MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 986 €1.50 IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 TINSIEX TMEXXI S-SIEGĦA LURA DAL-LEJL QLIBNA GĦALL-ĦIN TAX-XITWA INTERVISTA MA' IVAN CASTILLO, ANDY ELLUL, JP FABRI, U JOSEF BUGEJA PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 3 GAFÀ JIRRIŻENJA WARA ATTAKK OMOFOBIKU L-esponent u blogger Neville Gafà, li kien impjegat mal-Uffiċju tal-Prim Ministru, ħabbar li tefa' r-riżenja tiegħu nhar is-Sibt wara li ppubblika artiklu li kien immirat lejn it-tifla ta' Jennifer Tabone, l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nisa Laburisti. Tabone irriżenjajt mill-kariga tagħha fejn stqarret li ma qablitx mad-direzzjoni tal-Partit Laburista b'mod speċjali fil-każ tar-riforma fl-ippjanar. Gafà kien magħruf għal kitbiet kattivi, omfobiċi u kif ukoll misoġnisti tiegħu. Iżda inkredibilment sab xogħol fl- uffiċċju tal-Prim Ministru. L-artiklu ta' Gafà, li tneħħa minn fuq is-sit tiegħu it wara li kien ippubblikat, kien jgħid li "tfal m'għandhomx bżonn ġeneri ġodda imma ġenituri bis-sens komun". Din mhux l-ewwel darba li Gafà attakka lil Tabone, fejn kien qal li għandha "ilsienha velenu u moħħa biex tidher bravu," filwaqt li akkużaha li kienet tipprova tingħoġob ma' Keith Schembri, l-eks Kap tas-Segretarjat ta' Joseph Muscat, wara li kkritikat lil Ian Borg meta innomina lill-President Amerikan Donald Trump għall- Premju Nobel għall-Paċi. Interessanti li l-kritika għall- mossa ta Borg kienet ġejja mingħand Nikita Alamango u mhux minn Tabone. Gafà skuża ruħu fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu fejn qal li dak li kiteb kienet biss l-opinjoni tiegħu u mhux il-pożizzjoni tal-Partit Laburista fuq is-suġġett. Ħafna huma tal-fehma li l-artiklu b'ton dispreġattiv lejn ġenituri LGBTQ rifes fuq il-kallijiet ta' membri tal-PL, inkluż membri tal-kabinett li ma qablux ma dak li kiteb Gafà. Gafà, minkejja li jippreżenta ruħu bħala Laburist akkanit, għandu diversi opinjonijiet li jxeqilbu 'l bogħod minn dawk tal- partit. Aktar kmieni din il-ġimgħa, Gafà inqabad fuq vidjo "inaddaf " il-Monument tal-Assedju l-Kbir mill-uri u x-xemgħat dedikati lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Għemil li hu ddeffenda kontwinament, u wieħed li l-Prim Ministru Robert Abela rriuta li jikkundana nhar l-Erbgħa li għadda meta mistoqsi minn diversi ġurnalisti. Abela wkoll irriuta li jikkundana l-kummenti ta' Gafà rigward il-pożizzjoni li Malta ħadet fuq l-Ukrajna, li hu ddiskrieva bħala "Nażista". Gafà kellu l-kariga ta' koordinatur ta' customer care fl-Uffiċju tal- Prim Ministru taħt is-Segretarjat Parlamentari ta' Andy Ellul, u qabel dan kien jieħu ħsieb il-customer care tal-OPM taħt Joseph Muscat. Sakemm morna għall-istampa ma stajniex nikkonfermaw jekk Neville Gafà hux ħa jibqa joffri s-servizzi tiegħu fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista ġewwa l-Ħamrun. Pazjenti jitkeċċew mill- Poliklinika ta' Birkirkara ftit qabel il-ħin tal-għeluq JAELLE BORG Għadd ta' pazjenti li kienu ilhom jistennew sigħat sħaħ fil- Poliklinika ta' Birkirkara ġew imkeċċija it qabel il-ħin tal- għeluq, minkejja li kienu waslu ferm qabel — xi wħud saħansitra mill-5:00 p.m. Skont diversi xhieda, fosthom omm li marret ma' binha wara li sabet lit- tabib tal-familja mhux disponibbli, il- proċess kien wieħed ta' frustrazzjoni u diżorganizzazzjoni. "Dħalt fis-sitta nieqes kwart, ħadt in-numru, u poġġejt nistenna. Hemmhekk kien hemm madwar għaxar persuni qabli. F'siegħa daru biss tliet numri. Sat-7:55 p.m. waqfu kollox u ħarġet is-security tgħidilna li t-tabib mhux ħa jara iktar nies. Ħafna minna konna ilna tliet sigħat hemm," irrakkuntat din il-mara. Il-Poliklinika ta' Birkirkara Neville Gafà l-enfant terrible, ir-radikali filo Putin, u omofobiku Il-Partit Laburista daħal fl-istess burdata li kellu Gonzi fl-aħħar snin PAĠNA 4

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025