Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
Eks Segretarju Ġenerali tal-PN MICHAEL PICCININO opinjoni illum • IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 09 "Il-Gvern, flok investa, naqqas in-nefqa kapitali għas-sena d-dieħla b'€100 miljun. Dik hi d-differenza bejn min jara l-problema u min jgħattiha." "il-budget ma jindirizzax il-kriżijiet il-kbar li qed jgħaffġu lill-familji Maltin u Għawdxin" I l-Budget 2026 kellu jkun l-aqwa budget fl-istorja. Il-Budget li joffri soluzz- jonijiet għall-problemi li qed jaffaċċja pajjiżna. Wara snin li Clyde Caruana jgħidilna li hemm bżonn bidla fil-mudell ekonomiku, il-poplu ried jisma' messaġġ li jġib tama. Minflok, smajna ħafna kliem sabiħ u ħafna propaganda, imma ftit soluzzjonijiet għall-problemi li kulħadd iħoss. Ma nistgħux ngħidu li kollox kien ħażin. It-tnaqqis fit-taxxa għall-ġenituri bit-tfal hu pass tajjeb, u kull familja li qed tissielet biex tlaħħaq mal- ispejjeż ta' kuljum taf kemm ftit serħan jagħmel differenza. Dak li huwa tajjeb, irridu ngħidulu tajjeb u rridu nsostnuh. Imma fl-istess ħin, irridu ngħidu l-verità kollha: il-budget ma jindirizzax il-kriżijiet il-kbar li qed jgħaffġu lill-familji Maltin u Għawdxin. Il-problema tat- traffiku, il-popolazzjoni li qed tikber bla pjan, l-għoli tal-ħajja, is-servizzi tas-saħħa li qed iċedu taħt il-piż, u l-prezzijiet tad-djar li ħallew lil ħafna żgħażagħ mingħajr tama, dawn kollha baqgħu bla soluzzjoni. Il-flus jistgħu jgħinu, imma ma jistgħux jixtru l-kwalità tal-ħajja. U l-kwalità tal-ħajja f 'Malta qed tiddeterjora. Il-Gvern iħobb jiftaħar bin- numri, imma l-veru numru li jikkaratterizza lil Robert Abela u Clyde Caruana hu d-dejn. Fi ftit żmien ieħor dan se jaqbeż l-€14-il biljun. Kuljum, jien u int, qed inħallsu kważi miljun ewro f 'imgħax biss. Il-mistoqsija hi waħda: x'għandna x'nuri għal dan id- dejn kollu? It-traffiku għadu l-istess, l-isptarijiet mimlija, u Għawdex għadu jistenna l-proġetti li ilhom imwiegħda. Dan mhux investiment; dan hu piż fuq il-futur tagħna u fuq uliedna. Id-dejn, meta jkun bla rażan, ifisser li ħaddieħor se jħallas il-prezz tal-lum. Il-problema tat-traffiku ma tistax tibqa' tiġi injorata. Kull darba li noħorġu għax-xogħol jew għal appuntament, inħossu kemm it-toroq tagħna staġnaw. Sigħat mitlufa fit-triq, arja mniġġsa, u stress li jkompli jżid mal-piżijiet ta' kuljum. Dan kollu jmur id f 'id mat-tkabbir bla pjan tal- popolazzjoni. Malta ma tiflaħx aktar tikber b'dan ir-ritmu mingħajr infrastruttura, pjan urban u politika li taħseb fit-tul. Imma l-budget ma qal xejn dwar dan. Il-Gvern, flok investa, naqqas in-nefqa kapitali għas-sena d-dieħla b'€100 miljun. Dik hi d-differenza bejn min jara l-problema u min jgħattiha. Il-ħajja ħadd ma jemmen li żdiedet biss b'€4.66 fil- ġimgħa fl-aħħar sena. Għal ħafna familji, dik mhix żieda, imma insult. Speċjalment meta l-Gvern sab il-flus biex jimla l-Malta billboards però mbagħad ma sabx flus biex jieqaf jintaxxa ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Għawdex kellu jkun prijorità. Għandu potenzjal kbir, imma taħt dan il-Gvern baqa' jistenna. L-isptar il-ġdid sparixxa mill-pjanijiet, it-titjib tat- toroq għadu biss fuq il-karti, u t-turiżmu Għawdxi qiegħed ibati. Għawdex jistħoqqlu direzzjoni, mhux tliet ministri għall-fotografiji. Għawdex jista' jkun mudell ta' kif Malta kollha tista' tmexxi b'viżjoni u serjetà, imma għal dan għandna bżonn tmexxija li temmen fit-tul, mhux fl-effett ta' headline. Clyde Caruana sejjaħ dan "l-aqwa budget fl-istorja." Imma fl-istess jum tal-budget, mijiet ta' nies kienu jipprotestaw kontra r-riforma tal-ippjanar. Wara l-applaws fil-Parlament, il-poplu qam l-għada u sab ruħu fl-istess Malta, it-traffiku, il-kju fl-isptar, l-ispejjeż dejjem jogħlew u ż-żgħażagħ li jispiċċaw iħarsu lilhinn minn xtutna għal futur aħjar. Pajjiżna jixraqlu gvern li jippjana u jindirizza l-problemi li għandna. Jixraqlu gvern li jagħmel investiment fl- infrastruttura vera; skejjel, sptarijiet, toroq u trasport tal- massa. Għandna naħdmu għal ekonomija ta' kwalità, li tħares lejn is-suċċess tal-bniedem mhux lejn il-kwantità tan- numri. Għandna naħdmu biex il-ħaddiema jkollhom paga li tagħtihom ħajja, mhux sempliċement jgħixu biex jaħdmu. Fejn il-ġenituri jkollhom ħin għat-tfal, mhux ħajja ta' ġiri bla tmiem biex ilaħħqu mal-kontijiet. Dak kollu jista' jsir realtà. Mhux b'miraklu, imma b'viżjoni, serjetà u direzzjoni. Malta għandha bżonn tmexxija li tisma' u li taħdem, mhux li tpinġi stampa sabiħa biex tgħatti l-problemi. Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg lest jagħti dik id-direzzjoni. Gvern li jara lill-Malti u Għawdxi mhux bħala numri, imma bħala nies. Gvern li jħares lejn il-familji, lejn iż-żgħażagħ, lejn min qed jagħmel l-almu tiegħu biex jgħix b'dinjità. Il-vera sfida mhix li nqassmu aktar flus, imma li noħolqu futur aħjar. U dak il-futur jista' jinbena biss b'politika serja, rispett lejn in-nies, u fiduċja li pajjiżna jista' jerġa' jimxi 'l quddiem. Il-Maltin u l-Għawdxin jixirqilhom Malta li taħdem għalihom, li terġa' tagħtihom il- kalma, il-bilanċ u l-fiduċja. Din hi Malta li nemmen fiha jien, Malta b'enerġija, b'direzzjoni u b'tama ġdida. Kellu jkun l-aqwa budget

