Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540706
Eks Segretarju Ġenerali tal-PN MICHAEL PICCININO opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' OTTUBRU 2025 09 "Jien nemmen li l-poplu tagħna jistenna klassi politika li tħoss, li tisma', u li tifhem il-ġlidiet ta' kuljum tal- familji tagħna, tal-ħaddiema, taż-żgħażagħ u tal-pensjonanti " "Meta Alex Borg qam jitkellem fil-Parlament, għamel dak li suppost jagħmel politiku serju: iddefenda lill-poplu Malti u Għawdxi" I l-Parlament għandu jkun il-post fejn jiġi diskuss kif se ngħinu lin-nies ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar, kif se noffru soluzzjonijiet għall-problemi li qed jaffaċċ- jaw in-nies. Din il-ġimgħa rajna eżattament l-oppost meta l-Gvern ħela l-ħin tal-Parlament biex minflok joffri soluzzjoni- jiet għall-problemi tan-nies, ħela seduta parlamentari biex jattakka l-Oppożizzjoni. Il-mozzjoni li kienet diskussa nhar l-Erbgħa ma tindirizzax l-għoli tal-ħajja, il-problema tat-traffiku, jew it-tħassib kbir dwar kif il-pajjiż qed jinqata' mill-għeruq tiegħu u qed jitlef l-ambjent tiegħu ta' kuljum. Le. Din hi mozzjoni li hi frott il-paniku li qiegħed fih il- Gvern immexxi minn Robert Abela, flok toffri soluzzjonijiet lin-nies, tipprova tinfexx f 'attakk partiġjan kontra l-Oppożizzjoni. Meta l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qam jitkellem fil-Parlament, għamel dak li suppost jagħmel politiku serju: iddefenda lill-poplu Malti u Għawdxi minn gideb u manipulazzjoni, u fakkar li Malta ma tistax tibqa' tinqabad f 'ċirku ta' firda u attakki. Huwa fakkar fil-verità sempliċi li għandha tgħaqqad lil kull min jinsab fil-Parlament: li l-ħin ta' kull seduta hu tal-poplu. Il-poplu tagħna qed jaffaċċja kriżi reali fil-kwalità tal-ħajja. Il-prezzijiet telgħu, it-traffiku sar insapportabbli, il-pajjiż qed jitħassar bi żvilupp bla rażan, u l-ambjent tagħna qed jintilef ta' kuljum. Il-ħajja qed issir diffiċli għal ħafna familji. L-għoli tal- ħajja mhux numru fuq karta; hu tħassib ta' kuljum. Huwa ġenitur li jgħodd l-ewro biex iħallas il-kera, hu pensjonant li qed jara l-kontijiet jitilgħu, hu żagħżugħ li ma jistax jixtri dar. U minflok nitkellmu fuq dawn l-affarijiet, il-Gvern qed jiddibatti mozzjoni biex jiddefendi lilu nnifsu għax jinsab dahru mal-ħajt. Mill-banda l-oħra, fil- Parlament, Borg tkellem b'serjetà dwar x'verament qed jaffettwa lill-Maltin u l-Għawdxin. Tkellem fuq l-għoli tal-ħajja, il-mudell ekonomiku ta' pajjiżna u n-nuqqas ta' pjan li għandu l-Gvern għall- popolazzjoni, l-ambjent, it- traffiku, il-ħolqien tal-impjiegi, u ħafna affarijiet oħra li qed jaffettwaw lin-nies. Din hi d-differenza bejn min irid joffri soluzzjonijiet u min irid jgħaddi l-ġurnata jattakka lil ħaddieħor. Jien nemmen li l-poplu tagħna jistenna klassi politika li tħoss, li tisma', u li tifhem il-ġlidiet ta' kuljum tal-familji tagħna, tal-ħaddiema, taż- żgħażagħ u tal-pensjonanti. Il-Maltin u l-Għawdxin jixirqilhom Gvern li jiffoka fuqhom, mhux fuq il-polemika. Il-problemi huma magħrufa u huma urġenti. Il-ħin tal- Parlament għandu jintuża biex niddiskutu: * Kif ngħinu lin-nies jegħlbu l-għoli tal-ħajja, billi nsaħħu l-pagi, nindirizzaw l-ispiża tal- enerġija u niżguraw li ħadd ma jibqa' lura. * Kif insolvu l-kaos tat- traffiku, billi noħolqu sistema ta' trasport pubbliku effiċjenti u sostenibbli li tnaqqas il- karozzi mit-toroq u tirrispetta l-ambjent. * Kif inlaħħqu mal- pressjoni tal-popolazzjoni fuq l-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi, biex il-kwalità tal-ħajja ma tkomplix tonqos. * Kif inħarsu l-ambjent naturali u l-wirt storiku tagħna, mhux bil-kelmiet, imma bil- miżuri. Dawn huma l-veri prijoritajiet. U meta Gvern jinjora dawn, ikun juri li tilef il-konnessjoni man-nies. Alex Borg kellu raġun meta qal li Malta hi tal-Maltin u l-Għawdxin u mhux ta' Gvern li sempliċement jaħseb li jista' jagħmel li jrid. Dan mhux kliem vojt; hu tfakkira f 'dak li tfisser politika responsabbli. Għax Gvern li jħobb lil pajjiżu ma jħallix il-Parlament isir arena ta' propaganda. Il-poplu jistenna diskussjoni serja u soluzzjonijiet konkreti. Il-poplu jistenna li l-Parlament jitkellem fuq dak li qed jgħix hu, mhux fuq dak li jweġġa' lill-Gvern. Jien nemmen li l-politika għandha tkun dwar il-ġid komuni. Għandha tkun dwar kif nistgħu nħallu pajjiż aħjar għal uliedna, mhux dwar min jista' jgħid l-aħħar kelma. Għandna bżonn iktar serjetà, iktar umiltà, u iktar rieda tajba. Kif qal Alex Borg waqt is- seduta, Malta għandha bżonn politiċi ta' soluzzjoni, mhux politiċi ta' pika. Politiċi li jħossu, mhux li jħossuhom. U dan għandu jibda minn fejn suppost, mill-Parlament. Għax il-ħin tal-Parlament hu taċ- ċittadini, u meta jintuża biex jinkisbu punti politiċi, inkunu qed nisirquh minnhom. Il-Gvern għandu jiftakar li l-ħin fil-Parlament mhux tiegħu. Hu ħin tal-poplu, u għandu jintuża biex jindirizza l-bżonnijiet tan-nies u joffri soluzzjonijiet għall-problemi tagħhom. Għalhekk, meta l-Oppożizzjoni tkellem b'vuċi waħda biex tfakkar f 'dan, ma kinitx qed tiddefendi lilha nfisha, kienet qed tiddefendi lil Malta. Jekk irridu verament nimxu 'l quddiem bħala pajjiż, irridu nibdew minn hemm: li naraw li nagħmlu politika li tgħaqqad u li tħares lejn il-ġid komuni. Għax il-poplu se jiġġudikana dwar kemm naħdmu għalih, mhux kemm nitkellmu fuqu. Il-Gvern għandu juża l-ħin tal-Parlament biex jindirizza l-bżonnijiet tan-nies u joffri soluzzjonijiet għal problemi tagħhom

