Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540989
"Permezz ta' dan il-Budget, il-Gvern wera li għajnuna finanzjarja waħedha mhix biżżejjed; trid tkun akkumpanjata minn politika li tħares lejn il-ħin tal-familja u lejn l-umanità tat- trobbija." 10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' NOVEMBRU 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD I l-Budget ta' din is-sena għal darb'oħra offra stab- biltà lill-familji Maltin u Għawdxin. Stabbiltà mhux biss għax ma żdidux il-kontijiet tal-enerġija u tal-fuels, iżda wkoll għax il-Budget kompla jżomm il- kelma li dejjem ta dan il-Gvern. Il- Budget huwa eżercizzju finanzjajru li jagħti, li jżid, u li ma jneħħilekx dak li diġà ngħata f 'budgets preċedenti. X'differenza mill-kultura tal- budgets ta' amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, meta l-poplu kien jistenna bi tħassib jekk hux se jolqtu ħażin, għax dejjem kien hemm xi żieda fit-taxxi jew xi qtugħ fil-benefiċċji. Illum, il-poplu jistenna l-Budget b'serenità u b'fiduċja, jaf li mhux se jitħalla lura. Niem lil dawk li stennew affarijiet differenti u niomhom minħabba li naf li t-track record tal-budgets tagħna hu tajjeb ħafna, l-aspettativi jkunu għoljin u bir-raġun. Niem ukoll lil min jgħid li t-trobbija ta' familja mhijiex biss dwar il-flus — u għandhom raġun. Ħadd ma jiddubita li l-flus biss ma jagħmlux familja kuntenta. Imma kif jgħid il-qawl Malti, "bla flus la tgħannaq u lanqas tbus". Għalhekk, il-Budget 2026 huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex verament insostnu lit-tfal u lill-ġenituri fil-ħajja ta' kuljum. Dan il-Budget jagħti tax cuts sostanzjali lill-familji u fl-istess waqt jippromovi diskussjoni serja bejn l-istakeholders dwar kif nistgħu ngħinu aktar lill-ġenituri. Qiegħed jitħeġġeġ titjib fil- parental, maternal u paternal leave, u qed issir enfasi fuq li jiġi inkoraġġit ir-remote working kull fejn ikun possibbli. Il-Budget 2026 ma jindirizzax biss is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji — imma jmiss ukoll il- prijoritajiet tal-ħajja tagħhom. Din is-sena, il-Gvern għażel li jiffoka fuq politika li tgħaqqad il-ġid ekonomiku mal-kwalità tal-ħajja, b'miżuri li jħallu aktar flus f 'idejn il-familji, aktar ħin ma' dawk li jħobbu, u pajjiż aktar nadif u aħdar fejn trabbi lil uliedek b'serenità. Wieħed mill-punti ewlenin tal- Budget hu t-tnaqqis sostanzjali fit-taxxa għall-familji. Il-Gvern ħabbar li t-threshold tat-taxxa għall-ġenituri se titwessa' b'mod gradwali bejn l-2026 u l-2028. Ġenituri ta' żewġ tfal jew aktar mhux se jħallsu taxxa fuq dħul sa €30,000. Dan ifisser li aktar minn €160 miljun fis-sena se jibqgħu f 'idejn il-familji Maltin u Għawdxin — fondi li jistgħu jintużaw biex jitħallas il-loan, jitwettaq rinnovar fid-dar, ma jsirx over- time biex wieħed iqatta' aktar ħin mal-familja, jew jinvesti fit-tfal tiegħu f 'attivitajiet ta' kwalità. Permezz ta' dan il-Budget, il-Gvern wera li għajnuna finanzjarja waħedha mhix biżżejjed; trid tkun akkumpanjata minn politika li tħares lejn il-ħin tal-familja u lejn l-umanità tat-trobbija. Il-Budget jintroduċi diskussjoni strutturata dwar iż-żieda fil-maternal, paternal u parental leave, biex il-ġenituri jkunu jistgħu jqattgħu aktar ġranet ma' wliedhom fil-bidu tal-ħajja. Din hi miżura soċjali u umana, għax il-ħin li tqatta' mat-tifel jew mat-tifla tiegħek fl-ewwel ġimgħat tal-ħajja qatt ma jerġa' jiġi lura. Dawn mhumiex spejjeż, imma investiment fil-memorji, fis-saħħa, fit-tkabbir, u fil-futur tal-familja. Barra minn hekk, il-Budget jinkludi inċentivi għal remote working f 'kull post tax-xogħol fejn hu possibbli, sabiex il- ħaddiema jkunu jistgħu jibbilanċjaw aħjar il-ħajja personali u dik professjonali. F'pajjiż fejn ħafna drabi nqattgħu ħin sostanzjali nivvjaġġaw minn post għall- ieħor, din il-miżura tista' verament tbiddel il-kwalità tal- ħajja tal-familji Maltin. Dawn il-passi kollha juru li l-Gvern qed jiem li l-familja ma tridx biss sussidji — trid ħin, flessibbiltà u appoġġ reali. Familja b'saħħitha teħtieġ, mhux biss stabbiltà finanzjarja, imma ambjent nadif u ħieles fejn tistrieħ u tgawdi. F'dan il-Budget, il-Gvern ħabbar ukoll investiment qawwi fi spazji ħodor madwar Malta u Għawdex. Qed jitħabbru proġetti ġodda ta' parks urbani, rotot pedonali u spazji rikreattivi fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin flimkien, mingħajr spejjeż u f 'ambjent seren. Fosthom, proġett f 'Tas-Sliema, bi spazju miuħ fid-dell tas-siġar u parkeġġ aċċessibbli; żvilupp f 'Selmun u Fort Campbell; u park ġdid għall-familji f 'Ta' Qali. Il-proġett ta' land reclamation, imsejjaħ bħala pass lejn użu sostenibbli tal-art u l-baħar, se jkun parti minn strateġija nazzjonali biex jinstabu spazji ġodda għall-iżvilupp ta' infrastruttura — iżda mingħajr ma jnaqqas mill-valur ambjentali tal-gżejjer tagħna. Il-Gvern iddikjara li kull riklamazzjoni trid issir b'mod ekoloġiku u taħt superviżjoni ambjentali stretta, biex ma jerġax jinkiser il-bilanċ naturali li hu tant prezzjuż għalina lkoll. Il-Budget 2026 jara l-ħajja tal- familja b'mod ħolistiku — mill- paga, għall-ħin, sal-ambjent fejn tgħix u tistrieħ. Ma jħarisx biss lejn il-flus fil- but, imma lejn il-benesseri. Hu Budget li jġib miegħu viżjoni: pajjiż li jħaddan il- familja, li jħares lejn l-ambjent u li joffri futur imsejjes fuq is- serenità tal-familja. Il-Budget 2026: għall-familji u għall- futur bi kwalità ta' ħajja aħjar Dan il-Budget jagħti tax cuts sostanzjali lill-familji

