Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359
13 arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti What the Dickens! — The Mysterious Books Żeffiena ta' Żfinmalta se jagħlqu l-presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Ewropa TRIJONF GĦAL KOLLABORAZZJONI MULTIDIXXIPLINARJA Il-kompożizzjoni hija mqassma fi 22 moviment li jeħduna minn karattru għall-ieħor u minn ambjent għall-ieħor e Medina Foundation for Music kompliet tafferma l-impenn tagħha li tippromovi l-arti mużikali u kreattiva. Fiċ-ċentru ta' dan kollu hemm is-St Paul's Metropolitan Orchestra (SPMO) li hija l-unika orkestra sinfonika indipendenti fil-gżejjer Maltin, li inċidentalment din is-sena qed tfakkar l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha. Matul l-għaxar snin li għaddew, l-SPMO kienet il-protagonista f 'diversi kollaborazzjonijiet ma' diversi korijiet lokali u barranin, kumpaniji taż-żfin, gruppi Rock u istituzzjonijiet li jappoġġjaw nies b'xi forma ta' diżabbiltà. B'dan il-mod l-SPMO qed tkabbar l-għarfien mużikali fost spettru kbir. Il-versatilità artistika reġgħet kienet evidenti fil-premiere internazzjonali riċenti ta' What the Dickens! — e Mysterious Books, xogħol li ttella' fit-18 u d-19 ta' Ottubru fiċ-Ċentru tal- Mediterran għall-Konferenzi. Dan wara ġimgħat twal ta' tħejjijiet u rehearsals intensivi. Din il-produzzjoni, li oriġinat minn kompożizzjoni mużikali ta' Maestro Mark Agius, irriżultat f 'taħlita ta' mużika, reċtar u żfin, u tat il-ħajja lill-karattri immortali li ħoloq il-kittieb Ingliż Charles Dickens. Hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix li din il- produzzjoni ngħatat il-ħajja bl- eżekuzzjoni eċċezzjonali taħt it- tmexxija mużikali tal-kompożitur innifsu, eżekuzzjonijiet li ntlaqgħu b'entużjażmu kbir fiż-żewġ serati. Il-kompożizzjoni What the Dickens! — e Mysterious Books hija mqassma fi 22 moviment li jeħduna minn karattru għall- ieħor u minn ambjent għall-ieħor mingħajr ebda skossi. Fost il- karattri li kienu inkorporati f 'din il-produzzjoni kien hemm Oliver Twist — xempju tal-perseveranza, Ebenezer Scrooge li fl-aħħar infeda mill-kompassjoni, u Miss Havisham li rrappreżentat id- deżolazzjoni li wieħed isib ruħu fiha meta jitlef kull tama. Kien hemm ukoll karattri oħrajn li ntrabtu ma' xulxin bin-narrattiva ta' Inspector Bucket. Id-dimensjonijiet kollaborattivi ta' din il-produzzjoni kienu xi ħaġa li ma tistax tħalliha barra. Id- Direttur Artistiku kien Louis Noir li wassal għall-kollaborazzjoni ta' tliet skejjel taż-żfin — Alison Dance Studio, Paul Curmi Dance Company u Dancing Angels — flimkien ma' Chum Gymnastics, il-Pipesand Drums tal-Hamrun Scout Group, u l-Vidal's Diversity Team — li huma ensemble ta' 25 persuna b'abbiltajiet differenti. Is-sehem ta' dawn tal-aħħar kien stqarrija elokwenti importanti ta' kemm l-inklużjoni hija importanti għall-Melita Foundation. Din il-produzzjoni ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Ministru tal-Inklużjoni u s-Settur tal- Volontarjat. What the Dickens! — e Mysterious Books tifforma parti mill-programm "Contrasting Concepts" li huwa appoġġjat mill-Kunsill tal-Arti u li għandu l-għan li jippromovi kull forma kulturali f 'pajjiżna. Qabel dan ix-xogħol, l-SPMO, sentejn ilu ppreżentat premier ieħor ta' xogħol orkestrali, xogħol li laħaq livell professjonali għoli ħafna. Kollettivament dawn il- produzzjonijiet juru kemm l-SPMO qed tikber u timmatura mil-lat artistiku u organizzattiv, kif ukoll f 'dik li hija reżiljenza. Dan kollu qed jgħin biex ikabbar is-settur kulturali Malti. Is- suċċess ta' What the Dickens! — e Mysterious Books mhux biss hu pass importanti, imma riaffermazzjoni tal-iskop tal- SPMO li tgħaqqad id-dixxipli artistiċi, tiċċelebra t-talent Malti, u l-kultura Maltija ssir aktar vibranti. Sittin sena wara li ngħaqdet mal-Kunsill tal-Ewropa, Malta kisbet ir-raba' Presidenza tagħha fl-2025, u b'hekk ikkonfermat mill-ġdid l-impenn tagħha lejn il- kollaborazzjoni mal-Istati Membri u mal-imsieħba tagħha. Flimkien, il-Kunsill tal-Ewropa u Malta se jkomplu jaħdmu biex jippromovu dinja paċifika, ġusta u reżiljenti — waħda li tiċċelebra d-diversità, tħares l-ugwaljanza, u ssaħħaħ iż-żgħażagħ permezz ta' djalogu, rispett reċiproku u fehim komuni. Hekk kif Malta toqrob lejn it- tmiem tal-Presidenza tagħha tal- Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, iċ-ċerimonja finali se tkun immarkata b'wirja taż-żfin kuraġġuża u immersiva li tesplora t-temi profondi tal-identità, ir- reżiljenza u t-trasformazzjoni. Din se tkun riflessjoni fuq l-istorja ta' Malta u tal-Ewropa, hekk kif l-udjenza tidħol fi produzzjoni kontemporanja affaxxinanti li tesplora t-temi universali tal-memorja, il-ġlieda, u t-tiġdid. "Aħna kburin li qed inressqu Mortal Heroes fi Strasburgu f 'Novembru. Din l-opra profonda, maħluqa apposta għal ŻfinMalta, ferrħet lill- udjenzi f 'Malta aktar kmieni din is- sena u se terġa' lura l-Belt Valletta fl-2026. Nistennew bil-ħerqa li nieħdu dan ix-xogħol il-Ġermanja u l-Italja aktar tard f 'dan l-istaġun, u nirrappreżentaw lil Malta bi kburija fuq il-palk internazzjonali," jgħid id-Direttur Artistiku ta' ŻfinMalta — Matthew William Robinson. Se ssir fil-Palais des Fêtes, sit kulturali u storiku rinomat fi Strasburgu. Din il-wirja ta' ŻfinMalta — il-Kumpanija Nazzjonali taż- Żfin — twiegħed li tkun esperjenza viżwalment impressjonanti u emozzjonalment qawwija. Permezz ta' moviment dinamiku u rakkont affaxxinanti, l-udjenza tiġi mistiedna tirrifletti fuq il-bidla personali u kollettiva, u b'hekk tagħti tmiem sinifikanti u memorabbli għall- Presidenza ta' Malta. Iċ-ċerimonja finali se tkun immarkata b'wirja taż-żfin kuraġġuża u immersiva

