MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

e Tin Star (1957). Jidhru Henry Fonda, Anthony Perkins, Betsy Palmer, Neville Brand u Lee Van Cleef. Morgan Hickman (Fonda) li qabel kien xeriff ċiniku u issa jaqbad il-kriminali, jgħin liż-żagħżugħ xeriff Ben Owens (Perkins) bl-esperjenza tiegħu, bil-pariri li jtih u jittrenjah kif jispara. Dan il-Western jieħu forma ta' dramm psikoloġiku. Man Of e West (1958). Jaħdmu Gary Cooper, Julie London, Lee J. Cobb u Arthur O'Connell. Link Jones (Cooper) li kien maħrub mil-liġi u issa qed jgħix trankwill, wara serqa fuq ferrovija li marret żmerċ, isib ruħu iżolat ma' żewġ passiġġieri u, kontra qalbu, jkollu jerġa' jingħaqad mal-gang ta' qabel. Ħafna jsostnu li dan hu l-kapulavur ta' Anthony Mann li jiżvolġi qisu "traġedja Griega". Il-Westerns l-oħrajn ta' dan id- direttur, kollha ta' kwalità għolja, huma: e Furies (1950), Bend Of e River (1952) (U.K. Where e River Bends) u e Far Country (1954), it-tnejn bl-attur James Stewart, e Last Frontier (1955) u Cimarron (1960). B'dawn ix- xogħlijiet, Mann wera sengħa metikoluża, viżjoni perfetta għall- fotografija ta' xenarju spettakolari u sens dettaljat tal-espressjoni viżwali dwar konflitti intensi. Dan id-direttur idderieġa wkoll e Tall Target (1951), under Bay (1953), e Glenn Miller Story (1954) u Strategic Air Command (1955), dawn l-aħħar tlieta wkoll b'James Stewart, Serenade (1956), Men In War (1957) u God's Little Acre (1958). 1961 – 1963 – Produzzjonijiet Epiċi u Storiċi Fis-snin sittin il-popolarità ta' Mann bdiet tnaqqas u hawn daħal għall-produzzjonijiet kolossali, ġeneru ieħor ta' kwalità ta' films ġodda għalih, differenti sewwa mix-xogħlijiet tiegħu ta' qabel. Però, ta' min jgħid li fl-1950 hu ntbagħat lejn Cinecitta, Ruma biex jagħmel xi xogħol fuq Quo Vadis (1951). Kien ukoll imqabbad biex jidderieġi Spartacus (1960) imma wara xi ġimagħtejn xogħol inbidel. Xorta waħda f 'Lulju 1960 kien mistieden jidderieġi El Cid u hawn irċieva kritika ta' tifħir għal dan il- film medjevali epiku. El Cid (1961). L-atturi huma Charlton Heston, Sophia Loren, Raf Vallone u Genevieve Page. Fis- seklu 11, Spanja kienet maqsuma f 'diversi renji Kattoliċi u bliet fortifikati taħt il-Mori (Għarab). Iż-żagħżugħ Rodrigo Diaz de Bivar (Heston), imlaqqam El Cid, mas-segwaċi tiegħu jwiegħed li jrid jeħles lil pajjiżu mill-invażuri biex terġa' tirrenja l-paċi. Qabel iwettaq dan il-pjan nobbli jkollu jegħleb vendetta tal-familja u intrigu fil-Qorti. El Cid hu film kolossali li jħabbatha mal-aqwa ta' żmienu. F'dik l-epoka Charlton Heston kien donnu maħluq għal dawn l-irwoli. e Fall Of e Roman Empire (1964). Jaħdmu Sophia Loren, Stephen Boyd, Alec Guinness, James Mason u Christopher Plummer. B'kast mill-aqwa, Mann esebixxa kif l-Imperu Ruman, l-aqwa li qatt rat id-dinja, beda n-niżla tiegħu — mhux minn attakki esterni imma mill-kaos intern li ssuċċieda. Il-mewt ta' Marcus Aurelius (Guinness) twassal għall-kriżi dwar is-suċċessur tiegħu fejn it-tifel tal-mejjet Imperatur, Commodus (Plummer), juri biċ- ċar li mhu se jħalli lil ħadd u xejn jidħlulu għall-post ta' Imperatur. Il-film Gladiator (2000) maħdum hawn Malta, jirrakkonta kważi l-istess storja u inċidenti. Wara dan il-film epiku, Mann dawwar ħarstu fuq storja vera tat- Tieni Gwerra Dinjija, e Heroes Of Telemark (1965). L-atturi Kirk Douglas, Richard Harris u Ulla Jacobsson. Ir-Reżistenza Norveġiża għamlet sabutaġġ fl-impjant ta' Vermork Norsk Hydro fil-belt ta' Rjukan, subborg ta' Telemark, biex in-Nażi ma jkollhomx aċċess għall-"ilma tqil" li bih jistgħu jimmanifatturaw il-bomba atomika. Il-film inħadem fin- Norveġja. L-aħħar film ta' Anthony Mann kien A Dandy In Aspic (1968). Jaħdmu Laurence Harvey, Tom Courtenay, Mia Farrow u Harry Andrews. Dan hu film dwar l-ispiji fl-eqqel tal-Gwerra Bierda. Waqt l-iffilmjar f 'Berlin, Mann sofra minn attakk ta' qalb qawwi u miet it wara f 'Londra. Il-film komplih Laurence Harvey. Ħafna mix-xogħlijiet ta' dan id-direttur huma smati sewwa speċjalment fi Franza. Għall- kontribut tiegħu liċ-ċinema lil Anthony Mann onorawh bi stilla fil-Hollywood Walk of Fame. 14 films IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Anthony Mann — Direttur Prolifiku u Dinamiku L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA F'The Fall Of The Roman Empire (1964), ħadmu Sophia Loren, Stephen Boyd, Alec Guinness, James Mason u Christopher Plummer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 November 2025