MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

Meta tħares lejn dan il-baġit li kien immirat għall-familji u l-klassi medja, x'inhi r-reazzjoni tal-Oppożizzjoni? Ħa nipprova niddiskrivi kif jien nara l-baġit fi tliet oqsma. Dak li qed jiddeskrivi li huwa x'joħloq il-pajjiż, dak li jirnexxilu jiġbor il- Gvern, u dak lli mbagħad il-Gvern jara kif ħa jużah, li ma ngħidx iqassam. Qegħdin nikkreaw biżżejjed? Minn għajnejn tekniċi u it inqas tekniċi, itik il-komfort li qed nikkreaw biżżejjed? Hemmhekk irridu naraw jekk il-pajjiż huwiex joħloq biżżejjed ġid biex il-Gvern jiġbor minnu t-taxxi. Il-ġid li jiġi maħluq iwassal biex il-Gvern ikollu aktar dħul. Xogħol l-Oppożizzjoni huwa li naraw kif ħa nikkreaw aktar, il- pajjiż jiġi inċentivat biex joħloq aktar. Mhux billi nintaxxaw aktar, imma billi nattiraw kapital, mhux nies, jiġifieri aktar dħul ta' taxxa billi l-ħaddiema jaqalgħu iktar. It- tieni waħda hija dak li jirnexxilu jiġbor. Hawn naħseb għandna kważi falliment. Il-Ministru stess qal li bejn 70 u 80% tal-kumpaniji f 'Malta ma jħallsux taxxa. Mela jekk f 'settur partikolari jħallsu €4,500 fis-settur tar-restoranti, minn xi 4,000 negozzju. Minn dak li qal kien li dawn il-kumpaniji mhumiex qed jikkontribwixxu. Hemm hekk ukoll irridu naraw li jkun hemm dixxiplina fiskali. Taħseb li l-Gvern jista' jiġbor aktar taxxa fuq id-dħul u VAT? Iva, iva. Jiġbor mhux jgħolli, importanti. Issa t-tielet parti, kif ħa juża dawk il-flejjes? Il-Ministru qal bilfors jiżdied id-dejn jekk tonfoq aktar milli ddaħħal. Mela s-suġġeriment ovvju tiegħi huwa li jew tgħolli d-dħul jew tnaqqas l-infiq biex ma nżidux l-iżbilanċ tan-nefqa. Fl-opinjoni tiegħek, liema huma dawk is-setturi jew mekkaniżmi li l-Gvern mhux qed jimplimenta sew? Ara nistgħux naqblu illi jekk illum qegħdin fi bżonn li nonfqu €10.3 biljuni, kieku kapaċi nikkreawh mingħajr ma nissellfu jkun aħjar. Minkejja li l-proporzjon ta' xi 47% tad-dejn li għandna huwa aċċettabbli bir- regoli internazzjonali bħala pajjiż fl-UE, fir-realtà għandu l-ispiża tal-imgħax ukoll. Mhux il-€1.9 biljuni biss, it-€12.4 biljuni li ħa jkollna sal-aħħar tas-sena huwa l-ispiża tal-imgħax. Jekk inti għandek kumpanija u qed taqla' €100,000, ma tkunx aktar ferħan taqla €200,000? Jekk jien kapaċi nattira aktar investiment barrani, u t-taxxa li ġejja. Bejn dawn il-kumpaniji, barranin u Maltin, qed inkun aktar effiċjenti milli kont 15-il sena ilu? Naqblu li bit-teknoloġija u l-għodod li għandna llum, nistgħu nkunu aktar effiċjenti? Jekk inti tħallas bil-card f 'restorant u dak il-ħin il-Ministru jieħu l-VAT minnufih. €160 miljun inqas f'taxxi għal familji, €500 baby bonus, €250 f'children's allowance, għotja għal-laptops, żieda fl- istipendji u pensjoni eċċetra. Dawn it-tip ta' proposti bħala l-Oppożizzjoni ma taħsibx li huwa impossibbli li ddur fuq in-nies u tgħidilhom "nistgħu nagħmlu aħjar"? Le, ma naħsibx hekk però jien m'iniex il-persuna li ngħid li xi ħaġa hi ħażina meta tkun tajba. Mela jien mill-ewwel bħal parti mir- reazzjoni tiegħi kienet illi l-miżuri kollha li b'xi mod qed jgħinu lill- batut, lill-pensjonant, lill-istudenti ... huma tajbin. Setgħetx kienet aħjar jew implimentata b'mod differenti? Nistgħu nonfqu iżjed minn €1.7 miljuni fis-saħħa? Jekk hemm bżonn iva, però nistgħu nagħmlu affarijiet oħra fis-saħħa. Suġġeriment ... nibdew naqsmu n-nefqa fis-saħħa f 'dik li hi s-saħħa preventiva u f 'dik li hija restorattiva. Naraw kemm din hi verament sostenibbli ... Jekk infittxu, fl-aħħar għaxar snin, saret nefqa kbira jew kbira li ma rendietx, mingħajr ma nidħol fid-dettall ta' Vitals, Stewards, u t-tliet sptarijiet. Dawn ma sarux, ħriġna l-flus u sar dak li sar però ċertament ma ħadniex dak li ġejna mwiegħda għalih. L-isptar ġenerali ta' Għawdex, wegħduh u m'għamluhx. L-Isptar San Luqa? Wiegħdu 400 sodda ġodda u m'għamluhomx. Aħna nistgħu nagħmlu aħjar. Veru jien avukat imma bħala avukat għamilt parti kbira minn ħajti nivvjaġġa barra minn Malta bil-prodott leġiżlattiv Malti biex nattira barranin ħalli jiġu jinvestu f 'Malta. L-unika diverġenza li niem li għandna hi li għandna bżonn nagħmlu investiment biex fiż- żmien li ġej ikun hemm parti ikbar min-nefqa fuq il-ħtiġijiet kapitali minflok dawk rikorrenti? Il-proposta tal-Four Day Week, il-proposta tal-VAT tar-restoranti minn 18% għal 7%, issa friska d-deċiżjoni li ma jaqbilx maż-żieda tad- deputati, u ħafna affarijiet oħra. Jista' jkun li għandkom bżonn tkunu aktar strutturati kif tħarsu lejn l-ekonomija jew biżżejjed għan-nies li jisimgħu "Aħna aħjar minnhom?" Fhimtek eżatt. Jekk l-argumenti tagħna mhumiex jaslu għand in-nies u mhumiex jimuhom, mela rridu infehmuhom aħjar. Ma nistax ngħid hekk għax m'għandix din l-informazzjoni. Miegħi tkellmu ħafna li qed jimu u jaqblu, u oħrajn ma jaqblux. Skont liema parti tas- soċjetà qed insemmgħu. Inti staqsejt lill-Ministru fuq kif dan il-baġit qed jindirizza l-ambjent jew it-trasport. Il-Ministru ma wiġbekx. It- trasport, kellna l-argument hux €6 biljuni jew €2.9 biljuni tal-metro hux taħt l-art jew hekk. Imma l-aħħar darba staqsejtu u għadu ma weġibx. Jekk mhux dik, allura x'inhi s-soluzzjoni? Aktar ma jiżdiedu karozzi fit- toroq, aktar ħa tiżdied il-problema tat-traffiku. Fl-opinjoni tiegħi u tan-nies, il-baġit ma laqatx dawn. Xahrejn oħra niġu u nerġgħu nitkellmu dwarha. Dan meta għamlu t-trasport pubbliku kollu b'xejn, li ma solva xejn mill-problema. Fuq l-ambjent, l-aħħar darba l-Ministru semma xi inċentivi fuq is-solar panels, bejn wieħed u ieħor qed inqarrbu li jkollna 10% tal-produzzjoni tal-enerġija tagħna minn enerġija alternattiva, solari u anke mir-riħ. Hemm pajjiżi li għandhom 30%, 40% anke 50%. Għandna r-riżorsa tax-xemx, tar-riħ u tal-baħar. Fejn hu l-investiment, fejn hi d-direzzjoni u l-ħsieb għall-futur biex pajjiżna jagħmel il-qabża transformattiva u biex inkunu qed nimxu lejn enerġija alternattiva? intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 07 kont nagħmlu fuq sena waħda, mhux fuq tlieta' li nħolqu kawża tas-suċċess ekonomiku. Mingħajr ma ntawwal, jekk wieħed qed iħares lejn dak li qed jiġri lil hinn minn xtutna, l-Ingilterra se jżidu t-taxxi, Franza ilhom biex jgħaqqdu baġit ma nafx kemm, il-Ġermanja l-ekonomija mhux qed tikber. L-isfidi ta' dawn il-pajjiż huma differenti mill-isfidi li kellna snin ilu meta kien ikollna nitkellmu fuq il-qgħad minn xahar għall-ieħor li qed ilaħħaq mat-8,000 ruħ. Illum għandna sfidi ta' ekonomija li kibret ħafna, li ħolqot il-ġid u sabet l-isfidi magħha. Issa dawn l-isfidi għax kibret ħafna f 'qasir żmien, wieħed irid jieħu ż-żmien u r-riżorsi biex jindirizzahom. Bdejna nindirizzaw xi affarijiet? Iva, imma ma lqatniex kollox. Taqbel miegħi li l-baġit seta' kien aktar dirett lejn dawn it-temi? L-unika ħaġa li l-kollega jitkellem fuqha u ssir fi kwalunkwe argument hi l-kwistjoni tal-popolazzjoni. L-unika ħaġa li jaf jgħid il- kollega hija dik biss għax s'hemmhekk jasal. Ġew l-isfidi u dan il-gvern qed jindirizzahom, u se jkompli jindirizzahom aktar. Kif għedtlek, qed jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tan-nies illum u qed jieħu ħsieb li l-ekonomija jittrasformaha f 'waħda kapitali. Faċli wieħed mill-Oppożizzjoni jikkritika. Semmejt fuq is- soċjal ... Qabel Gvern Laburista, l-anzjani kemm il-€10 żieda kienu jingħataw? Taħseb li l-problema hi kif timmaniġġjaw l-affarijiet? L-implimentazzjoni tagħkom? X'inhi l-problema? Dan il-gvern perfett mhuwiex, però li hu żgur li l-votanti moħħhom mistrieħ għaliex fil-maltemp aħna rnexxielna noħorġu l-poplu minn dan is- saram kollu u bqajna mixjin. Naħseb li qed joħroġ ċar huwa li l-Oppożizzjoni faċli tikkritika ħafna però fl-aħħar tal-ġurnata meta ngħidu li aħna ħa nkunu mal-familji Maltin u Għawdxin, l-ebda gvern fl-istorja qatt ma ta dan it-tnaqqis, u nerġgħu nagħmlu oħra, waqt li d-defiċit jinżel. Baġit tal-elezzjoni jew baġit normali? Li kieku baġit tal-elezzjoni, it- tnaqqis fit-taxxa kont nagħmlu fuq sena waħda, mhux fuq tlieta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 November 2025