Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
L-ewwel mistoqsija ħa nsaqsiha lilek Arnold. Dan kollu kont tafu. X'wasslek biex tieħu dan il-pass fuq il-Fortina? Persuna qaltli li hemm rapport ta' Grand orton fuq l-20 miljun valutazzjoni. Jien ġa kont qed ninnota pereżempju kif biddlu l-kundizzjonijiet kollha, jgħollu 15 jew 13-il sular plus ukoll serqu pitch tal-boċċi. Kien pitch tal-boċċi pubbliku. Dawn jiħduh u ħadd ma jagħmel xejn. Naturalment kieku jien kelli r-rapport tal-Grand orton, il-valutazzjoni tagħhom, ma kontx immur għand l-awditur; kont immur quddiem Kastilja u nagħmel press conference hemm imma billi xi ħadd qed jgħidli u li qed itini propju dawn id-dettalji, allura hemmhekk tlabt l-awditur għal din l-inkjesta. Meta tħares lura, mhux aħjar għandek xi ħaġa konkreta, investigata? F'għajnejn il-maġġoranza tan-nies l-NAO hija istituzzjoni indipendenti. Mhux aħjar wasalt f 'dan l-istadju u ġraw l-affarijiet kif ġraw? Arnold: Dawn ma kinux ħa jiġru kieku ma mortx jien. F'din il-kwistjoni kollha, hemm dak li aħna nafu bħala responsabbiltà politika u dak li aħna nafu bħala responsabbiltà kriminali. Kif qed tħares lejhom? Arnold: Hemm responsabbiltà, kemm politika, kif ukoll kriminali għaliex daħlu l-politiċi fiha. Joseph Muscat pereżempju għamel laqgħa biex ikollu progress fuq din il- kwistjoni. Joseph Muscat fiex kellu jidħol? Keith Schembri fiex kellu jidħol? L-Imħallef Farrugia Sacco għalfejn bagħat il-kont lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? L-Uffiċċju tal-Prim Ministru x'jindaħal fil-kuntratti li jagħtu l-Lands, jiġifieri dan meta għandek ir-responsabbiltà politika mbagħad għandek ir- responsabbiltà kriminali li qed jingħad li Farrugia Sacco ma qal lil ħadd anzi qal li għadu mhux lest imma għandek ukoll lil Keith Schembri li Alla jbierek dan ma jiakar qatt xejn f 'xejn. Keith Schembri wkoll kien jaf u ma kellux ikun jaf, jiġifieri din hija azzjoni kriminali, u Schembri ħbieha mill-kabinett. Alex Muscat, xahar wara xahar nisimgħu dawn l-episodji. Għalfejn f 'din il-kwistjoni partikolari ma ġibnihiex żewġ? Jekk tagħti daqqa t'għajn lejn ir-rapport tal-awditur issib ħafna affarijiet li mhumiex jinqabdu biżżejjed. L-ewwel nett jiena ninnota li l-Awtorità tal-Artijiet kellha koperazzjoni massima. Jiena ġejt mitlub biex immur nagħti l-informazzjoni, jiġifieri min-naħa tal-Awtorità kellek trasparenza totali, flimkien mal- NAO, jiġifieri llum is-sitwazzjoni kollha ddur ma' metodoloġija, il-valur ta' tmien miljuni u mitt elf ma kinux il-valur il-ġust jew kellu jkun ogħla. Jien, bl- informazzjoni li kelli flimkien mal-board, l-Awtorità tal- Artijiet bħala board, ħadet deċiżjoni li tmur għall-ogħla valutazzjoni li kienet ta' tmien miljuni u mitt elf ewro. Illum qed jirriżulta li kien hemm rapport ieħor. Il-Gvern illum talab kopja tiegħu u infurmat li għadda fil- parlament biex naraw jekk din id-diskrepanza hijiex waħda korretta. Imma ma ngħidx li kulma tagħmel l-Awtorità tal- Artijiet huwa żbaljat. Jien naħseb kien ikun żbaljat li kieku qas biss żammet il-flus għat-tneħħija ta' dik il-kundizzjoni, kif kien ġara f 'każijiet oħrajn. Imma kieku l-affari waslet s'għand Farrugia Sacco tgħid waslet s'hemm, imma din baqgħet tielgħa sal- Uffiċċju tal-Prim Ministru. Issa veru li Joseph Muscat irriżenja u numru ta' persuni oħra m'għadhomx hemm, imma turi wkoll li f 'dawn l-affarijiet lil hinn mid-diskussjoni li jien immur mal-Prim Ministru u niddiskuti proġett kien hemm affarijiet oħra, din ma tinkwetakx? Alex: Il-mistoqsija hija bbażata fuq jekk in-negozju Malti jistax jew le jiltaqa' mal-faxxa politika. Jien, jekk tgħid lili, ma nsibx problema b'dan, però mbagħad, dejjem irid ikollok trasparenza. Jiena milli rajt f 'dan ir-rapport, l-Awtorità tal-Artijiet, bl- informazzjoni li kellha f 'idejha, għamlet dan. Ryan, inti, tajjeb jew ħażin, kellek x'taqsam mal-Land Authority fis-sens li kont rappreżentant f 'isem l-Oppożizzjoni. Spjegali, ir-rapport, skont l-Imħallef Farrugia Sacco, baqa' pendenti. Issa inti bħala membru tal-board f 'dan il- każ, xi jsir? Ryan: Tajjeb ngħidu li dan l-iskandlu ħarġitu l-Oppożizzjoni għaliex qabel il-pass ta' Arnold kien hemm pass ieħor. Jiena meta kont membru fil-board tal- gvernaturi, immarkajt illi stima ta' tnax-il miljun kienet tnax-il miljun u mhux tmien miljuni u kienet għal dik ir-raġuni li aħna vvotajna kontra. Jiġifieri l-iskandlu tal-Fortina beda għaliex aħna sibna u xi ħadd ħarablu fuq il-board dakinhar meta tana l-preżentazzjoni, illi dawn ħa jħallsu tmien miljuni u xi ħadd iddeċieda hemm ġew li jaħfer erba' miljuni għax suppost ħallsu tnax-il miljun. Dik kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn meta tlajna fil-Parlament, bħala Oppożizzjoni u Kumitat tal- Verifika aħna bqajna ninsistu illi din it-tranżazzjoni m'għandhiex issir. Issa sa dak il-punt ma kienx hemm rikonoxxenza tat- tielet valutazzjoni tal-Grand orton li kienet lesta. Irridu nimu li xegħlet bozza kbira fuq il-Fortina minħabba dan li għamlet l-Oppożizzjoni fil- Parlament. Jiena sirt naf bit-tielet valutazzjoni tal-Grand orton meta mort quddiem l-awditur ġenerali u xxokkjajt ruħi u għedtlu li qas kont naf biha. Ian Borg meta mar għand l-awditur, ikkonferma lill-Awditur Ġenerali li kien jaf biha, u allura jien kont nippretendi li la kien jaf biha, ma missux waqaf hemm biha, missu refa' r-responsabbiltà politika. Ejja nitkellmu wkoll fuq ir-responsabbiltà ta' min imexxi dawn l-aġenziji. Jiena nsibha diffiċli biex nemmen illi biex titlob valutazzjoni u tieħu żball. U fl-Awtorità tal-Artijiet isiru ħafna dawn l-iżbalji. Inti, li ilek tħambaq fuq il-kontabilità, x'taħseb li hi l-problema? Arnold: Jien ngħidlek li dawn isiru apposta ma' ċerti nies. Il- Fortina mhux biss ħadet dak il-bini bil-prezz li rajna, baxx, imma l-Gvern kompla jtiha art u baħar illegali li hi okkupat. Għaliex intom li ma rrealizzajtux fl-2023 il-gvern, Sylvio Schembri, dakinhar tal-inkjesta pubblika ta' Jean Paul Sofia, taf x'għamel? Mar fil-Parlament, il-Fortina kienu okkupaw il-foreshore front, okkupaw il-baħar, illegalment, u Sylvio Schembri jmur biex jgħaddi liġi ħalli jagħtihielhom, jirregolizzaha b'70 elf ewro. Dan ma' ċerti nies u Zammit Tabona nafu li huma donaturi kbar tal- Labour Party ikun hemm il- favuri. Alex, fuq ir-risposta tal- Fortina, il-prinċipju, meta Malta kienet tiżviluppa l-ekonomija turistika f 'diversi snin, il-prinċipju li tagħti l-artijiet, kważi b'xejn, kienet waħda onoruża. Imma issa qegħdin f 'sitwazzjoni differenti. Taħseb li wasalna biex nirrevedu din it-tip ta' politika? Mistoqsija importanti. Il- fakultà li kull gvern jista' art pubblika jtiha valur u jużaha biex iżid l-attività ekonomika u soċjali fil-pajjiż, hija ħaġa li ilha ssir minn żmien l-Ingliżi f 'pajjiżna. Jiena naħseb li gvern għandu jibqa' jkollu dak ir-remit. Sintendi, ir-realtajiet ta' Malta fit- tmeninijiet meta din l-art inxtrat mingħand il-gvern għal skop turistiku, u r-realtà ta' Malta llum hija differenti, jiġifieri l-għodda għandha tinżamm imma jinbidel l-iskop. Fil-kuntest li għandna ta' proġetti kbar li huma kontroversjali, għandna nerġgħu nikkunsidraw ċerti intervista IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 06 Jiddiskutu l-kwistjoni tal-iskandlu F'episodju ieħor ta' Xtra Sajf, Saviour Balzan jitkellem ma' Arnold Cassola, Chairman tal-partit Momentum, Alex Muscat, deputat Laburista, u Ryan Callus, deputat Nazzjonalista