Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
02 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum MOTOR LOANS SKIP TO THE GOOD PART All loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from the Bank. The term of the loan must not go beyond re rement age. Issued by Bank of Valle a p.l.c. 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valle a VLT 1130. Bank of Valle a p.l.c. is regulated by the MFSA and licensed to carry out the business of banking in terms of the Banking Act (Cap. 371 of the Laws of Malta). bov.com/motorloans Your Future Ride Today CONTACT US 'L-isem "tal-Knisja" għandu jimplika kriterji ta' fidi ' IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Ħafna ġenituri esprimew rabja, jgħidu li l-isem "tal-Knisja" għandu jimplika kriterji ta' fidi. "Inti tibgħat lit-tfal fi skola tal-Knisja għax forsi trid li jitrabbew fil- valuri Kattoliċi, u mhux f 'ambjent imħallat," kitbu. "Jekk issa qed jaċċettaw lil kulħadd, allura x'inhi d-differenza bejn skola tal-Knisja u waħda tal-Gvern?" Ġenitur ieħor semma l-inkonsistenza li, fl-applikazzjoni, il-ġenituri Kattoliċi jkollhom iġibu ċertifikat tal-Magħmudija, filwaqt li tfal minn reliġjonijiet oħra jidħlu mingħajr dan ir- rekwiżit. "Din hi diskriminazzjoni bil-maqlub," qal wieħed. "Jew nittrattaw lil kulħadd bl-istess mod, jew inkella ma nsejħulhomx 'skejjel tal-Knisja'." Il-paragun mal-iskejjel Musulmani Bosta kummenti għamlu dan il-paragun: "Ejja naraw jekk aħna l-Kattoliċi nistgħux nibagħtu lil uliedna fi skola Musulmana," qal wieħed b'ton sarkastiku. "Taqbdux tgħidu li d-dinja trid tkun miuħa għar-reliġjonijiet kollha, għax kulħadd jaf li hemmhekk ma jiġix aċċettat kulħadd sakemm ma tkunx Musulman." Din il-fehma tirrifletti sentiment komuni fost ħafna Maltin: li l-iskejjel tal-Knisja għandhom ikunu l-aħħar bastjun tal-identità Nisranija f 'pajjiż li qed isir dejjem aktar sekulari u multikulturali. Wieħed jaf jistaqsi u jgħid li ma nistgħux nibqgħu nċedu fuq kollox f 'isem il-politika tal- 'inklużjoni'. U forsi llum jitneħħa ċ-ċertifikat tal-Magħmudija, għada jitneħħa s-salib … fejn se jwassal dan kollu? Il-lezzjonijiet tar-reliġjon — għal min huma? Il-mistoqsija li qajmet ħafna diskussjoni kienet dwar x'jiġri waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon. "Dawn it-tfal mhux Kattoliċi x'jitgħallmu? Jitgħallmu dwar Kristu bħat-tfal l-oħra, jew jagħtuhom xi klassi separata?" staqsa ġenitur wieħed. "U jekk jagħtuhom lezzjonijiet ta' reliġjonijiet oħra, allura kif jista' jkun li dan iseħħ f 'ambjent Kattoliku?" Ħafna kummenti semmew ukoll il-fattur finanzjarju. "Kollox sar flus," qal ġenitur. "Ħafna mill- iskejjel tal-Knisja m'għadhomx jaraw lil min qed jidħol bħala parti mill-komunità reliġjuża, imma bħala numru li jħallas jew jimla postijiet. Din hi l-verità kerha." Xi wħud fakkru li diġà kien hemm dibattiti simili meta xi snin ilu kien hemm min ippropona li jitneħħa s-salib mill-klassijiet tal-iskejjel statali. "Dak iż-żmien il-poplu rreaġixxa. Issa jidher li l-istess istituzzjonijiet li darba ddefendew is-simboli tagħna, qed iċedu mill-istess prinċipji tagħhom." X'inhi t-tifsira ta' "skola tal- Knisja" llum? Jekk skola tal-Knisja ma tibqax tagħti prijorità lill-fidi Kattolika, ma tibqax titlob il-Magħmudija, u ma tagħmilx differenza bejn Kattoliku u mhux Kattoliku — allura għal ħafna, il-kelma "tal- Knisja" saret biss titlu formali, mhux spiritwali. Forsi wasal iż-żmien li l-Knisja f 'Malta tagħti risposta ċara: trid tibqa' l-għajn tal-edukazzjoni Nisranija tradizzjonali, jew issir parti minn sistema sekulari fejn il-fidi hija biss għażla fakultattiva? S'issa, il-ġenituri jħossu li l-mistoqsija baqgħet mingħajr tweġiba. Is-Sacred Heart College f 'San Ġiljan jaċċetta biss Nsara u Kristjani

