MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-baġit tal-gvernijiet ta' dan il-pajjiż dejjem kien immirat biex jindiriz- za l-kwistjonijiet fiskali u tal-flus li jolqtu l-għejxien tan-nies u l-operat tan-negozji u l-andament tal-ekonomija. Imma fuq medda ta' snin, il-baġit serva wkoll biex ikun hemm pjan ta' azzjoni jew inkella reazzjoni konkreta fuq kif il-Gvern għandu jittratta l-isfidi tal-pajjiż. Il-Gvern ta' Robert Abela bir-raġun jiaħar bin-numri u bir-rekords ekonomiċi. Dan bla dubju ta' xejn huwa marbut mal-istrateġija ekonomika u sa ċertu punt ma' politika kważi neo kapitalista li tiaħ beraħ għal kull forma ta' żvilupp ekonomiku. Iżda il-Gvern mhux qed jiem li huwa r-ritmu mgħaġġel ekonomiku li jikkrea hu li qed iġib magħha il-problema fil- popolazzjoni, fl-infrastruttura, fit-traffiku, fl-ippjanar, kif ukoll fil-ħarsien ambjentali. Fuq dawn il-punti, il-Gvern għandu bżonn jieqaf u jaħseb. Wisq aktar meta tara li l-Gvern ma tantx qed ikun sensittiv għall- kritika u qed jirikorri għal deċiżjonijiet li jistgħu jikkonfermaw 'siege mentality.' Illum hija ċara li dawk in-nies li fdaw lill- Partit Laburista fl-2013 u l-elezzjonijiet ta' wara jistgħu jabbundanaw dan il-proġett li fi żmien Joseph Muscat kien imsejjaħ bħala l-moviment. U dan għaliex jista jkun jitilfu t-tama li l-PL kif qiegħed jista' jindirizza l-aspirazzjonijiet tagħhom. Għalissa qegħdin ipparkjati fin-nofs u mhux qed juru fejn iridu jmorru, imma l-pollsters kollha, inkluż Marmara li huwa filolaburista, jaf li dawn hemm ċans kbir li jippruvaw xi ħaġa oħra bħal Alex Borg. Hemm numru ta' deċiżjonijiet li jkomplu jitfgħu pressjoni fuq l-elettorat li huwa diżilluż biex jabbundana lil-Labour. Fuq kollox l-attakk fuq dawk l-affarijiet li huma sagri għalihom. Persuna li ma jivvutax għall-partit tiegħu, qisu vot kontra l-partit tiegħu. Imma d-demokrazija hekk taħdem. Dawk li ma jridux jivvutaw qed jibgħatu messaġġ ċar. Forsi l-iktar kliem sinifikattiv kien dak ta' Jennifer Tabone, persuna li ħadmet fil-Partit Laburista ferm qabel ma deher Robert Abela fil-PL, u ferm qabel ma dehru nies oħra li jagħmluha ta' esperti fuq il- politika. Tabone qalet li ma taqbilx mad- direzzjoni fuq ir-riforma fl-ippjanar. Imma realistikament lanqas kienet taqbel mal-attakki feroċi li jsiru minn persuni malizzjużi bħal Neville Gafa (li issa rriżenja) li dehru kien protetti jew inkella d-dikjarazzjonijiet ta' Keith Schembri li jiġi eżaltat f 'intervista u fuq kollox jargumenta li huwa viċin Robert Abela. Forsi d-deċiżjoni ta' Jennifer Tabone ma tantx tikkuntrasta mad-deċiżjoni li titneħħa Alison Bezzina minn Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali (il-kuntratt tagħha ma ġiex estiż) persuna li forsi tirrappreżenta dik il-faxxa l-ġdida ta' persuni li kienu jemmnu fi proġett politiku u kien ukoll konxji li meta jkun hemm bżonn jikkritikaw. Żewġ nisa, waħda mill-bażi u l-oħra mill-faxxa tan-nofs u t-tnejn ġenwini u skartati. Dawn forsi jirrappreżentaw iż-żewġ profili li għenu l-Labour jirbaħ. Il-Labour irid jiem li l-Partit Laburista huwa madwar idea u mhux persuna. Il-baġit se jindirizza l-inkwiet tan-nies?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025