MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

niltaqgħu mas-sindki IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 16 Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Aħna nistmaw li għal matul is-sena kollha għandna 50,000 ruħ li joqogħdu hawnhekk. Ma' dawn ir-residenti wieħed irid iżid eluf oħra li jiġu għax-xhur tas-sajf. Magħhom irridu nżidu wkoll il-fatt li fil-lokalità għandna madwar 16,000 sodda għat-turisti, li ħafna minnhom ikunu mimlija matul is- sena kollha, u żgur ikunu mimlija matul ix-xhur tas-sajf. Jekk wieħed jgħodd dawn il-persuni kollha, insibu li għal perjodi twal tas-sena jkollna iktar minn 70,000 preżenti fil-lokalità. Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll numru kbir ta' persuni li jattendu għad- divertiment differenti li jinżamm fil-bosta lukandi u stabbilimenti kummerċjali oħra li għandna fil-lokalità kollha. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-iktar sfida evidenti li għandna fil-lokalità hi dik tal-integrazzjoni soċjali. Tajjeb wieħed jgħid li fiż-żewġ skejjel primarji tal-Gvern li għandna — waħda fil-Qawra u l-oħra f 'San Pawl il-Baħar — il-maġġoranza assoluta tat- tfal li jattendu fihom għandhom mill-inqas ġenitur wieħed li mhux Malti jew Maltija. Minħabba hekk, l-akbar sfida ġejja mill- fatt li għandna numru kbir ta' persuni li mhux faċli jintlaħqu, u minkejja kull sforz li jista' jsir jibqa' fatt li għadna ħafna lura biex il-kunsill ikun jista' jgħid li qed jilħaq il-ħtiġijiet tar-residenti kollha. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal- lokalità? Minbarra dawn ir-realtajiet ta' sfidi soċjali, hemm imbagħad ukoll ir-realtà ta' sfidi infrastrutturali. Minħabba l-iżvilupp mgħaġġel li seħħ fuq perjodu qasir (relattivament) ta' snin, l-infrastruttura kollha tal-lokalità ma tlaħħaqx mal- bżonnijiet. Jekk insemmu t-toroq, jekk insemmu l-ilma u jekk insemmu d-drenaġġ, dawn kollha għandhom bżonn ta' investimenti miljunarji li l-kunsill lokali m'għandux għad-dispożizzjoni tiegħu. Tajjeb hawn wieħed isemmi wkoll l-isfida kbira li għandna fil-lokalità għal dak li hu parkeġġ. Bi kważi 40,000 vettura rreġistrata fuq persuni li joqogħdu hawnhekk, malajr wieħed jinduna għaliex ir-residenti l-ħin kollu jilmentaw (bir-raġun) minħabba l-parkeġġ. Tajjeb wieħed jgħid ukoll li dawn il-vetturi kollha jġibu magħhom ukoll sfidi kbar marbuta mat-traffiku u l-immaniġġjar tiegħu. Il-wisa' tat-toroq li għandna ma tippermettix parkeġġ fuq iż- żewġ naħat u traffiku li jkun two-way. Dan irid jiġi indirizzat, imma hekk kif tintmess id-direzzjoni tat-traffiku fi triq, ikun hemm numru kbir ta' lmenti li jinħolqu. Sfortunatament, hawn Malta mdorrijin naħsbu biss fit-tul qasir, u miżuri ta' traffic management mhux dejjem ikunu popolari fuq perjodu qasir. Fil-verità, il-kunsill m'għandu l-ebda kontroll fuq il-bini li għalih joħorġu l-permessi, imma l-problemi assoċjati mal-istess bini mbagħad irid jaffaċċjahom il-kunsill. Irrid nammetti wkoll li bħala kunsill għad fadlilna ħafna x'nagħmlu biex nassiguraw li tingħata l-ikbar attenzjoni għall-wirt storiku li għandna fil-lokalità — wirt li, forsi kuntrarju għal dak li jaħsbu bosta persuni, San Pawl il-Baħar hu mimli bih. Xi proġetti pjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Bla dubju, jekk irridu li San Pawl il-Baħar ikompli miexi 'l quddiem, irridu naraw investimenti kbar ħafna fl-infrastruttura tal- lokalità, ibda mid-drenaġġ (problema li qed ngħixu magħha imma li ħafna ma jitkellmux dwarha), is-sistema tal-ilma, u ma' dawn imbagħad il-ħtieġa ta' titjib kbir għal dak li jikkonċerna l-ġestjoni tat-traffiku. Bla dubju, bir-rata ta' bini li għandna, kif ukoll bil-mod kif hu maħsub li jinbena aktar bini matul is-snin, jien nemmen li sa ħames snin oħra, għall-inqas, il-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar se tiżdied b'tal-inqas 20,000 ruħ oħra. Dan ifisser li kull pjan u kull ħsieb li wieħed jifformula, irid ikun indirizzat għal din ir-realtà. Dak li mhux se nfassluh illum, se jkollna naffrontaw il-problemi tiegħu 'l quddiem. L-infrastruttura trid tiġi mfassla b'mod li jagħmel sens għal dawn ir-realtajiet li se nkunu qed naffaċċjaw. Kien għalhekk ukoll li bħala Kunsill tlabna li jkun hawn studju serju tal-carrying capacity li għandna bżonn fil-lokalità. Il-Ministeru għat-Turiżmu qed jipprova jagħmel parti minn dan l-istudju, imma għandna bżonn ferm iktar minn hekk. Kien għalhekk ukoll li l-Kunsill qed jitlob li l-flus li jinġabru mit-turiżmu fil-lokalità jiġu investiti fl-istess lokalità, u fuq proġetti mfassla mill-Kunsill Lokali stess. Wieħed jista' jgħid li bħalissa għandna żewġ proġetti ta' ċertu kobor li se nippruvaw nagħmluhom mill-Kunsill Lokali. Dawn huma l-bini ta' ċentru ċiviku fi Triq San Ġorġ, fejn hu mistenni li għall-ewwel darba jkun hemm ġabra ta' servizzi kollha meħtieġa għar-residenti, kif ukoll l-iżvilupp ta' parkeġġ u playing field fl-inħawi ta' Triq Parades. Din il-playing field ilha teżisti żmien twil, imma wasal iż-żmien li titneħħa u minflokha jkun hemm faċilitajiet ġodda u differenti. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? M'għandix dubju li l-iktar ħaġa li għandna bżonn fil-lokalità hi li tinbena soċjetà fejn ir-residenti jkunu integrati ferm iktar milli huma llum. In-nuqqas ta' għarfien ta' dak li jagħmilna residenti li naqsmu l-istess faċilitajiet, l-istess toroq, l-istess servizzi u l-istess spazji pubbliċi hi sfida li rridu nindirizzaw. Il-popolazzjoni ta' San Pawl il- Baħar se tkompli tikber, u din l-isfida rridu npoġġuha quddiem għajnejna l-ħin kollu tal-ġurnata, jekk irridu naraw progress ta' veru fil-lokalità. Mingħajr l-impenn tar- residenti, m'aħna se naslu mkien. Irridu niakru li din l-esperjenza ta' lokalità (belt) b'popolazzjoni daqshekk kbira hi xi ħaġa unika f 'pajjiżna. Filwaqt li llum spiss qed nitkellmu fuq overpopulation, mhux qed nirrealizzaw li San Pawl il-Baħar għandu aktar minn 10% tal-persuni li qed jgħixu f 'pajjiżna. Din hi sfida li jrid jiimha wkoll il-Gvern Malti, li m'għandux jibqa' jittratta lil din il-lokalità bħallikieku hi xi lokalità żgħira bi it eluf ta' persuni. Jekk aktar residenti jkunu parti integrali mill-iżvilupp tal-belt li qed ngħixu fiha, hemm iktar ċans li naslu fejn irridu, jew fejn nixtiequ li naslu. 'L-iktar ħaġa li għandna bżonn fil-lokalità hi li tinbena soċjetà fejn ir-residenti jkunu integrati ferm iktar" Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' Ċensu Galea, is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar San Pawl il-Baħar huwa wieħed mill-akbar u l-aktar lokalitajiet li qed jikbru f 'Malta, b'popolazzjoni li mistennija tkompli tiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Il-lokalità qed taffaċċja sfidi kbar infrastrutturali u soċjali, fosthom problemi ta' traffiku, parkeġġ, ilma, drenaġġ u tindif pubbliku. Minkejja l-iżvilupp mgħaġġel, hemm nuqqas ta' spazji miftuħa u investiment infrastrutturali adegwat. Il-kunsill qed jippjana proġetti bħal ċentru ċiviku u faċilitajiet ġodda ta' rikreazzjoni, filwaqt li jappella għall-kollaborazzjoni tar-residenti u aktar għajnuna mill-awtoritajiet biex jiġi żgurat futur sostenibbli għall-komunità dejjem tikber ta' San Pawl il-Baħar. Censu Galea, is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 November 2025