MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Dan il-baġit, fl-opinjoni tan-nies, kif jista' jiġi deskritt? Baġit soċjali jew trasformattiv? Baġit definittivament li jieħu ħsieb il-bżonnijiet soċjali tal- lum u jħares lejn għada bl-aspett ta' familji u negozji. Għan- negozji kellna sett ta' miżuri li kienu maqbula mill-imsieħba soċjali li għamilna fil-qasam tal- investiment sabiex jintensivaw fil-kapital u nibdew inbiddlu l-mod ta' kif niġġeneraw il-ġid f 'pajjiżna. Min-naħa l-oħra wkoll, numru ta' inizjattivi speċjalment dak tat-tax brackets ġodda għall-familji, anke rajt xi stejjer internazzjonali. Din l-ewwel miżura tax-xorti tagħha li qed nagħmlu f 'dan il-pajjiż, qed inkunu kuraġġużi b'messaġġ qawwi u b'saħħtu. Irrid ngħid ukoll l-espressjoni tal-uċuħ tal- faċċata baqgħu jħarsu lejja jien u naqra. Naħseb f 'dak li konna qed nagħmlu ridna nwasslu messaġġ qawwi favur il-familji tal-lum u ta' għada. Il-baġit iffoka ħafna fuq il-klassi l-medja u l-familji. Kien hemm ukoll attentat biex jonqos il- piż u jitħallew aktar flus fl-idejn. L-idea mhux li jkollok iżjed flus biex, imma multiplier effect. Kien hemm aspett ieħor, l-idea li wieħed jindirizza l-kriżi tal-fertilità. Kemm kienet fiċ-ċentru tal-miżura din? Qabelxejn irrid nirrimarka li dan hu t-tieni baġit illi gvern qed inaqqas il-piż tat-taxxa. L-ebda gvern mill-Indipendenza 'l hawn ma għamel dan għal żewġ baġits konsekuttivi. X'inhi l-intenzjoni? Li ngħinu familji fil-preżent, imma anke wkoll inwasslu messaġġ b'saħħtu għal dawk li ġejjin għada. Jiġifieri imma jekk wieħed iħares lejn x'aħna ngħidu għas-sena 2028, qegħdin ngħidu li familji li jkollhom żewġ ulied fejn iż- żewġ ġenituri jaqalgħu €30,000, mhux se jkunu qegħdin iħallsu ċenteżmu f 'taxxa fuq id-dħul. Il-Gvern qed jitħajjar jissellef. Spjegali l-ħsieb ta' dan kollu u r-raġunament ekonomiku. Jiena meta nisma' lil Delia jitkellem kif jitkellem, nibda nistaqsi lili nnifsi "imma possibbli l - O p p o ż i z z j o n i twieġeb b'dan il-mod?" Għalfejn qed ngħid hekk? Jekk kien hemm gvern li qed jagħmel sforz kbir biex jiġbor dak li għandu jiġbor — dan jirrikonoxxih l-IMF — huwa propju dan il-gvern. Meta kellna l-aħħar gvern Nazzjonalista, mhux talli ma kellux jinġabar dak li kellu jinġabar, id-defiċit kien ħarab mill-idejn. Il- pajjiż kellu piż tad-dejn ta' 70% ta' dak li nipproduċu. Għal kull €100 li konna n i p p r o d u ċ u k e l l n a €70 dejn. Apparti minn hekk, dak li kien jiġi mwiegħed ma kien jingħata qatt lin-nies. Meta kontu wegħedtu xi ħaġa lin-nies ma kontux tajtuhielhom. Issa aħna fi programm elettorali li kellna konna wegħedniehom riduzzjoni fit-taxxa mod, tajniehom id- doppju, u għamilna aktar din is-sena. Dan iġibni għall- argument tiegħek, x'qed jiġri fil-finanzi tal-pajjiż. Li qed jiġri hu li d-defiċit ta' dan il- pajjiż qed jonqos, sena wara l-oħra wara l-oħra. Għax qed inkunu bilgħaqal fin-nefqa, għax inżidu d-dħul tagħna billi nkabbru l-ekonomija u ħadd ma jitkellem fuq id-defiċit. Għaliex jinsab taħt kontroll. Tant kemm għandna kredibbiltà fiskali, ma jistgħux jitkellmu n-naħa l-oħra. Ħa ngħidlek għal fejn ma qbiltx miegħek Adrian, għax inti għedt f 'dak li għandna d-dħul għandna falliment. Jekk se tiddiskrivi dak li llum għedt bħala falliment, fi żmienkom diżastru sħiħ kien hemm. Dan il-€1.9 biljun self mid- dħul tal-Gvern, għaliex mhux perikoluż għalik? Għar-raġuni li l-piż tad- dejn, jiġifieri bil-mod kif tikber l-ekonomija u l-mod kif jikber id-dejn, qed jikber iktar. Allura l-piż tad-dejn huwa 47%. Meta nbidlet l-amministrazzjoni fl- 2013 kien 70%. Issa drajt l-approċċ tal- kollega tiegħi, hemm differenza bejnietna t-tnejn u din ġejja mill-professjoni tagħna. Il- kollega li huwa avukat abbli ħafna qed jitkellem mill-punt di vista legali qisna qegħdin f 'awla. Imma mil-lat ekonomiku għandu diversi żbalji. Il-perjodu li ngħixu fih huwa wieħed wara l-COVID, splodew il-prezzijiet tal-enerġija, kellna żewġ gwerer. Dan hu perjodu fejn il-politika fiskali l-gvern ried l-aktar jużaha biex jieħu ħsieb l-ekonomija. Dan mhux l-approċċ li kieku jieħu Partit Nazzjonalista. Dan huwa l-pajjiż li l-IMF stess qalet li l-iżjed li qed jikber fl-UE u jkollu jagħmel hekk fil-ħames snin li ġejjin. Mela dak li qegħdin nagħmlu qed jaħdem u se jkompli jaħdem jekk inkomplu sejrin b'din il- politika fiskali. Il-finanzi, is-saħħa u l-edukazzjoni jieħdu l-ikbar porzjonijiet ta' flus. Fuq is-saħħa u l-edukazzjoni, dawn huma żewġ setturi essenzjali. Kemm qed jintużaw b'mod għaqli u sostenibbli l-flus li qed jingħataw lil dawn is- setturi? Il-finanzi għax hemm is-self, il-bqija aħna fost l-inqas setturi li nikkonsmaw. Fuq is-saħħa ħa naqbad, punt partikolari, l-aktar oġġett li jiżdied fis-saħħa huwa l-mediċini u t-trattamenti. Dawn, speċjalment fl- onkoloġija, pjuttost qed naraw li fis-snin li ġejjin bejn wieħed u ieħor l-ispiża se tiżdied bi €80 miljun fis-sena. L-aktar li qed jiżdied, xi ħaġa fenomenali, ċerti trattamenti għall-onkoloġija. Għandna xi 13-il persuna b'din il-marda, kull ammunazzjoni tiswa tal-inqas xi €3,000. Timmaġina, €3,000 iżjed minn darba fix-xahar. Irridu nagħmlu minn kollox biex dawn l-affarijiet nibqgħu nonfquhom. Meta nkun iebes fuq affarijiet oħra ma nkunx qed inkun iebes b'kapriċċ. Nemmen bis-sħiħ, l-affarijiet li joffri dan il-pajjiż irid jibqa' jara kif se joffrihom. Taqbel li jista' jkun ukoll li f 'dak li għandu x'jaqsam fil-mod kif jintużaw ċerti affarijiet fil-qasam tas- saħħa jista' jkun hemm aktar għaqal? Dejjem, dik dejjem. Meta niġu biex nagħmlu l-baġit, xahrejn qabel nibdew nibagħtu għal kulħadd. Kulħadd jiġi bit-talb tiegħu, kieku kelli nilqa' t-talbiet kollha, niżbankaw. Xogħli huwa li nistaqsi fuq ċerti affarijiet, mhux l-ewwel darba li bgħatt in- nies lura sabiex inaqqsu l-ispiża. Spjegali ċ-ċifra ta' €1.8 biljuni għall-finanzi. Għaliex qed tinkludi s-self ukoll. Aħna ma nagħmlu xejn, namministraw il-flus, indaħħlu u noħorġu. Li kieku kulħadd jgħidli prosit, mela jien mhux qed nagħmel xogħli sew. L-inkwiet tan-nies, mhux sondaġġi imma qed nitkellem fuq is-sentiment li jista' jħossu kulħadd. Ma taħsibx li n-nies mhumiex daqshekk ikkonċernati fuq l-ekonomija, imma hemm inkwiet ieħor bħal traffiku, popolazzjoni, ambjent, eċċ. Dawn kif ġew inklużi fil- baġit? Qed nitkellmu fuq problemi intervista IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 06 'Li kieku baġit tal-elezzjoni, it-tnaqqis fit-taxxa F'dan l-episodju speċjali ta' Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Ministru Clyde Caruana u l-kelliem Nazzjonalista Adrian Delia fuq il-Baġit għall-2026

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 November 2025