Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706
F'karriera twila f 'Hollywood ta' kważi 33 sena kien f 'żewġ films biss bħala l-protagonist — Man Of e People (1937) u Tough Guy (1936) flimkien mat-tfajjel Jackie Cooper. F'Tough Guy xtaq ikanta żewġ strofi minn kanzunetta folkloristika Maltija, però l-M.G.M. beżgħu minħabba d-drittijiet. Hu aċċertahom li f 'Malta f 'dak iż-żmien ma kinux jeżistu drittijiet u b'hekk ċedew. Fl-1941 Joseph Calleia sar ċittadin Amerikan. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija għamel ħafna xogħol f 'organizzazzjonijiet Amerikani b'risq Malta. Id-dar fejn kien joqgħod iġġarrfet fl-1942 b'bomba iżda l-familja tiegħu kienu jistkennu fil-katakombi. Il-films kollha ta' dan l-attur kienu jinkludu: 1931 – My Sin; His Woman; 1932 – e Divorce Racket (dan il-film mitluf); 1935 – Public Hero No: 1; 1936 – Riffraff; Exclusive Story; Tough Guy; Robin Hood Of El Dorado (Calleia kiteb biss l-istorja); His Brother's Wife; Sworn Enemy; Sinner Takes All; Aer e in Man; 1937 – Man Of e People; e Bad Men Of Brimstone; 1938 – Algiers; Marie Antoinette; 1939 – Juarez; e Gorilla; Five Came Back; Full Confession; 1940 – My Little Chickadee; Wyoming; 1941 – e Monster And e Girl; Sundown; 1942 – e Jungle Book; e Glass Key; 1943 – For Whom e Bell Tolls; e Cross Of Lorraine; e Conspirators; 1946 – Deadline At Dawn; Gilda; 1947 – e Beginning Or e End; Lured; 1948 – e Noose Hangs High; Four Faces West; Noose (U.K.); 1950 – Capt. Carey U.S.A. (U.K. Aer Midnight); e Palomino; Branded; Vendetta; 1951 – Valentino; e Light Touch; 1952 – When In Rome; Yankee Buccaneer; e Iron Mistress; 1953 – e Caddy; 1954 – Underwater! e Treasure Of Pancho Villa; e Little Outlaw; 1956 – Hot Blood; Serenade; 1957 – Wild Is e Wind; 1958 – Touch Of Evil; e Light In e Forest; 1959 – Cry Tough; 1960 – e Alamo; 1963 – Johnny Cool (guest). Wara, Calleia ħass li għandu jirtira u reġa' lura Malta fl-1963 fejn mar joqgħod fi Triq l-Imrabat, Tas-Sliema. Martu, Eleanor Calleia mietet hemm fl-1967. Kienu ilhom miżżewġin sa mill-1929. F'Hollywood imlaqqma l-belt tad- dnub qatt ma ntefa' xi dell ikrah fuqu. Minkejja li kien aktarx attur stmat bħala character actor, ġeneralment f 'partijiet sekondarji, il-produtturi ta' Hollywood kienu konxji sewwa mit-talent tiegħu u għażluh ġo diversi films li l-protagonisti tagħhom kienu atturi (nisa u rġiel) ta' kalibru u fama mondjali. Fost l-atturi rġiel famużi li dan il-kompatrijott Malti ħadem magħhom, insibu lil Frederic March, Gary Cooper (aktar minn darba), Lionel Barrymore, Spencer Tracy, Robert Taylor, William Powell, Wallace Beery, Charles Boyer, Tyrone Power, Paul Muni, Bela Lugosi, Adolph Menjou, W. C. Fields, Errol Flynn, George Sanders, Sabu, Alan Ladd (aktar minn darba), Gene Kelly, Paul Henreid, Peter Lorre, Glenn Ford, Boris Karloff, Abbott & Costello, Joel McCrea, Stewart Granger, Van Johnson, Jeff Chandler, Dean Martin u Jerry Lewis, Gilbert Roland (aktar minn darba), Rory Calhoun, Pedro Armandariz, Cornel Wilde, Mario Lanza, Vincent Price, Anthony Quinn, Charlton Heston, Orson Welles, Fess Parker, John Saxon, John Wayne, u Henry Silva. Daqshekk formidabbli kienet id-dehra tiegħu mal-aktar nisa stmati u sbieħ bħal Claudette Colbert, Jean Arthur, Jean Harlow, Barbara Stanwyck, Myrna Loy, Hedy Lamarr, Norma Shearer, Bette Davis, Mae West, Veronica Lake, Ingrid Bergman, Susan Hayward, Rita Hayworth, Lucille Ball, Mona Freeman, Faith Domergue, Eleanor Parker, Pier Angeli, Virginia Mayo, Jane Russell (aktar minn darba), Shelley Winters, Joan Fontaine, Anna Magnani, Janet Leigh, Marlene Dietrich, Zsa Zsa Gabor, Linda Crystal (aktar minn darba). u oħrajn. Fl-1938 Joseph Calleia rċieva l-unur tan-National Board Of Review għall-interpretazzjoni tiegħu bħala l-Ispettur Slimane f 'Algiers. L-awtorità tal-posta ta' Malta, wara mewtu, onorawh b'sett ta' żewġ bolli kommemorattivi fl-1997. Fl-2005 fuq is-Saqqajja fid-dar fejn twieled tpoġġa bust tiegħu xogħol l-iskultur Anton Agius. Fiż-żmien meta kien irtirat irċieva invit mingħand il-magħruf Direttur Francis Ford Coppola biex jinterpreta l-parti prinċipali tal- Parrinu f 'e Godfather (1972), imma minħabba saħħtu kellu jirriuta. Il-parti marret għand Marlon Brando li reġa' rxoxta l-karriera tiegħu. Min jaf forsi kif il-profil ta' dan l-attur Malti kien jirranka 'l fuq bil-kbir! Għalkemm ma rajtx il-films kollha tiegħu, dawn huma l-aktar ħamsa li nippreferi: TOUCH OF EVIL (1958). Direttur Orson Welles. Uffiċjal Messikan tal-pulizija u martu jkunu l-mira f 'belt fil-fruntiera ta' Texas minn familja mauża li hu jrid jinkrimina minħabba t-traffikar tad-drogi. Il-pulizija jibda jinkwieta bit-tattiċi dubjużi tal-investigatur lokali li għandu bżonn l-għajnuna tiegħu. B'kast formidabbli ta' atturi verament rinomati bħal Charlton Heston (il-pulizija Messikan) u Janet Leigh (martu), il-korrott Orson Welles (l-investigatur Amerikan) u l-assistent fidil tiegħu, is-Surġent Pete Menzies (Calleia). Il- kompatrijott tagħna tassew jibbrilla kontra dan it-talent kollu u fl-aħħar jiddeċiedi li għandu jittradih lis- superjur tiegħu Quinlan (Welles) li tant kien jibża' minnu. Jaħdmu wkoll Marlene Dietrich u Zsa Zsa Gabor. Id-Direttur Welles, wara ħafna snin baqa' jiakar kemm kien impressjonah Joseph Calleia fuq il- palk u baqa' jinsisti mad-diriġenti tal-kumpanija Universal Pictures li jrid lilu fil-parti tal-assistent tiegħu. 14 films IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Joseph Calleia — karriera produttiva u twila f'Hollywood IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Algiers My Little Chicadee

