MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I n-nies illum tkellmet. Ir-riforma tal-ippjanar ma tistax tkompli. Jekk il-Gvern ikompli mela veru każ ta' arroganza. Arroganza li jrid jinjora lin-nies u, mhux hekk biss, irid jaqdi biss l-interessi ta' min għandu l-poter tal-flus, u ilu snin jippompja flus fil-partiti politiċi. Illum li l-kostruzzjoni u l-bini jħallu ħafna flus fl-ekonomija u fil-bwiet tan- nies, din mhix gidba. Imma ma jfissirx li rridu nagħtu kollox lill-iżviluppaturi. L-iżviluppaturi għandhom ikunu għodda f 'industrija li trid tkun regolarizzata. Il-Gvern, wara tant messaġġi fuq medda ta' snin, mhux qed jagħraf li riforma fl-ippjanar trid tkun indirizzata lejn għarfien ta' ħarsien ambjentali, kif ukoll ikkonsolidata minn interessi soċjo-kulturali. Dan il-pajjiż ġibnieh mandra. Meta wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew il-PL fil-Gvern naqqas il- maġġoranza għal waħda ta' 8,000 vot, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jrid jirrispondi għall-weġgħat tan- nies. Fosthom dwar ir-rabja tagħhom għall-kostruzzjoni, il-bini bla waqfien, u l-qerda ambjentali. Minflok, il- Prim Ministru fl-aħħar ta' Lulju ried idaħħal riforma u tibdil fil-liġi li ċarament tiffjorixxi lil min jixxala fil- kostruzzjoni. Kien eżerċizzju li jirrefletti biża' li l-affarijiet isiru sew u mhux bil-moħbi. Tant kien malinn il-ħsieb, li lanqas riedu li dawn it-tibdiliet jgħaddu mill- għarbiel tal-istadji tad-diskussjoni tal-Parlament. Jekk hemm riforma li trid issir, hija waħda li tipproteġi l-irħula tagħna, l-għoli permess, iż-żoni fejn li ma jistax isir bini u d-dritt sagrosant tal-Qorti li sservi ta' rifuġju għas-sewwa u l-ħaqq. Din il-gazzetta ma tibżax tgħid li hija gazzetta xellugija, imma din ir-riforma tal-Gvern mhix, la Laburista, u lanqas soċjal-demokratika. Għalxejn noqogħdu nħammu fuq il-ħaddiem, il-familji, u l-klassi medja meta l-messaġġi li qed nibagħtu huma l-kontra. Dan il-pajjiż jixraqlu ppjanar li jirrifletti l-qalb tan-nies u mhux il-but ta' min jaħseb li jista' jagħmel triq fil-baħar. Huwa xieraq li l-gvern, li f 'kull qasam għamel avvanzi, f 'dan il-qasam jirrikonoxxi li jrid jindirizza d-direzzjoni ħażina li ħa. Il-qalb tħabbat tan-nies fil-belt li għajtu għall-bidla fil-ħsieb hija kbira. Ir-risposta tal-Gvern trid tkun waħda meqjusa, matura u kuxjenzjuża. Xejn inqas u xejn iktar. Il-kwalità tal-ħajja ma tiġix imkejla bin-numri imma b'affarijiet li jkunu ta' serħan il-moħħ, paċi, kuntentezza, u serenità. Ħaġa li Malta u Għawdex tagħna żgur ma jagħtux; mifnija kif inhuma llum minn żvilupp bla qies u bla tmiem. In-nies tkellmet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025