MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540093

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' OTTUBRU 2025 jipprotestaw fil-Belt kontra r-riformi tal-ippjanar taħt l-assunzjoni li l-pubbliku mhux se jagħti kashom. "Ma tistgħux tgħadduha biċ-ċajt mal-poplu," sostna b'mod ċar. Callus ħeġġeġ lill-protestanti biex jibqgħu magħqudin u qal li s-soċjetà għandha s-saħħa u d-dritt tikkonfronta "il-ħażen li ġej mill- Gvern." Hu għamel sejħa biex il- mobilizzazzjoni tkompli, anki jekk il-Gvern jibqa' jagħmel ta' rasu. Caroline Caruana, residenta minn Wied il-Għajn, esprimiet id- diżappunt tagħha fil-konfront ta' dak li sejħet bħala qerda sistematika ta' Malta. "Qegħdin hawn għax ma nistgħux nibqgħu nħarsu passivi lejn pajjiżna jitlef kull valur naturali u komunitarju, ġebla ġebla u siġra siġra," qalet Caroline waqt protesta pubblika. Hija wissiet li dak li qed jiġi ppreżentat bħala riforma fl- ippjanar huwa, fil-fatt, "pedina ta' mewt fuqna" li qed iċaħħad liċ- ċittadini mid-dritt fundamentali li jgħixu f 'ambjent b'saħħtu u b'dinjità. "Dawn il-liġijiet jistgħu jbiddlulna r-realtà b'mod drammatiku – tqum filgħodu u flok tħares lejn il- kampanja, issib għexieren ta' sulari quddiemek," żiedet tgħid. Min-naħa tagħha, Astrid Vella mill-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar saħqet fuq il-bżonn li nipproteġu l-it spazji ta' mistrieħ u rikreazzjoni li fadal. "Ma nistgħux nippermettu li kull biċċa art tingħata għall-iżvilupp, għax hekk inkunu qed neqirdu dak li jagħmel ħajjitna sostenibbli," qalet Vella. Hija spjegat kif iż-żieda kontinwa ta' lukandi mhux biss qed tħalli impatt fuq l-ambjent, iżda qed toħloq pressjoni kbira, hekk kif iktar ħaddiema jiġu mitluba jaħdmu f 'dan is-settur u jkollhom bżonn fejn jgħixu. Wegħdiet miksura Tkellem ukoll Ingram Bondin, President tal-Ramblers' Association, li fakkar fil-wegħda li l-Prim Ministru Robert Abela kien ta wara l-protesta "Xebbajtuna" fl-2023. Dakinhar, Abela kien wiegħed li l-Gvern se jipprojbixxi t-twaqqif ta' xogħlijiet fuq proġetti kontroversjali qabel jintemmu l-appelli relatati. Skont Bondin, din il-wegħda saret trab, u llum il-Gvern mhux biss injoraha, iżda qed jintefa' f 'kampanja ta' reklamar biex jippromovi dawn ir-riformi fost il-pubbliku. Il-kliem tiegħu wassal għal reazzjoni qawwija mill-folla, li bdiet tgerger u tirreaġixxi kull darba li semma l-isem tal-Prim Ministru. Bondin temm id-diskors tiegħu bi twissija diretta: "Din il-protesta hija biss il-bidu. U se nibqgħu għaddejjin, sa lejlet l-elezzjoni jekk ikun hemm bżonn." Is-sentiment fost il-parteċipanti kien wieħed ta' determinazzjoni u rabja. Għaqdiet bħal Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa u oħrajn esprimew solidarjetà u wegħdu li se jibqgħu fuq quddiem fil-ġlieda biex jiġu difiżi l-ambjent u l-proċessi demokratiċi tal-ippjanar. Alex Borg, li għadu kemm inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien fost dawk preżenti għall-protesta. Il-messaġġ mit-toroq tal-Belt nhar is-Sibt kien wieħed bla tlaqliq: l-art mhix tan-negozjanti u tal-iżviluppaturi, iżda tal-poplu kollu. Il-folla rrabjata u vokali talbet li l-Gvern jirtira minnufih żewġ abbozzi ta' liġi, magħrufa bħala Bill 143 u Bill 144

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 October 2025