l-pożizzjoni tagħna għamilha ċara wkoll il- kap Alex Borg. Aħna qed nitfgħu r-responsabbiltà fuq il-Viċi Prim Ministru u Prim Ministru li sostnew li se jġibu l-flus lura kollha. Jekk dan ma jiġrix, aħna nissalvagwardjaw, kif għandna dritt. Ryan, ħa ndur fuq l-element politiku … fuq il-Partit Nazzjonalista ħa nitkellem. Kien hemm id-diskors ta' Alex Borg, li fih semma l-Fortina u semma dil- kwistjoni li l-ambjent jidħol fil-kostituzzjoni. Il-mistoqsija tiegħi hija, ifhimni, bħalma hemm affarijiet li jsiru just for gesture, intom bħala Partit Nazzjonalista vera dawn l-affarijiet huma importanti għalikom? Din tal-emenda kostituzzjonali ilha li ressaqnieha imma l-Gvern għoġbu jtina seduta kull sitt xhur. Nista' nassigurak li l-ambjent għalina mhuwiex klixè, nafu x'inhi Malta llum, problemi kbar ta' densità, traffiku, jiġifieri aħna konxji minn qatt qabel li din hija l-ikbar sfida u m'aħniex se nieqfu fuq li ngħidu biss. Alex, sondaġġi juru li n-nies m'għadhomx inkwetati fuq affarijiet ta' qabel, u dan l-inkwiet huwa li jwasslu persuna biex tivvota mod, iżda mbagħad naraw deċiżjonijiet tal-Gvern li jibagħtu messaġġ differenti, bħar-riforma tal-ippjanar. Ma taħsibx li qed tkunu distakkati minn dan il- messaġġ tas-sondaġġi? Ma naqbilx miegħek illi dik ir-riforma qed tmur kontra. Jien għalija li ssaħħaħ il-jedd li anke n-nies iwaqqfu żvilupp milli jsir, tiġi favur dak is-sentiment mhux kontrih, u dan qed isaħħaħ id- dritt taċ-ċittadin. Jista' jkun li intom tiġu kkategorizzati li tikkritikaw biss u mhux bħala alternattiva? Le, ma jistax ikun għax aħna għandna l-proposti tagħna. Għadna kif għamilna dwar il- vertical farming pereżempju lbieraħ. Dawn huma biss viżwali għalissa, imma qed inlaħħmu dak li qed nippreparaw. Issa l-valutazzjoni, naqbel perfettament li l-Parlament bidel imma intom x'intom, xi bdiltu? Jiġifieri dan, il-Fortina qed jgħidilna li issa l-valutazzjoni l-ġdida tal-2024 se tiġi tqum inqas mill-valutazzjoni tal-1990, mela allura għamiltu qassata kbira jekk intom fil-Parlament bdiltu l-valutazzjoni. intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 07 tal-iskandlu tal-Fortina fuq Xtra Sajf