Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
BAĠIT 2026 IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 04 ILENIA DEBONO Il-Baġit b'tema għall-familja kollha li kien indirizzat lejn il-kriżi tar-rata tal-fertilità, mexxa bil-miżura ewlenija tat- tibdil fil-faxex tat-taxxi għall- ġenituri skont kemm għandhom tfal. Il-gazzetta tkellmet mal- Ekonomista Marie Briguglio. Is-sistema tat-tnaqqis progressiv fit-taxxa jibda jinħass mis-sena d-dieħla, b'limiti ogħla ta' dħul gross. Din il-miżura se tħalli €160 miljun fil-bwiet tan-nies fuq tliet snin, u se taffettwa eluf ta' familji. Hemm komputazzjoni għal ġenituri b'wild wieħed li se tħalli €3,600 fil-but ta' familji f 'din il- kategorija sal-aħħar tal-2028; €10,000 fil-but ta' ġenituri b'żewġt itfal jew aktar u €6,000 għal koppji miżżewġin b'wild wieħed. Il-Professur Marie Briguglio titkellem fuq il-problema tar-rata tal-fertilità f 'Malta li hija l-inqas rata fl-Ewropa, il-kawża ta' din il- problema u l-frott li tista' tħalli din il-miżura. "Biex taraha taħdem trid timmaġina koppja li bħalissa għandha wild wieħed, u li tixtieq ikollha ieħor, u li l-flus biss huwa dak li qed iżommhom lura. F'dak il-każ, iva. Kemm hawn minnhom dawn il-koppji? U meta tqis l-għoli tal-ħajja, hija biżżejjed din l-iskema?" indagat Briguglio fuq il-fattibbilità ta' din il-miżura u fuq kemm se twassal għal familji ġodda. Hi qalet li minbarra l-flus — li huwa fattur importanti meta wieħed jitkellem fuq rata tal- fertilità — wieħed irid iqis ukoll kemm għandhom ħin il-koppji għat-tfal, kif ukoll x'impatt iħallu t-tfal fuq il-karriera, ir- relazzjonijiet, u l-istress ta' kuljum tal-koppji. Briguglio rrikonoxxiet li wieħed ikollu t-tfal hija xi ħaġa sabiħa, hekk kif dawn iġibu ħafna ferħ u mħabba magħhom, imma dan mhuwiex biżżejjed biex jegħleb l-isfidi li jġibu magħhom. Fid-dawl ta' dan kollu, il- professur qalet li hemm bżonn ta' miżuri li jindirizzaw il-ġid kif ukoll il-bilanċ fil-ħajja u l-kwalità ta' ħin, flimkien mal-miżura tat-taxxa sabiex ikollha l-effett mistenni. Dawn mhux neċessarjament għandhom direttament itejbu l-qagħda finanzjarja tal-ġenituri, imma jaffettwaw il-kwalità tal- ħajja — tal-ġenituri u tat-tfal bħal pereżempju — iżjed ħin l-iskola għall-attivitajiet extrakurrikulari, inqas ħin fit-traffiku, postijiet għat- tfal fil-komunità sabiex jilagħbu, eċċ. Briguglio spjegat li aktar flus mhux dejjem isarrfu f 'kuntentizza, skont il-qagħda finanzjarja ta' dak li jkun. Hemm affarijiet oħra li jaffettwaw il-kuntentizza bħal pereżempju l-ħin liberu, is-saħħa fiżika u mentali, l-istat tal-ambjent, u l-kultura. Dan jidher fl-inkwiet tan-nies li fil-quċċata, minbarra affarijiet ta' saħħa, hemm in-numru ta' nies f 'Malta, li kull sena qed jiżdied mhux riżultat ta' iżjed twelid f 'Malta. Affarijiet oħra li jinkwetaw in-nies huma t-traffiku u l-għoli tal-ħajja meta wieħed jagħmel paragun mal-pagi. Hi tenniet billi qalet li l-baġit jista' jagħmel ħafna ġid f 'dan ir-rigward ukoll. Kritika li kienet fuq fomm ħafna rigward il-Baġit kienet in-nuqqas ta' inizjattivi fuq Għawdex. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' żewġ entitajiet li jirrappreżentaw demografiċi differenti minn Għawdex fuq din il-biċċa. Jekk wieħed iħares lejn il-baġit, fil-bidu jidher li l-Għawdxin gawdew bħall-Maltin b'miżuri ta' iżjed appoġġ għalihom fil-pagi, żieda fl-għotja ta' kull xahar ta' studenti li jistudjaw Malta, uħ tal-pitkalija f 'Għadwex, ferry ġdida, fost l-oħrajn. Madankollu ħafna nies stkerrhu l-fatt li l-baġit ma indirizzax problema kbira għall-konnetività taż- żewġ gżejjer, il-vapur tal-Gozo Channel — kumpanija ffinanzjata mill-Gvern — in- Nikolaos. Mil-erba' vapuri li joperaw miċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, tlieta minnhom huma tal-Gvern. Il-vapur l-ieħor huwa l-Grieg MV Nikolaos li ilu fuq self mill-2019. Dan il-vapur kellu jservi ta' rimedju temporanju sakemm il- Gvern jakkwista vapur ieħor. Barra minn hekk, ħafna Għawdxin li jibbażaw fuq is- servizz tal-Gozo Channel għall-ħobża ta' kuljum igergru fuq l-istat li jinsab fih dan il- vapur; stat inferjuri meta mqabbel mat-tlieta l-oħra. Il-Gvern ħareġ tender fl-2022 għal vapur ieħor imma din ma ħallietx frott. Fid-dawl ta' dan kollu, aktar kmieni f 'Ottubru ġie żvelat li l-ispiża sabiex jopera n-Nikolaos kuljum hija €10,000 (eskluż il-fuel) u dawn kollha jitħallsu mit-taxxi tan-nies. F'April li għadda, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kien stqarr li l-Gozo Channel se tħejji sejħa għal tender għal vapur ieħor sas-sajf ta' din is-sena. Il-Gozo University Group (GUG), assoċjazzjoni ta' Studenti Universitarji Għawdxin, tkellmet ma' din il-gazzetta fuq il-ħsibijiet tagħha rigward il-baġit u l-miżuri għal Għawdex. Il-kwistjoni li ssemmiet sew kienet dik dwar in-Nikolaos. "Il-Kirja kurrenti tan-Nikolaos mhijiex waħda aċċettabbli hekk kif mhijiex aċċessibbli għal kulħadd u ma tilħaqx ir- rikweżit mistenni minn servizz nazzjonali," qalet il-GUG. L-assoċjazzjoni studenteska reġgħet tenniet l-ispiża kbira li qed jiswa liċ-ċittadini dan il-vapur, kif ukoll l-istat li qiegħed fih li ddeskrivietu bħala "not fit for purpose". Huma qalu li l-Għawdxin għandhom dritt għal servizz modern, komdu u affidabbli bħall-Maltin u l-barranin li jżuru. Tkellem ukoll Daniel Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber (GBC), fuq din il-biċċa fejn hu qal lil din il-gazzetta li għalissa n-Nikolaos qeda l-ħtiġijiet tal-Għawdxin imma xorta jibqa' l-fatt li dan kellu jkun soluzzjoni temporanja. "Huwa essenzjali li jiġi kkummissjonat vapur ġdid, iktar sostenibbli. Sakemm imma dan ma jseħħx huwa importanti li jkompli jaqdi l-ħtiġijiet tal-Għawdxin. Kif qiegħda s-sitwazzjoni bħalissa li jkollok erba' vapuri li jaħdmu ma' xulxin huwa essenzjali." Borg qal ukoll li l-konnettività bejn iż- żewġ gżejjer hija tajba bħalissa imma "qatt mhi biżżejjed." Huwa rrikonoxxa t-tajjeb li qed jagħmel is-servizz tal-fast ferry. Madankollu hemm bżonn li dan ikun aktar flessibbli sabiex jakkomoda l-esiġenzi kollha b'servizzi aktar fit-tard fil-weekends. Huwa enfasizza wkoll il-ħtieġa ta' servizzi dedikati għall-merkanzija "li jmorru f 'postijiet li huma jużaw, u mhux kif qed jiġri bħalissa bit-trakkijiet li jridu jaqsmu lil Malta b'impatt ħażin fuq l-ambjent." Ħlief l-istat tal-vapur innifsu, l-assoċjazzjoni studenteska tkellmet fuq il- bżonn li jkun hemm integrazzjoni aħjar bl- iskeda tal-vapuri u dik tar-rotot tat-trasport pubbliku, bħall-konnessjonijiet diretti u frekwenti li jwasslu għall-Università, l-MCAST, l-ITS, l-isptar, u l-ajruport, ġaladarba din il-komunikazzjoni tgħin lil numru kbir ta' studenti u nies Għawdxin. Barra minn hekk, huma faħħru l-inizjattiva tal-għotja fix-xahar għal studenti Għawdxin, xi ħaġa li ilhom jitolbu għaliha snin minħabba l-inflazzjoni u l-għoli tal- ħajja li tħalli impatt iżjed qawwi fuq studenti Għawdxin. Huma saħqu wkoll li minbarra n-Nikolaos, hemm bżonn li l-Port tal-Imġarr jingħata tidwira tajba, ikun hemm akkomodazzjoni għal studenti Għawdxin f 'Malta, u spazju ta' studju f 'Għawdex. S'issa dan jidher li għadu ma ġiex implimentat. Il-GUG qalet li tixtieq titkellem mal-awtoritajiet ikkonċernati fuq dawn il-miżuri. Borg mill-GBC tkellem ukoll fuq il-bżonn ta' investiment fl-infrastruttura Għawdxija, li qiegħda wisq iffukata fuq it-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. "Huwa f 'għajnejn kulħadd li l-Port tal-Imġarr irid jikber, u għalhekk xtaqna li forsi fil-baġit jissemma li se tibda tiġi kkunsidrata r-reklamazzjoni tal-art fl-Imġarr. Hemm ukoll il-ħtieġa ta' triq oħra għall-Port minħabba li t-triq ta' bħalissa tesponi lill-Imġarr għal riskji." Barra minn hekk, Borg introduċa wkoll l-idea tal- elettrifikazzjoni tal-flotta. Lil hinn mit-toroq marittimi, hu tenna li t-toroq Għawdxin għandhom bżonn investiment b'saħħtu, u l-ħtieġa li dawn isiru b'ħejja. Minbarra dan, huwa enfasizza l-bżonn tal-isptar ġenerali f 'Għawdex, hekk kif il-Queen Mary University of London — skola medika b'kampus f 'Għawdex, għandha bżonn dan l-isptar ukoll, inkluż ovvjament l-Għawdxin. Il-familja, il-fertilità, it-trasport u Lil hinn miż-żieda tal-għoli tal-ħajja, il-ħut għall kull nhar ta' Ġimgħa, il-gym b'xejn għaż-żgħażagġħ u żidiet fl-istipendji, hemm setturi oħrajn li ntlaqtu b'mod pożittiv - jew negattiv - mill-Baġit imħabbar għall-2026. Il-gazzetta ILLUM tkelmet ma esponanti ewlinin fuq uħud minn dawn l-oqsma. 'Hemm bżonn li l-barri jinqabad minn qrunu fir-rigward tal-problema tal-fertilità' In-Nikolaos għandu jitlaq, jgħidu għaqdiet Għawdxin L-ekonomista Marie Briguglio tgħid li hemm bżonn ta' miżuri li jindirizzaw il-ġid kif ukoll il-bilanċ fil-ħajja u l-kwalità ta' ħin L-MV Nikolaos i ilu fuq self mill-2019

