Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093
opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 09 "Li kull ċittadin ikollu ċ-ċans jgħix ħajja b'dinjità — b' impieg li jħallas tajjeb, bi djar li wieħed jiflaħ jixtri jew jikri, b'opportunitajiet li ma jħarsu lejn ħadd bħala piż imma aktar bħala sieħeb fil-ġid komuni " Ivan Bartolo jitkellem fuq viżjoni soċjali li tqiegħed il-bniedem fiċ-ċentru tal-politika — mhux bħala statistika jew numru, imma bħala persuna li jixraqlu jgħix ħajja b'dinjità Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO N har il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej, mhux sejrin niċċelebraw biss ktieb, imma sejrin nip- preżentaw ukoll viżjoni. Viżjoni ta' Malta li tħares 'il quddiem, imma li ma tħalli lil ħadd wara- jha. Dan il-ktieb ma nqalax minn xi skrivanija fl-uffiċċju, iżda minn art ħajja, mid-djar tal-familji li żort, mit-toroq li terraqt biex niltaqa' ma' kulħadd, mill-karbiet tal-fqar u tal-emarġinati, u mill- Food Bank li waqqa biex nagħti it tama lil min tilef kollox. Tkellimt ma' nisa u rgiel li jissieltu kuljum biex jgħajxu lill-familji tagħhom, ma' żgħażagħ, ġuvintur u tfajliet li jridu jibnu l-futur tagħhom. Fittixt kemm flaħt bnedmin li huma inviżibbli fis-solitudni tagħhom. Tfajt widnejja mal- art sa ħassejt l-uġigħ tagħhom ikellimni. Minn dawn il-laqgħat u l-inkontri kollha twieldet fija konvinzjoni soda: li l-politika soċjali trid tibda billi tisma', tiem, u tħoss il-bniedem. Għalhekk b'sens ta' responsabbiltà u b'viżjoni ċara, fittixt u ġibt spalla ma' spalla miegħi, 35 professjonist minn oqsma differenti — esperti kompetenti li qasmu l-għarfien tagħhom biex flimkien insawru dan il-proġett soċjali. Dawn il- kontributuri, flimkien ma' oħrajn, huma xhieda ċara li f 'pajjiżna hawn bnedmin b'qalb kbira, ta' kompetenza u ta' rieda. Flimkien magħhom ħallejna l-vuċi tan- nies tkun ir-ruħ li tiggwidana. Għaliex din il-ġabra ta' ħsibijiet, Il-Quddiem b'Dinjità hija frott ta' ħidma kollettiva mmexxija minn missjoni waħda: li kull bniedem f 'Malta u Għawdex jgħix ħajja b'dinjità. F'dan il-proġett, il-bniedem jibqa' fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Mhux statistika, mhux numru, imma bniedem, iva quddiemna għandna uman, uman li jfisser dinja! Bnedmin li bħalissa jinsabu qishom fi skutella mimlija ilma — jitħabtu biex ma jegħrqux, u xorta ma jsibux fuq xiex jistrieħu. Il-Quddiem b'Dinjità jrid ikun kumpass morali bbażat fuq valuri umani u li jgħożżu l-ħajja — li jgħinna nilħqu lil kull min għandu bżonn — b'fiduċja sħiħa li aħna, bħala soċjetà, kapaċi nagħmlu aktar, u nagħmlu aħjar ... dak li fl-aħħar mill-aħħar huwa dover tagħna. L-għan tagħna forsi mhux sempliċi imma bla dubju doveruż. Permezz ta' din l-anoloġija rridu li kull deċiżjoni politika tħares lejn il-ġustizzja soċjali. Li kull ċittadin ikollu ċ-ċans jgħix ħajja b'dinjità — b'impieg li jħallas tajjeb, bi djar li wieħed jiflaħ jixtri jew jikri, b'opportunitajiet li ma jħarsu lejn ħadd bħala piż imma aktar bħala sieħeb fil-ġid komuni. Din l-anoloġija hija stedina għar-riflessjoni. Mhux biss għal min iħejji programmi u manifesti politiċi, imma għal kull min għandu għal qalbu l-ġid komuni tas-soċjetà. Jekk irridu li l-ekonomija tikber b'mod li jħossha kulħadd, irridu nibdew b'dawn il-prinċipji: solidarjetà, ġustizzja, u rispett lejn kull uman. Jien u dawk ta' madwari poġġejna lill-bniedem fl- attenzjoni kollha tagħna. Poġġejna lil bniedem qabel dak li jemmen fih. Irrelevanti jekk iħaddanx l-istess politika tiegħi. Irrelevanti jekk jaraniex fi stampa tajba. Poġġejna d-dinjità tiegħu qabel kull domma. Provdejna paġni li fihom x'tixtarr, bi wħud mill-paġni fihom sinjali ta' twissija. Enfasizzajna fuq politika meħtieġa, fuq riformi u tmexxija li twassal għall-bidla li tħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja tal- bnedmin. Nistgħu naslu .... dak li qed nipproponu jista' jseħħ. Kulma neħtieġu rieda politika. Fid-daqs ċkejken tal-gżira tagħna, sar ħafna u ħafna ġid, imma fil-limitazzjonijiet tagħna hemm ukoll opportunitajiet li jistgħu jinbidlu f 'riformi. Nirrepeti, kulma neħtieġu rieda politika tajba biex nindirizzaw l-isfidi soċjali tal-lum. Bosta huma dawk li bħalna jemmnu li nistgħu nimxu 'l quddiem b'dinjità, biex inħarsu lejn dawn il-kitbiet u nagħmluhom tagħna, biex fl- aħħar mill-aħħar jkunu parti mit- trasformazzjoni li hemm bżonn. Punt ieħor importanti fost oħrajn, li xtaqt inwassal f 'dan il-proġett, huwa li noħolqu sistema ta' appoġġ soċjali li tkun flessibbli u twieġeb għall-ħtiġijiet kumplessi ta' individwi u familji vulnerabbli. Fuq kollox irridu nirrikonoxxu u ngħinu lil dawk l-NGO's li jappoġġjaw familji, jinvestu fit-tfal milquta minn forom differenti ta' trawmiet, biex jagħtu l-ħiliet lill-professjonisti sabiex dawn joffru interventi f 'waqthom u personalizzati. Dak li sejrin nippreżentaw jinkludu mekkaniżmi ta' assistenza finanzjarja ġusta, tisħiħ tas- servizzi bbażati fuq il-komunità, u mudelli preventivi li jafu jsawru sistema ta' welfare aktar ekwa u effikaċi għal kulħadd, l-aktar bi preferenza ta' dawk li għadhom jissieltu biex jitilgħu mill-iskutella tal-abbandunati. Dan hu proġett eċitanti li ma jgħoddx għal min jaqta' qalbu. Dan hu proġett fejn qalbna tħabbat fl-istess ħin. Dan hu proġett komuni għal min irid il- ġid lil pajjiżna. Għax bnedmin ta' rieda tajba jridu li t-tkabbir ekonomiku jintlaħaq minn kulħadd. Dan hu interess li jġibna flimkien, din hi avventura li għandu jirkeb fuqha kull min għalih il-bniedem ġo skutella abbandunata jfisser dinja! Kull min hu interessat li jattendi għat-tnedija, għandu jċempel 77480241 għal aktar informazzjoni. Irridu li kull bniedem jgħix ' il quddiem b'dinjità