MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum L-Istudji veterinarji: Malta jew barra? Sammy Meilaq favur il-protesta kontra r-riformi l-ippjanar ILENIA DEBONO Is-sena l-oħra 29 studenti applikkaw għall- kors tal-istudji veterinarji offrut mill- MCAST, imma tmienja biss ġew aċċettati. Barra minn hekk, il-Ministeru għall- Edukazzjoni xorta waħda baqa' joffri l-borża tal-istudji magħrufa bħala Veterinary Studies Scholarships Scheme, fejn l-istudenti li jirbħu din il-borża ta' studju fejn il-Ministeru għall- Edukazzjoni kopra parti kbira mill-miżati tat- tagħlim u wkol joffri stipendju sabiex jgħin f 'spejjeż meħtieġa bħala kiri ta' dormitorju, xiri ta' kotba u hekk. Waħda minn dawn l-istudent li rebħet din il-borża hija Nicole Busuttil, li qasmet magħna l-istorja tagħha. Nicole bdiet billi qalet li hi minn dejjem xtaqet issir veterinarju, hekk kif minn dejjem kellha imħabba lejn l-annimali u minn eta' żgħira trabbiet f 'ambjent ta' kompassjoni lejn kull tip ta' annimal. Hi kompliet billi qalet li avolja minn dejjem kellha din il-ħeġġa lejn l-annimali, din il-linja ta' studju mhijiex waħda li faċċli taqbad hekk kif hawn nuqqas ta' konoxxenza fuqa f 'Malta. "Għal din ir-raġuni kelli nfittex lil hinn minn xtutna sabiex insib universita' li toffri dan il-kors," qalet Nicole hekk kif hi bdiet l-istudji tagħha qabel ma' dan il-kors ġiet introdott Malta. Nicole gradwat mill- University of Veterinary Medicine and Pharmacy f 'Kosiče, fl-Islovakja bis-saħħa ta' din il-borża ta' studju, fejn hi qalet li kienet milqugħa b'par idejn miuħa. Hi spjegat il-proċess ta' kif għażlet f 'liem universita' ħa tistudja, fejn kellha tfittex qalb lista ta' universitajiet akredittata mill- European Association Establishments for Veterinary Education skont id-direttiva tal-UE 2005/36/ES. Kienet hemmhekk fejn Nicole sabet l-universita' ta' Kosiče. L-universita' għenietha tagħmel kuntatt ma' żewġ studenti Maltin li kienu qiegħdin jistudjaw fl-istess universita', li qasmu magħha l-esperjenzi tagħhom li iżjed ħeġġieġa tapplikka għal din l-universita'. Madankollu, hi qalet li kieku dan il- kors ġie introdott f 'Malta qabel hi kellha tagħżel li tmur barra għall-istudji tagħha, kienet tagħżel li tibqa Malta. Nicole tenniet li l-firda minn mal-familja u l-ħbieb kienet l-ikbar ostakklu fil-vjaġġ tagħha, u imnalla li għamlet konnessjonijiet ġodda l-Islovakja li għenu tagħmel kuraġġ sabiex tilħaq ix-xewqa tagħha. Il-mira ta' Nicole minn dejjem kienet li tirritorna lura lejn Malta wara li tigradwa. "Dan minħabba ħafna raġunijiet imma l-iktar għaliex Malta għandha komunita' kbira ta' nies li jħobbu l-animali, u hawn ħtieġa kbira għal veterinarji dedikati," hi qasmet. Dan ma jfissirx li hi qed teskludi li tmur barra minn Malta għal xi opportunita' ta' tagħlim jew taħriġ li jista' jservi ta' aġġornament għall- ħiliet u għerf tagħha għall-pazjenti tagħha. Hi għamlet paragun bejn l-esperjenza tagħha bħala studenta b'Malta u studenta f 'Kosiče, fejn qalet li t-tnejn għandhom aspetti uniċi li ma sabietx fil-banda l-oħra. "L-universita' kienet tiffoka l-aktar fuq studju ta' annimali, b'hekk ġewwa l-universita' stess hemm klinika taż-żwiemel, klinika tal- bovini u ovini, oħra ta' annimali esotiċi u sptar tal-klieb u l-qtates. Apparti dawn il-kliniki, l-universita' kellha wkoll razzett bil-baqar ġewwa raħal viċin tal-belt, fejm bħala studenti tgħallimna kif jaħdem razzett tal-produzzjoni tal-ħalib, u konna ukoll esposti għax-xogħol ta' veterinarju f 'dan il-qasam b'mod regolari. L-universita' stess kellha wkoll diversi għaqdiet differenti li joffru l-opportunita' lil lis-studenti biex isiru membri magħhom sabiex joffru l-għajnuna tagħhom b'mod volontarju kif ukoll iżidu l-esperjenza fil- qasam. Dawn l-ghaqdiet kienu diversi u fosthom kien hemm 'falconry club', 'rabbit club', 'cynology club' u bosta aktar." Minbarra l-għerf veterinarju, Nicole taqsam ukoll l-esperjenza tagħha fl-istudji tagħha barra minn xtutna sabiex tħeġġeġ iżjed studenti jistudjaw barra. Hi stess sabet ħafna appoġġ matul is-snin u tixtieq li tgħaddi dan l-appoġġ u l-opportunita' lil studenti oħra. Nicole għalqet b'messaġġ ta' kuraġġ għal kull student li qed jaspira jistudja barra minn Malta, "L-istudju barra minn Malta huwa esperjenza li m'hu ha ninsa qatt, għini nizviluppa mhux biss il-karriera tiegħi, iżda wkoll il-karattru tiegħi sabiex inkun soda aktar f 'wiċċ il-kritika, indipendenti u nżomm sodha mal-valuri li nemmen fihom." Żagħżugħa gradwata fl- istudji veterinarji minn barra minn xtutna taqsam l-istorja tagħha festivals.mt/ttp the three palaces 27 October – 2 November 2025 L-eks uffiċjal tal-General Workers' Union, Sammy Meilaq, ta l-approvazzjoni tiegħu għall-protesta kontra r-riforma tal- ippjanar tal-gvern, li mistennija ssir fil- jum tal-baġit quddiem il-parlament. Meilaq qal li ċ-ċittadini ordinarji għandhom bżonn protezzjoni mill- "gangsters" tal-industrija tal-kostruzzjoni, u insista li r-riformi proposti huma kollox ħlief dan. "Dawn huma l-gangsters li qed jikkawżaw terremoti għaċ-ċittadini ordinarji; jinjoraw il-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà, ma jinteressahomx mill-ambjent, u jagħmlu dan f 'isem l-gola," qal Meilaq f 'messaġġ vidjo rrekordjat. Huwa semma s-seba' każijiet minn mindu bdiet is-sena 2019 fejn l-attività tal-kostruzzjoni kkawżat it- twaqqigħ ta' bini ġirien. "Dawn mhumiex sempliċement inċidenti; dawn huma r-riżultat ta' nuqqas ta' regolamentazzjoni u ta' infurzar," qal Meilaq. Huwa appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex jarmi ż-żewġ abbozzi ta' liġi dwar l-ippjanar li bħalissa jinsabu quddiem il-parlament, u minflok jipproponi protezzjonijiet aħjar għaċ-ċittadini. Koalizzjoni ta' gruppi ambjentali li ssejjaħ lilha nfisha Ġustizzja għal Artna se torganizza protesta nhar it-Tnejn quddiem il-parlament, waqt li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jippreżenta l-baġit għas- sena d-dieħla. Sammy Meilaq Nicoe Busuttil (fuq) tipprattika l-qtugh tad- dwiefer ta nagħġa waqt il kors

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025