Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539880
tal-Palestina: paroli jew azzjoni? analiżi illum • IL-ĦADD 28 TA' SETTEMBRU 2025 05 inkluż f 'Malta stess, li qanqlu reazzjonijiet popolisti mill- gvernijiet responsabbli. L-Istat kurrenti tal-Pale stina Bħalissa l-Palestina għadha "stat osservatur" fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, minħabba l-interessi politiċi tal-Amerka. L-Amerka hija membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, li hedded kemm-il darba li tuża l-poter tagħha sabiex timblokka s-sħubija sħiħa tal-Palestina fil-Ġnus Magħquda. Jekk il- Palestina tingħata t-titlu ta' membru fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, hi jkollha d-dritt, kemm li tipparteċipa fid-dibattitu, kif ukoll dritt għal vot. Barra minn hekk, il-Ġnus Magħquda toffri ħafna vantaġġi, inkluż assistenza u għajnuna f 'każ ta' diżastru bħal terremot kbir, benefiċċji ekonomiċi minn entitajiet bħall-Fond Monetarju Internazzjonali, fost oħrajn. Storikament, l-Istati Uniti u Iżrael minn dejjem kellhom relazzjoni amikevoli, kemm politikament, u anke ekonomikament. Riżultat ta' dan, l-Istati Uniti ma tirrikonoxxix l-istat Palestinjan imma tirrikonoxxi l-"Palestinian National Authority" bħala l-gvern leġittimu tal-Palestina. Iżrael dejjem kienet l-ikbar xewka fit-triq għar- rikonoxximent internazzjonali tal-Palestina. Minħabba l-okkupazzjoni militari ta' Iżrael fix-Xatt tal-Punent (West Bank) mill-1967, l-Awtorità Palestinjana m'għandhiex kontroll assolut fuq l-art tagħha jew niesha. L-istorja xejn pjaċevoli bejn Iżrael u l-Palestina bdiet mill- Gwerra Palestinjana fl-1947, wara li l-Ġnus Magħquda adottat ir-Riżoluzzjoni 181(II) li rrakkomandat il-qsim tal- Palestina fi stat Għarbi, stat Lhudi u l-Belt ta' Ġerusalemm. Il-Palestinjani Għarab ma qablux filwaqt li ż-Żionisti ppjanaw li jkabbru l-borduri ta' Iżrael minn dak allokat. Fit-30 ta' Novembru tal-1947, it-toroq Palestinjani kienu mdemmija riżultat tal-gwerra li nqalgħet. Il-Pass li jmiss Il-gazzetta Illum ma eks President Marie Louise Coleiro, Karl Schembri li jaħdem man- Norwegian Refugee council u Peter Agius deputat Parlamentari dwar din id-deċiżjoni. Kemm Marie Louise Coleiro Preca, kif ukoll Karl Schembri qablu li r-rikonoxximent tal- Palestina minn Malta kien ġest simboliku. Schembri qal li dan il-pass sar f 'mument fejn hemm ċans veru baxx li jiġi segwit minn iżjed azzjoni diplomatika u politika. "L-ebda impatt fuq l-art qabel ma jkun hemm waqfien totali mill-assalt ġenoċidjali ta' Netanyahu u l-gvern tiegħu, kemm fuq Gaża, kif ukoll fil-bqija tat-territorju Palestinjan fix-Xatt tal-Punent u Ġerusalemm," qal Schembri. Schembri tenna li dan il-ġest ma kellux l-effett esaġerat li qed jiddeskrivu l-"mexxejja bla sinsla", speċjalment meta dawn qattgħu dawn l-aħħar sentejn kompliċi bis-silenzju tagħhom lejn il-ġenoċidju f 'Gaża. "Qabilhom kien hemm pajjiżi bħal Spanja, l-Irlanda u n-Norveġja li ħadu l-inizjattiva, irrikonoxxew l-istat Palestinjan imma wkoll tkellmu b'mod mill-iżjed ċar kontra l-impunità ta' Iżrael. Imma issa dawn il- mexxejja li qamu mir-raqda ħassew li ma setgħux jibqgħu iżjed ma jagħmlu xejn meta l-istorja diġà qed tinkiteb u diġà bdiet tiġġudikahom. Nies bħal Macron, li ma kellu l-ebda problema jinnormalizza l-okkupazzjoni tas-Saħara tal- Punent mill-Marokk, issa jrid jidher kuxjenzjuż. Nies bħal Keir Starmer, bil-fibra morali ta' brama, li b'mod mill-iżjed stramb ikkundizzjona r-rikonoxximent tal-istat Palestinjan man- nuqqas ta' Iżrael milli jieqaf jimmassakra iżjed nies. U nies bħall-prim ministru tagħna, li kkonfrontat minn attakk fuq dgħajsa umanitarja barra xtutna fi triqitha lejn Gaża lanqas biss talab spjegazzjoni minn Iżrael imma ddikjara l-kapitlu magħluq qabel bilkemm kien infetaħ," stqarr Schembri. Marie Louise Coleiro Preca rriflettiet fuq l-aspett umanist tal-kwistjoni. "Min qed jiffaċilita l-manifattura u l-mixja ta' armamenti qed jgħin biex il- gvern ta' Netanyahu jkompli bil- vjolenza fuq l-innoċenti. Qed nittama li Malta, bħal Spanja u pajjiżi oħra anke fl-Ewropa, nieqfu b'mod ċar kontra dan u nistqarru bil-qawwa kollha, li ma rridux inkunu kompliċi fil-qerda ta' tant tfal, żgħażagħ, nisa, u tant u tant eluf ta' nies oħra innoċenti." Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius tkellem fuq il-biċċa wkoll fejn sostna li rrikonoxximent tal-Istat Palestinjan huwa pass 'il quddiem imma mhux biżżejjed. Hu qal li hemm bżonn sospensjoni tal- association agreement bejn l-UE u Iżrael, kif ukoll embargo fuq l-esportazzjoni tal-armi lejn Iżrael. l-manifattura u l-mixja ta' armamenti jkompli bil-vjolenza fuq l-innoċenti Peter Agius qal li hemm bżonn sospensjoni tal-association agreement bejn l-UE u Iżrael "Skont il-konvenzjoni ta' Montevideo fl-1933, ir-rikonoxximent ta' stat iserraħ fuq erba' kriterji: popolazzjoni permanenti, territorju definit, gvern u l-abiltà li jinżammu relazzjonijiet diplomatiċi ma' stati oħra"