MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 Imnissla minn passjoni personali u mill- esperjenza tiegħu stess bl-ADHD, Matt Cassar qed joħloq rivoluzzjoni fid-dinja tal- energy drinks JAELLE BORG Fid-dinja mgħaġġla tal-lum, fejn l-enerġija saret xi ħaġa li tinxtorob malajr f 'ġurnata mimlija impenji, prodott ġdid qed jitfa' dawl fuq kif nistgħu nżommu l-fokus u l-vitalità tagħna b'mod aktar b'saħħithom. MEYN Energy, il-ħolma ta' Matt Cassar, mhuwiex sempliċi energy drink bħall-oħrajn. Huwa t-taħlita perfetta bejn saħħa, sostenibbiltà u innovazzjoni naturali — u fuq kollox, proġett b'qalb. Meta staqsejna lil Matt x'jagħmel lil MEYN differenti minn dak li hemm fis-suq, weġibna b'ċarezza: "MEYN hija ħafna iktar b'saħħitha mill-energy drinks tradizzjonali. Ma fiha l-ebda zokkor miżjud, l-ebda kulur jew preservattiv artifiċjali. Aħna nużaw biss fruit boost, ingredjenti naturali li jagħtu enerġija b'mod ġenwin — bħal kafeina naturali, ginseng, u maca root. Barra minn hekk, ix-xarba tagħna mhix karbonata, u kull ingredjent għandu l-benefiċċju tiegħu. Il-bidu kien sempliċi. "Bdejt nagħmel din ix-xarba fil-kċina tiegħi," jgħid Matt. "Kont inħallat il-kafeina ma' juice tal-frott, u ħadmet! Imbagħad bdejt infittex aktar ingredjenti naturali — roots u ħwawar aromatiċi li jipproduċu enerġija nadifa. Wara ħafna provi, wasalt għall-aħjar formula li toffri l-itjeb forma ta' enerġija." Matt, li jgħix bil-kundizzjoni tal-ADHD, jgħid li l-idea bdiet mill-ħtieġa tiegħu li jsib mod aktar b'saħħtu kif iżomm lilu nnifsu ffukat. "Għal nies bħali, stimulanti bħal kafeina jgħinu biex tikkalma, il- kontra ta' kif jaħdmu fuq ħaddieħor. Imma ridt xi ħaġa li ma tkunx ħażina għas-saħħa — għalhekk ħlomt b'xarba li tagħmel tajjeb lill- ġisem u lill-moħħ. It-taħlita mal- frott ġiet b'mod naturali — ridtha wkoll b'togħma tajba!" Il-marka timmira għal kull min għandu ħajja b'pass magħġġel. "Għandna diversi gruppi," jispjega Cassar. "Dawk li jixorbu energy drinks ta' spiss. Imbagħad, nies b'ħajja intensa — studenti, tobba, pulizija, ħaddiema ta' sigħat twal. U ovvjament, atleti. Il-messaġġ tagħna hu 'Fuel Your Purpose' — kulħadd għandu l-iskop tiegħu, u MEYN trid tgħin lin-nies jilħqu l-aħjar verżjoni tagħhom infushom." MEYN tagħti prijorità assoluta lis-sigurtà u s-sostenibbiltà. "Kienet għażla konxja li nipproduċu kollox fl-Ewropa," jgħid Matt. "Kellna opportunità li nipproduċu barra mill-Ewropa għal prezz irħis, imma ridna l-ogħla standards ta' kwalità u rispett lejn l-ambjent. Għalhekk għażilna fabbrika fl-Awstrija. Aktar 'il quddiem irridu mmorru għal ippakkjar saħansitra aktar sostenibbli." MEYN mhix biss dwar xarba — hija moviment b'valuri soċjali. Il-marka diġà qed taħdem ma' ADHD Malta, fejn parti mill-fondi tal-kampanja ta' crowdfunding marret direttament biex tappoġġja lill-organizzazzjoni. "Dan hu importanti ħafna għalija personalment," jgħid Cassar. "Qiegħed ukoll nikteb PhD dwar kif in-nies b'ADHD jistgħu jidħlu aktar fid-dinja tan-negozju. Barra minn hekk, irridu naħdmu ma' organizzazzjonijiet bħall-KSU biex noffru alternattiva aktar b'saħħitha lill-istudenti." Kif qed tattira ż-żgħażagħ u konsumaturi ġodda "Bħalissa qed nafdaw ħafna fuq il-word of mouth — in-nies li jippruvawha u jitkellmu dwarha. Qegħdin ukoll nisponsorjaw timijiet sportivi u naħdmu ma' organizzazzjonijiet lokali, speċjalment fl-Università ta' Malta. Irridu li MEYN tkun parti minn komunità li tgħix b'passjoni." Meta staqsejnieh x'jissuġġerixxi liż-żgħażagħ li jixtiequ jsegwu triq imprenditorjali, Matt wieġeb b'onestà: "Kull persuna tgħaddi minn proċess differenti. L-ewwel trid tkun taf x'inhuma s-saħħiet u d-dgħufijiet tiegħek. Ma tistax tibni kollox waħdek — jien, pereżempju, ma tantx niem fl- amministrazzjoni u l-accounts, allura l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li ħaddimt accountant. Trid tagħraf fiex tħossok tajjeb u fiex tħossok dgħajjef, u fejn ikun hemm bżonn titlob l-għajnuna m'hemmx għalfejn tiddejjaq taċċettaha." MEYN Energy u l-viżjoni naturali ta' Matt Cassar Clint Camilleri ma nfurmax lill-Kummissjoni Ewropea li kien se jħabbar deroga fuq l-insib Matt, li jgħix bil-kundizzjoni tal-ADHD, jgħid li l-idea bdiet mill-ħtieġa tiegħu li jsib mod aktar b'saħħtu kif iżomm lilu nnifsu ffukat JAELLE BORG Il-Ministru Clint Camilleri ħabbar deroga ġdida biex jippermetti l-insib ta' għasafar żgħar jumejn biss wara li ltaqa' mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Jessika Roswall, biex jiddiskuti t-tilwima kontinwa ta' Malta mal-UE dwar il-permess għall-insib. Id-deroga l-ġdida ma ġietx diskussa waqt il-laqgħa, u l-Kummissjoni saret taf biha biss permezz tar-rapporti fil-midja. Dan ħareġ minn ittra mibgħuta lill-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife, Mark Sultana, minn uffiċjal anzjan tal-Kummissjoni f 'isem il- Kummissarju Roswall. Camilleri ltaqa' ma' Roswall fil-15 ta' Ottubru. Roswall talbet lill-ministru aktar informazzjoni dwar kif Malta bi ħsiebha timplimenta bis-sħiħ is- sentenza tal-Qorti Ewropea tal- Ġustizzja fil-każ C-23/23, li kienet diġà kkundannat lil Malta dwar l-insib fl-2018. Il-Kummissjoni żiedet li l-ittra ta' notifika formali mibgħuta lil Malta fi Frar 2025 tibqa' fis-seħħ, u li jekk il-gvern jonqos milli jirrispetta l-liġi tal-UE, tista' tittieħed azzjoni legali oħra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. "Konferma ċara li d-deroga ma ġietx approvata" BirdLife Malta laqgħet l-ittra bħala "konferma ċara" li l-Kummissjoni ma approvatx id-deroga tal- gvern, li l-NGO tiddeskrivi bħala "maskra għal prattika illegali diġà kkundannata mill-Qorti Ewropea". L-organizzazzjoni qalet li d-deroga ta' "riċerka" hija biss skuża biex tkompli l-prattika tal-qbid tal- għasafar, minkejja li l-Qorti ordnat li tieqaf. Skont BirdLife, din is-sena ġew awtorizzati 2,932 siti għall- insib tal-għasafar tal-għana u 1,641 oħra għall-Golden Plover u Song rush – żieda ta' 177 fuq is-sena li għaddiet. L-NGO qalet li l-evidenza turi kif ħafna nassaba jżommu l-għasafar f 'gaġeġ, minkejja l-pretensjoni li dawn jinqabdu għal "skopijiet xjentifiċi". Il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta, Mark Sultana, qal lil din il- gazzetta li "jekk il-gvern se jkompli jagħmel ideat politiċi – biss għal voti – mela l-gvern se jkompli jisfida. Jekk nibqgħu sejrin hekk, nistgħu nehlu multi bħala pajjiż. Diġà qed naħlu ħafna flus biex niddefendu d-derogi li għandna – ma hemmx aktar flus x'jinħlew." FKNK: "Deroga legali u bbażata fuq tradizzjoni soċjo- kulturali" Minn naħa l-oħra, il-President tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK), Lucas Micallef, qal li d-deroga ta' Malta hija bbażata fuq prinċipji legali validi skont id-Direttiva Ewropea dwar l-Għasafar. "Deroga hija dritt li kull Stat Membru jista' japplika għalih jekk jissodisfa ċerti kundizzjonijiet, u Malta għamlet dan b'mod trasparenti u fuq bażi xjentifika," sostna Micallef. "Aħna nemmnu li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ma tqisx biżżejjed il-fatt li l-insib f 'Malta huwa wirt kulturali uniku, li jsir taħt kontroll strett u taħt sistema ta' catch-and-release, fejn l-għasafar jinqabdu, jiġu ċċekkjati jekk humiex immarkati b'ċurkett xjentifiku, u mbagħad meħlusa lura fis-selvaġġ." Micallef żied jgħid li "din mhijiex talba għal privileġġ, iżda għal rikonoxximent ta' tradizzjoni kulturali li ilha tiġi pprattikata għal ġenerazzjonijiet. L-insib illum joffri valur edukattiv u ta' konservazzjoni, u jħalli bilanċ bejn ir-riċerka xjentifika u l-preservazzjoni tal- identità Maltija." Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE Fi tweġiba mibgħuta lill-gazzetta il-Ministru Clint Camilleri saħaq li l-ebda awtorità ħlief il-Qorti tal- Ġustizzja tal-UE ma tistà tiddikjara li d-deroga ta' Malta hija kontra l-liġi. Hu spjega li l-gvern "diġà għamel l-emendi neċessarji biex jaderixxi mas-sentenza tal-Qorti", u żied li, skont hu, il-Kummissjoni Ewropea għadha qed tevalwa s-sitwazzjoni u ma qaletx li d-deroga hija illegali. Tradizzjoni storika Charles Azzopardi, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet Kulturali u Wirt Nazzjonali tkellem ma' din il-gazzetta fejn qal li "l-Partit Nazzjonalista jemmen li l-insib huwa parti minn tradizzjoni storika ta' pajjiżna." Żied jgħid li "Malta trid tosserva l-obbligi tagħha mal-Unjoni Ewropea" u li l-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jkun hemm spazju biex dawn it-tradizzjonijiet ikomplu jeżistu b'mod regolamentat u sostenibbli u b'rispett sħiħ lejn l-ambjent. il-Ministru Clint Camilleri saħaq li l-ebda awtorità ħlief il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ma tistà tiddikjara li d-deroga ta' Malta hija kontra l-liġi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 November 2025