MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 Għadd ta' pazjenti f'Birkirkara qattgħu sigħat jistennew biex jaraw tabib fil-Poliklinika, iżda ftit qabel il-ħin tal-għeluq ġew mitluba jitilqu IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Pazjent ieħor fuq il-post ikkonferma dan. Dustin Frendo, qal fuq il-midja soċjali li kien wasal fil-5:05 p.m. u kellu n-numru 107, meta dak il-ħin kienu għadhom waslu biss fin- numru 83. "Fit-7:55 pm. ħarġet is-security u qaltilna li t-tabib mhux se jara iktar nies, tistgħu tmorru. Imma jien kont ilni aktar minn tliet sigħat hemm. Il-biljett tiegħi juri li dħalt fil-5:05," kiteb Frendo. Skont il-pazjenti, ħadd mill- uffiċjali fuq id-desk ma informa lil dawk li kienu diġà rreġistrati li setgħu ma jinqdewx. "M'iniex se nilmenta jekk nidħol fit-7:45 p.m. u l-klinika tagħlaq fit-8:00 p.m." qalet il-mara. "Imma meta tmur fil-5:30 jew fis-6:00, u wara tliet sigħat jgħidulek biex titlaq, dak mhux servizz. Dak nuqqas ta' rispett u ta' sens komun." Il-Poliklinika ta' Birkirkara topera skont il-ħinijiet uffiċjali tal-Primary HealthCare — mit- 8:00 am sat-8:00 pm madwar il-ġimgħa. Iżda l-każ iqajjem mistoqsijiet serji, u jekk hux qed tittieħed azzjoni biex jiġi evitat li nies li jkunu ilhom jistennew għal sigħat sħaħ jispiċċaw jintbagħtu lura d-dar mingħajr ma jarahom tabib Il-Ministeru jgħid li hemm proċedura stabbilita għal dawn is-sitwazzjonijiet Mistoqsi min din il-gazzetta dwar is-sitwazzjoni, kelliem għall-Ministru għas-Saħħa spjega li każijiet bħal dawn huma koperti minn Standard Operating Procedure (SOP) li tiddeskrivi kif għandu jiġi mmaniġġjat il-proċess ta' għeluq tal-Health Centres filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa. "Kif timu, kliniċisti li jispiċċaw ix-xogħol fit-8pm ma jistgħux ikomplu jaraw pazjenti sa tard bil-lejl, minħabba raġunijiet prattiċi bħall-fatt li l-persunal ta' sostenn ukoll itemmu x-xi tagħhom," qal. "L-SOP tgħid li l-iktar tabib anzjan flimkien mal-uffiċjal tas-sigurtà u l-impjegati tar- reception għandhom josservaw in-numru ta' reġistrazzjonijiet, u meta dan jaqbeż dak li jista' jkun realistiku li jinqeda sal- għeluq, lil dawk li jirreġistraw wara jiġu infurmati li hemm ċans li ma jarawhomx u jiġu mħeġġa jmorru fiċ-Ċentri tas-Saħħa li jaħdmu 24 siegħa — f 'dan il-każ, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta." Il-kelliem ammetta li s-sistema mhix perfetta, iżda "tipprova ttaffi d-diżappunt billi tevita stennija bla bżonn għal min x'aktarx ma jkunx jista' jara tabib qabel il-ħin tal-għeluq." Madankollu, għadd ta' pazjenti sostnew li ħadd ma kien ġie avżat minn qabel dwar din il- proċedura jew dwar il-possibbiltà li ma jarawhomx. 'Tliet sigħat nistenna għalxejn' Fleur Abela se tieħu post Alison Bezzina bħala Kummissarju għall-Annimali ILENIA DEBONO Il-kuntratt ta' Alison Bezzina bħala Kummissarju għall- Annimali mhux se jiġġedded. Minflokha, Fleur Abela se tieħu dan l-irwol. Hija avukat li taħdem fil-qasam ċivili, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-familja, u hija t-tifla ta' Toni Abela. Il-ministeru ħabbar dan nhar il-Ħamis filgħaxija, irringrazzja lil Bezzina għal xogħolha, u awgura lil Abela l-aħjar fil-kariga l-ġdida tagħha. Bezzina, li kienet fil-kariga mill-2020, kisbet reputazzjoni bħala vuċi favur id-drittijiet tal-annimali — xi drabi anki b'pożizzjonijiet li ma kinux jaqblu ma' dawk tal-Gvern fuq ċerti kwistjonijiet. Bezzina qalet li ma ngħatatx raġuni għaliex il-kuntratt tagħha ma ġiex imġedded. Bezzina qalet li ngħatat sa tmiem ix-xahar, iżda qalet lil din il-gazzetta li ma tafx min se jkun is-suċċessur il-ġdid tagħha, u għalhekk ma tistax twettaq proċess ta' tranżizzjoni. "Nawgura lill-werriet tiegħi l-aħjar xorti. Irrid ukoll nassigura lin-nies li jien se nkompli naħdem fis-settur bħala attivista tal-annimali bħalma kont qabel," qalet. Fleur Abela (xellug) ġiet maħtura Kummissarju għall-Annimali minflok Alison Bezzina (lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 October 2025