MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

ALGIERS (1938). Pepe' Le Moko (Charles Boyer) ħalliel tad-djamanti jisraq oġġett imprezzabbli jaħrab fil-Casbah tal-Alġerija, post mimli toroq dojoq, passaġġi iżolati u labirinti fejn l-ebda pulizija ma jazzarda jidħol. L-ispettur Slimane (Calleia) ikun jistennieh barra l-belt biex jaħtfu għax jaf li xi darba jrid joħroġ, l-aktar meta jinkaram wara s-sbejħa Gaby (Hedy Lamarr) li postha żgur mhux hemm ġew. Sena qabel fi Franza nħadem id-dramm Pepe' Le Moko. Joseph Calleia rċieva unur għall-parti sottili tiegħu f 'dan il-film. GILDA (1946). Id-direttur hu Charles Vidor. Jaħdmu Rita Hayworth, Glenn Ford, Joseph Calleia u George MacReady. Dan hu film klassiku tal-ġeneru "noir" (tal-misteru). Rita Hayworth tassew tqanqal ix-xewqat tal-irġiel meta ċċaqlaq xagħarha 'l hemm u 'l hawn u tinża' xi it tkanta Put e Blame On Mame. L-istorja hi dwar trianglu romantiku ambigwu li jispiċċa ħażin. Joseph Calleia jaħdem il-parti tal-aġent Arġentin, Miguel Obregon li jsib ruħu involut f 'dan il-misteru. RIFFRAFF (1936). Dirett minn J. Walter Ruben. L-atturi huma Spencer Tracy, il-blondija (Platinum Blonde) Jean Harlow, Una Merkel, Joseph Calleia u t-tfajjel Mickey Rooney. Dutch (Tracy), sajjied kariżmatiku tat- tonn jikseb promozzjoni fl-union, jorganizza strajk li jfalli u jitlef ħobżu. Hattie (Harlow), għalkemm tħobbu tiżżewweġ lil ħaddieħor u għalkemm baqgħu jħobbu lil xulxin hemm bżonn iwarrab l-ebusija li għandu fuqu. Joseph Calleia hu Nick Lewis, is-sid tal-fabbrika li tippreserva t-tonn. Kull fejn tidher l-attriċi Taljana Anna Magnani tiddomina bil- preżenza manjifika tagħha u tassew hekk għamlet f 'WILD IS THE WIND (1957), dirett minn George Cukor, meta affaċċjata minn atturi ta' stoffa bħal Anthony Quinn u Anthony Franciosa. Joseph Calleia għandu l-parti ta' Alberto li jkun ħu Quinn. Nispiċċa bil-film MY LITTLE CHICKADEE (1940), kummiedja Western bl-atturi W.C. Fields, Mae West u Joseph Calleia. F'din il- produzzjoni diretta minn Edward F. Cline, l-attur Malti jaħdem il- parti ta' Jeff Badger, sid ta' ħanut tax-xorb u l-kap tal-belt. Meta l-kontroversjali Mae West (li dejjem taf xi tgħid u anki tlissen kliem spirtu pront) tidħol fl-istabbiliment tiegħu kollha pompa u mdawra minn xi ammiraturi, Calleia jmur quddiemha kollu arja u jgħidilha: "What can I do for you?" u hi b'attitudni u ħeffa tirrispondi, "Well, you can get out of my way!". Waqt li nħoss li tassew għandna, bħala Maltin, inkunu kburin bis- suċċess ta' dan l-attur, jidher li dan l-isem iġib il-fortuna meta fil-preżent għandna wkoll nifirħu bil-kisbiet kbar, barra minn xtutna, ta' Joseph Calleja tenur operatiku rinomat. Bħalissa fis-STORM PETREL FOUNDATION li tinsab 79, Triq San Anton, Attard hemm esebizzjomi ta' kartelluni, pressbooks, lobby cards, stampi u affarijiet oħra fuq dan l-attur Malti li tassew għamlilna ġieħ fl-isfera ċinematografika. Din l-esebizzjoni li bdiet tintwera mill-31 ta' Ottubru se tibqa' sejra sal-15 ta' Diċembru 2025. 14 films IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Joseph Calleia — karriera produttiva u twila f'Hollywood L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Rita Hayworth and Joseph Calleia f 'Gilda, 1946 Jean Harlow u Joseph Calleia, Riffraff, 1936

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 November 2025